Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli?

Il-liġi tal-Unjoni Ewropea tista’ tiddetermina liema qorti tittratta każ meta ż-żewġ partijiet f’tilwima jibdew proċedimenti f’pajjiżi differenti tal-UE.

Pereżempju, wara inċident tat-traffiku bejn żewġ persuni li jgħixu l-Ġermanja u Franza rispettivament, jista' jkun li jfittxu lil xulxin għad-danni fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (UE) jiddetermina liema qrati ta' liema Stati Membri għandhom jieħdu konjizzjoni tal-kawża, sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet kunfliġġenti. Ir-regola ġenerali hija li persuna għandha titfittex fl-Istat fejn hi domiċiljata. Barra minn hekk, regoli oħra dwar il-ġurisdizzjoni jistgħu jiġu invokati bħala alternattiva f’każijiet speċifiċi, pereżempju, il-persuna li tonqos milli teżegwixxi l-kuntratt tista' titfittex fuq il-post tal-prestazzjoni tal-obbligu inkwistjoni (eż., fil-post fejn il-prodotti mixtrija kellhom jiġu kkonsenjati). Jeżistu regoli speċjali biex jipproteġu gruppi bħalma huma l-konsumaturi, il-ħaddiema u l-persuni assigurati.

Fil-liġi tal-familja, jeżistu regoli tal-UE li jiddeterminaw fejn għandha tinstema' tilwima li tikkonċerna d-divorzju, ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew il-manteniment.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Meta tiddetermina l-Istat Membru t-tajjeb abbażi tar-regoli tal-ġurisdizzjoni, imbagħad trid issib il-qorti kompetenti fil-prattika.

L-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili fih l-ismijiet u l-indirizzi tal-qrati kollha fl-Istati Membri li huma kompetenti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (qrati tal-prim'istanza, qorti tal-appell, eċċ.) u ż-żoni ġeografiċi li fuqhom għandhom ġurisdizzjoni.

L-aħħar aġġornament: 30/05/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Belġju

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Ara hawn taħt.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Introduzzjoni

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema legali Belġjana, il-mistoqsijiet 1 u 2.1 se jiġu indirizzati flimkien.

L-ewwel għandha ssir distinzjoni bejn il-ġurisdizzjoni minħabba s-suġġett (compétence d’attribution/volstrekte bevoegdheid, magħrufa wkoll bħala compétence matérielle/materiële bevoegdheid) u l-ġurisdizzjoni territorjali (compétence territoriale/territoriale bevoegdheid).

Kwalunkwe azzjoni tressaq pretensjoni, li spiss ikollha valur monetarju, u l-ambitu tal-ġurisdizzjoni tas-suġġett tal-qorti huwa ddeterminat minn leġiżlazzjoni li tispeċifika n-natura u l-valur tal-pretensjonijiet li tista’ tismagħhom il-qorti.

Din it-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 2.1 tittratta l-ġurisdizzjoni tas-suġġett.

Il-qrati inferjuri ma għandhomx ġurisdizzjoni fuq il-Belġju kollu. Il-liġi taqsam il-pajjiż f’żoni separati (sottodistretti, distretti, eċċ.). Kull qorti għandha ġurisdizzjoni fiż-żona tagħha biss. Din hija magħrufa bħala ġurisdizzjoni territorjali, li hija deskritta fit-tweġiba għall-mistoqsija 2.2.

Ġurisdizzjoni mingħajr limiti: il-qorti tal-prim’istanza

Il-qorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg) għandha “ġurisdizzjoni mingħajr limiti” (plénitude de compétence/volheid van bevoegdheid). Dan ifisser li l-qorti tal-prim’istanza, għall-kuntrarju tal-qrati l-oħra, tista’ tisma’ l-każijiet kollha, inklużi l-każijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħra.

L-Artikolu 568 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek) jiddikjara li l-qorti tal-prim’istanza se tisma’ l-pretensjonijiet kollha ħlief dawk li għandhom jitressqu direttament quddiem il-qorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep) jew il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van Cassatie). Il-ġurisdizzjoni mingħajr limiti tal-qorti tal-prim’istanza hija “kondizzjonali”, fis-sens li konvenut jista’ joġġezzjona li l-qorti ma għandhiex ġurisdizzjoni minħabba li qorti oħra għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq is-suġġett. Il-qorti tal-prim’istanza għandha wkoll ġurisdizzjoni esklussiva fuq ċerti kwistjonijiet. Ċertu tip ta’ tilwim għandu jitressaq quddiem il-qorti tal-prim’istanza anke meta l-valur tal-pretensjoni jkun inqas minn EUR 2 500, pereżempju jkunu pretensjonijiet relatati mal-istatus personali.

