L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna tqajjem mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li jkunu spostati fl-Unjoni Ewropea mill-Ukrajna. Il-kwistjoni ssir saħansitra aktar kumplessa meta dawn it-tfal jiġu sseparati mill-familji tagħhom, jew minħabba li jkunu baqgħu fl-Ukrajna jew minħabba li jiġu spostati fi Stat Membru ieħor.
Huwa importanti li jiġi żgurat li dawn it-tfal ikunu protetti kontra r-riskju ta’ vjolenza, sfruttament, adozzjoni illegali, ħtif, bejgħ jew traffikar tat-tfal. Mill-perspettiva tad-dritt ċivili, għall-prattikanti legali, din is-sitwazzjoni ġġib fuq quddiem nett għadd ta’ kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat tal-familja relatati mal-ġuriżdizzjoni internazzjonali, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni. Dawn il-kwistjonijiet isiru kritiċi fl-indirizzar tad-drittijiet u l-ħtiġijiet ta’ dawn it-tfal spostati, b’mod partikolari fl-iżgurar tas-sikurezza u l-benesseri tagħhom, kif ukoll l-istabbiliment mill-ġdid tal-konnessjonijiet tal-familja. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jintużaw l-istrumenti li jipproteġu d-drittijiet ta’ dawn it-tfal.
Fid-dritt Ewropew u internazzjonali, hemm strumenti mfassla biex jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal, b’dispożizzjonijiet speċjali għall-protezzjoni u l-assistenza lil tfal temporanjament jew permanentement imċaħħda mill-ambjent tal-familja tagħhom, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, bħal kunflitt armat. Dawn l-istrumenti u l-gwida dwar l-applikazzjoni tagħhom fir-rigward tat-tfal mill-Ukrajna huma ppreżentati fit-taqsimiet tematiċi ta’ din il-paġna.
Links utli
- Informazzjoni dwar id-dritt tal-Ukrajna
- Formola multilingwi online għat-tfal Ukreni li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea u li jirrisjedu fiha. Din il-formola tippermetti lill-ġenituri Ukreni jew lir-rappreżentanti legali tat-tfal li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea jiddikjaraw min huwa responsabbli għall-ivvjaġġar mat-tfal u/jew għall-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal.
- Appell mill-Prim Ministru tal-Ukrajna dwar il-projbizzjoni tal-adozzjonijiet interstatali tat-tfal Ukreni
(92 Kb)
- Emendi għall-proċedura ta’ Adozzjoni
(69 Kb)
- Il-proċedura għar-ritorn tat-tfal f’istituzzjonijiet (faċilitajiet) lejn l-Ukrajna
(119 Kb)
- Għodda Prattika għat-Tuturi: Protezzjoni temporanja għal tfal mhux akkumpanjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna
- Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea:
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.