Qrati oħra

Hawn taħt insibu lista tal-qrati l-oħra, flimkien ma’ deskrizzjoni fil-qosor dwar il-ġurisdizzjoni tas-suġġett tagħhom.

a) Il-qorti tal-paċi

Skont l-Artikolu 590 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti tal-paċi (juge de paix/vrederechter) għandha ġurisdizzjoni ġenerali fuq il-pretensjonijiet kollha b’valur inqas minn EUR 2 500, ħlief għal dawk li l-liġi tassenja espressament lil qorti oħra. Lil hinn minn din il-ġurisdizzjoni ġenerali, il-qorti tal-paċi għandha wkoll ġurisdizzjoni speċjali (ara l-Artikoli 591, 593 u 594 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) jew ġurisdizzjoni esklussiva (l-Artikoli 595 u 597 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) fuq ċerti kwistjonijiet irrispettivament mill-valur tal-pretensjoni. Eżempju ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qorti tal-paċi huwa tilwim marbut ma’ kirjiet, proprjetà konġunta, drittijiet tal-passaġġ u servitujiet oħra, u ħlasijiet ta’ manteniment. Il-qorti tal-paċi għandha ġurisdizzjoni biex tittratta karti ta’ adozzjoni u r-rikonoxximenti tal-paternità. Esproprjazzjonijiet urġenti u t-tqegħid ta’ siġilli fuq proprjetà jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti tal-paċi.

b) Il-qorti tal-pulizija

Skont l-Artikolu 601 bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti tal-pulizija (tribunal de police/politierechtbank) tisma’ l-pretensjonijiet kollha għal kumpens li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku fit-toroq, irrispettivament mill-ammont. Hawnhekk il-qorti tal-pulizija għandha ġurisdizzjoni esklussiva.

c) Il-qorti kummerċjali

Skont l-Artikolu 573 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti kummerċjali (tribunal de commerce/rechtbank van koophandel) tisma’, fl-ewwel istanza, tilwim bejn negozji, jiġifieri tilwim bejn persuni jew kumpaniji involuti f’attività ekonomika fit-tul li huma relatati ma’ atti mwettqa bħala parti minn dik l-attività u li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni speċjali ta’ qorti oħra.

Pretendent mhux tan-negozju li jkun qiegħed jistitwixxi proċedimenti kontra negozju jista’ jagħżel li jressaq il-każ quddiem il-qorti kummerċjali. Il-qorti kummerċjali tisma’ wkoll tilwim relatat ma’ kambjali u noti promissorji.

Minbarra din il-ġurisdizzjoni ġenerali, il-qorti kummerċjali għandha ġurisdizzjoni speċjali u esklussiva f’ċerti każijiet. Il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tagħha huma elenkati fl-Artikolu 574 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dawn jinkludu tilwim relatat ma’ kumpaniji kummerċjali u kawżi relatati man-navigazzjoni marittima u interna. Skont l-Artikolu 574(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti kummerċjali għandha ġurisdizzjoni esklussiva f’kawżi u tilwimiet li jirriżultaw direttament minn proċedimenti ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja skont il-Liġi dwar il-Falliment tat-8 ta’ Awwissu 1997 (loi du 8 août 1997 sur les faillites/faillissementswet van 8 augustus 1997) u l-Liġi tal-31 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontinwità tan-negozji (loi du 31 janvier 2009 relative à la continuité des entreprises/wet van 31 januari 2009 betreffende de continuïteit van de ondernemingen), fejn dawn huma rregolati mil-liġi partikolari applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

d) It-tribunal tax-xogħol

It-tribunal tax-xogħol (tribunal du travail/arbeidsrechtbank) huwa l-qorti speċjali ewlenija, u għandu ġurisdizzjoni essenzjalment fi kwistjonijiet assenjati lilu speċifikament. Dawn il-kwistjonijiet huma deskritti fl-Artikoli 578 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju u huma kif ġej:

  • tilwim relatat ma’ impjiegi;
  • tilwim relatat ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol;
  • tilwim relatat mas-sigurtà soċjali.

It-tribunal tax-xogħol għandu ġurisdizzjoni esklussiva fuq l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikoli 578 sa 582 u mil-Liġi dwar multi amministrattivi applikabbli fil-każ ta’ ksur ta’ ċerti liġijiet soċjali. (loi relative aux amendes administratives applicables en cas d’infraction à certaines lois sociales/wet betreffende de administratieve geldboeten in geval van inbreuk op sommige sociale wetten), kif ukoll fuq pretensjonijiet relatati mal-ħlas kollettiv tad-djun.

e) Imħallfin li jippresjedu l-qrati inferjuri – proċedimenti interlokutorji

L-Artikoli 584 sa 589 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jistipulaw li l-imħallfin li jippresjedu l-qorti tal-prim’istanza, il-qorti kummerċjali u t-tribunal tax-xogħol għandhom is-setgħa, fil-każijiet urġenti kollha, li jieħdu deċiżjonijiet interim fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tagħhom (proċedimenti interlokutorji (référé/kort geding)). Il-kundizzjoni hija li l-każ għandu jkun urġenti u d-deċiżjoni għandha tkun deċiżjoni interim biss, deċiżjoni li ma tippreġudikax il-każ innifsu. Per eżempju l-ordni ta’ investigazzjoni esperta, l-ordni ta’ smigħ ta’ xhud, eċċ.

f) L-imħallef tas-sekwestri

L-imħallef tas-sekwestri (juge des saisies/beslagrechter, ara l-Artikolu 1395 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) jittratta l-pretensjonijiet kollha li jikkonċernaw sekwestri preventivi (saisies conservatoires/bewarende beslagen), l-infurzar ta’ sentenzi, u miżuri meħudin mill-Uffiċċju għal Pretensjonijiet ta’ Manteniment imsemmija mil-Liġi tal-21 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi Uffiċċju għal Pretensjonijiet ta’ Manteniment fi ħdan is-Servizz Pubbliku Federali għall-Finanzi (loi du 21 février 2003 créant un Service des créances alimentaires au sein du SPF Finances/wet van 21 februari 2003 tot oprichting van een Dienst voor alimentatievorderingen bij de FOD Financiën).

g) Il-qorti tal-minorenni

Il-protezzjoni taż-żgħażagħ hija responsabbiltà tal-komunitajiet li jikkomponu l-istat federali Belġjan, iżda l-organizzazzjoni tal-qrati tal-minorenni tibqa’ kwistjoni federali, u hija rregolata mil-Liġi federali tal-Protezzjoni taż-Żgħażagħ tat-8 ta’ April 1965 (loi relative à la protection de la jeunesse du 8 avril 1965/wet op de jeugdbescherming van 8 april 1965). Il-qorti tal-minorenni (tribunal de la jeunesse/jeugdrechtbank) hija diviżjoni tal-qorti tal-prim’istanza li tittratta miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni.

h) Il-qorti tal-familja

Il-qorti tal-familja (tribunal de la famille/familierechtbank) għandha ġurisdizzjoni fit-tilwim kollu relatat mal-familja. B’mod partikolari (l-Artikolu 572 bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju), għandha ġurisdizzjoni f’dawn li ġejjin:

  • tilwim bejn konjuġi u bejn koabitanti legali;
  • tilwim dwar l-awtorità tal-ġenituri;
  • tilwim dwar obbligi ta’ manteniment;
  • tilwim relatat ma’ arranġamenti ta’ proprjetà matrimonjali.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-prinċipju bażiku fis-sistema legali Belġjana huwa li r-rikorrent għandu l-libertà tal-għażla. Il-prattika ġenerali hija prevista fl-Artikolu 624(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Ġeneralment, ir-rikorrent jippreżenta r-rikors quddiem il-qorti tal-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti jkollu l-indirizz tiegħu (domicile/woonplaats).

X’jiġri jekk il-konvenut ikun persuna ġuridika u mhux persuna fiżika? L-indirizz ta’ persuna ġuridika huwa l-post tal-uffiċċju prinċipali tagħha (siège/hoofdzetel), jiġifieri l-post minn fejn hija ġestita.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Ir-rikorrent huwa intitolat li jressaq il-każ quddiem qorti differenti f’ċerti każijiet. Dawn l-opzjonijiet huma deskritti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 624(2) sa (4) tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Minbarra l-qorti tal-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti jkollu l-indirizz tiegħu, ir-rikorrent jista’ jagħżel:

  • il-qorti tal-post fejn oriġina wieħed, jew iktar minn wieħed, mill-obbligi tat-tilwima, jew fejn jitwettqu, kienu twettqu jew suppost twettqu l-obbligi;
  • il-qorti ta’ indirizz aċċettat għall-eżekuzzjoni tal-att in kwistjoni;
  • l-qorti ta’ post fejn marixxall (huissier de justice/gerechtsdeurwaarder) kellem lill-konvenut personalment, jekk il-konvenut jew il-konvenuti ma jkollhomx indirizz fil-Belġju jew barra mill-Belġju.

Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li fi proċedimenti interlokutorji l-ġurisdizzjoni territorjali hija tal-imħallef li jippresjedi l-post fejn għandha tiġi eżegwita s-sentenza.

Fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ manteniment, l-Artikolu 626 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li pretensjonijiet relatati ma’ manteniment konness mad-dritt għal assistenza ta’ integrazzjoni soċjali jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-indirizz tar-rikorrent (jiġifieri tal-membru tal-familja intitolat għall-manteniment).

Dawn ir-regoli, stabbiliti fl-Artikoli 624 u 626, huma regoli li japplikaw fin-nuqqas ta’ xi dispożizzjoni għall-kuntrarju, u l-partijiet huma liberi li jiddevjaw minnhom. Il-partijiet jistgħu għalhekk jidħlu fi ftehim ta’ għażla tal-qorti li jipprovdi li kwalunkwe tilwima għandha titressaq biss quddiem qrati speċifikati fl-ewwel istanza.

Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju bażiku tal-libertà tal-għażla.

Il-leġiżlazzjoni tidentifika numru ta’ każijiet fejn ir-rikorrent ma jkollux għażla. Dawn il-każijiet huma elenkati prinċipalment fl-Artikoli 627 sa 629 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Xi eżempji huma:

  • f’tilwim relatat ma’ kuntratti ta’ impieg (l-Artikolu 627(9)): il-ġurisdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tkun allokata l-minjiera, il-fabbrika, il-workshop, il-ħanut, l-uffiċċju jew, b’mod ġenerali, il-bini użat biex jitwettaq in-negozju jew issir il-professjoni jew l-attività tal-kumpanija, l-assoċjazzjoni jew il-grupp;
  • f’applikazzjonijiet għal divorzju jew separazzjoni legali fuq il-bażi ta’ falliment irriversibbli (l-Artikolu 628(1)): il-ġurisdizzjoni tkun tal-qorti tal-post tal-aħħar residenza konjugali jew tal-indirizz tal-konvenut.

Anke f’dawn il-każijiet, xorta hemm xi libertà tal-għażla. L-Artikolu 630 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li wara li tkun inħolqot tilwima, il-partijiet jistgħu jaqblu li jiddevjaw minn dawn id-dispożizzjonijiet legali. Madankollu, kull ftehim bħal dan magħmul qabel tkun inħolqot it-tilwima huwa null u bla effett.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

F’ċerti każijiet, u b’mod partikolari dawk deskritti fl-Artikoli 631 sa 633 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, qorti waħda għandha ġurisdizzjoni territorjali esklussiva. F’dak il-każ, ir-rikorrent ma jkollux għażla, u l-ebda ftehim dwar l-għażla tal-qorti ma jista’ jsir la qabel u lanqas wara li tinħoloq it-tilwima. Dawn il-każijiet jinkludu dan li ġej:

  • Falliment (l-Artikolu 631(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju): Il-qorti kummerċjali li jkollha ġurisdizzjoni biex tiddikjara falliment hija l-qorti tal-post fejn in-negozjant għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fid-data tal-petizzjoni jew tar-rikors għall-falliment lill-qrati. Falliment sekondarju: il-qorti kummerċjali tal-post fejn il-parti falluta jkollha l-post tan-negozju rilevanti. Meta jkun hemm diversi postijiet tan-negozju, il-qorti bil-ġurisdizzjoni hija l-ewwel qorti li jiġi ppreżentat r-rikors quddiemha.
  • Riorganizzazzjoni ġudizzjarja (l-Artikolu 631(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju): Il-qorti kummerċjali li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn id-debitur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, fejn ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fid-data meta jiġi ppreżentat ir-rikors.
  • Tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-liġi fiskali (l-Artikolu 632): Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-qorti li tinsab fis-sede tal-qorti tal-appell tal-post fejn jinsab l-uffiċċju li permezz tiegħu kienet se tinġabar it-taxxa jew għandha tinġabar it-taxxa, jew, jekk it-tilwima ma tkunx relatata mal-ġbir tat-taxxa, il-post fejn hija stabbilita l-awtorità fiskali li ħadet id-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, meta l-proċedimenti jsiru bil-Ġermaniż, il-qorti tal-prim’istanza ta’ Eupen għandha ġurisdizzjoni unika.
  • Pretensjonijiet li jikkonċernaw is-sekwestru preventiv u l-miżuri ta’ infurzar (l-Artikolu 633): Il-qorti tal-post tas-sekwestru għandha ġurisdizzjoni, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi. Fil-każ ta’ mandat ta’ sekwestru (saisie-arrêt/beslag onder derden), il-qorti bil-’ġurisdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn il-parti sekwestrata jkollha l-indirizz tagħha. Meta l-indirizz tal-parti ssekwestrata jkun barra l-Belġju jew ma jkunx magħruf, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti tal-post tal-infurzar tas-sekwestru (ara wkoll l-Artikolu 22(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali).
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Kif diġà ġie ddikjarat hawn fuq, ir-regoli tal-Artikoli 624 u 626 japplikaw fin-nuqqas ta’ xi dispożizzjoni għall-kuntrarju, u l-partijiet huma liberi li jiddevjaw minnhom. Il-partijiet jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ għażla tal-qorti li jipprovdi li kwalunkwe tilwima għandha titressaq biss quddiem qrati speċifikati fl-ewwel istanza.

Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 627 sa 629 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, ma jistax isir ftehim dwar l-għażla tal-qorti qabel tinħoloq it-tilwima. Madankollu, skont l-Artikolu 630, tali ftehimiet huma permessi wara li tinħoloq it-tilwima.

Fil-każijiet deskritti fl-Artikoli 631 sa 633 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, mhuwiex permess li jsir ftehim ta’ għażla tal-qorti.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab fit-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 2.

Links

Artikoli relevanti tal-Kodiċi Ġudizzjarju: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

  • Ikklikkja fuq Législation consolidée/Geconsolideerde wetgeving (Leġiżlazzjoni konsolidata).
  • Taħt Nature juridique/Juridische aard (Natura legali), agħżel Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek (Kodiċi Ġudizzjarju).
  • Fil-qasam Mot(s)/Woord(en) (Kelma/Kelmiet), ikteb “624”.
  • Ikklikkja fuq Recherche/Opzoeking (Fittex).
  • Ikklikkja fuq Liste/Lijst (Lista).

* Ikklikkja fuq Justice de A à Z/Justitie van A tot Z (L-A sa Ż tal-Ġustizzja).

* Agħżel: Cours: compétence/Hoven: bevoegdheid (Qrati: ġurisdizzjoni).

Għajnuna biex issib il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

  • Ikklikkja fuq Compétence territoriale/Territoriale bevoegdheid (Ġurisdizzjoni territorjali).
L-aħħar aġġornament: 25/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Bulgarija

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fil-proċedimenti ċivili, il-qrati ordinarji jeżaminaw u jieħdu deċiżjonijiet dwar tilwim u kwistjonijiet legali oħrajn li jirriżultaw minn relazzjonijiet fid-dritt ċivili (l-Artikolu 14(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Grazhdanski protsesualen kodeks) (GPK)). Xi qrati provinċjali kbar għandhom taqsimiet kummerċjali awtonomi, separati mit-taqsimiet kriminali u ċivili.

L-azzjonijiet għal indennizz ikkawżat lil individwi jew persuni ġuridiċi minn atti, azzjonijiet jew ommissjonijiet illegali ta’ awtoritajiet eżekuttivi u l-uffiċjali tagħhom matul jew b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet amministrattivi huma eċċezzjoni għal din ir-regola. Kawżi bħal dawn huma koperti mill-ġuriżdizzjoni inizjali tal-qrati amministrattivi, li jisimgħu l-kawżi amministrattivi kollha li jikkonċernaw il-ħruġ, il-modifika, ir-revoka jew l-annullament ta’ atti amministrattivi u ta’ kuntratti amministrattivi u l-protezzjoni minn atti u ommissjonijiet illeċiti tal-amministrazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi koperti mill-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema (Varhoven administrativen sad). Ma ġiet stabbilita l-ebda qorti speċjalizzata oħra fil-qasam tad-dritt ċivili.

Skont il-liġi Bulgara, vittma ta’ reat tista’ tiftaħ kawża għal indennizz għad-dannu imġarrab kemm skont il-proċedura ċivili kif ukoll skont il-proċedimenti kriminali mibdija kontra l-akkużat. Azzjoni ċivili fi proċedimenti kriminali tista’ titressaq kemm kontra l-akkużat kif ukoll kontra persuni oħrajn li jġorru r-responsabbiltà ċivili għad-dannu kkawżat mir-reat. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-qorti tista’ tirrifjuta li teżamina l-azzjoni ċivili fil-proċedimenti kriminali. F’tali każ, il-vittma tista’ tiftaħ kawża u tasserixxi d-drittijiet tagħha skont il-proċedura standard tad-dritt ċivili.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-qorti distrettwali (rayonen sad) hija l-qorti prinċipali b’ġuriżdizzjoni inizjali fuq kawżi ċivili li ma jkunux koperti mill-ġuriżdizzjoni inizjali ta’ qorti provinċjali (okrazhen sad) (l-Artikolu 103 tal-GPK).

Skont l-Artikolu 104 tal-GPK, il-qrati provinċjali għandhom ġuriżdizzjoni inizjali fuq:

konstatazzjoni jew kontestazzjoni tar-rabta ta' filjazzjoni, ir-revoka ta' adozzjoni, it-tqegħid taħt interdizzjoni jew ir-revoka tagħha;

is-sjieda ta' drittijiet in rem fuq proprjetà jekk il-valur tat-talba tkun taqbeż il-BGN 50 000,

tilwima ċivili jew kummerċjali fuq somma ta' iktar minn BGN 25 000 (sakemm it-tilwima ma tkunx tikkonċerna ħlasijiet ta’ manteniment, talba skont il-liġi industrijali jew l-irkupru ta' nfiq mhux awtorizzat),

reġistrazzjoni ta' kumpanija inammissibbli, nulla jew skorretta li l-liġi tistipula li l-qrati provinċjali jkollhom il-ġuriżdizzjoni inizjali;

talbiet, irrispettivament mill-valur tagħhom, magħquda f'rikors wieħed fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti provinċjali, jekk ikunu jridu jiġu eżaminati bl-istess proċedura;

tilwima suġġetta għall-eżami minn qorti provinċjali skont leġiżlazzjoni oħra.

Skont l-Att dwar il-Kummerċ (Targovski Zakon), il-kawżi miftuħa skont l-Att biex tiddefendi d-drittijiet ta’ soċju ta’ kumpanija, tikkontesta deċiżjoni tal-azzjonisti ta' kumpanija, tikseb il-kanċellazzjoni tal-inkorporazzjoni ta' kumpanija, tikseb l-għeluq ta' kumpanija jew tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza, jiġu eżaminati mill-qorti provinċjali bil-ġuriżdizzjoni tal-post tal-kummerċ irreġistrat tal-kumpanija. Il-qorti kompetenti tal-insolvenza hija l-qorti provinċjali bil-ġuriżdizzjoni fuq iż-żona fejn in-negozjant ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fil-mument tar-rikors biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-qrati amministrattivi għandhom il-ġuriżdizzjoni inizjali fuq kawżi għal indennizz għal danni kkawżati minn strumenti, atti jew ommissjonijiet illegali tal-awtoritajiet u l-uffiċjali amministrattivi.

Kawża ċivili ppreżentata fi proċedimenti kriminali tiġi eżaminata mill-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq ir-reat kriminali mwettaq.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-kawżi għandhom jinfetħu fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fid-distrett (rayon) fejn ikun residenti l-konvenut jew fejn ikollu l-post ta' kummerċ irreġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tiegħu.

Il-kawżi kontra persuni ġuridiċi jridu jinfetħu quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tagħhom. F’tilwimiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet diretti ma’ taqsimiet jew fergħat ta’ persuni ġuridiċi, il-kawżi jistgħu alternattivament jinfetħu quddiem il-qorti li teżerċita l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ dawk it-taqsimiet jew fergħat.

Il-kawżi kontra l-Istat u l-istituzzjonijiet tal-gvern, inklużi t-taqsimiet u l-fergħat tagħhom, iridu jitressqu quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni tal-post fejn bdiet ir-relazzjoni legali li hija l-bażi tat-tilwima. Meta din ir-relazzjoni legali tkun ġiet ifformata barra l-pajjiż, il-kawża trid tinfetaħ quddiem il-qorti kompetenti f’Sofija.

Kawża kontra xi ħadd mingħajr indirizz magħruf trid tinfetaħ fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-avukat jew tar-rappreżentant legali tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq il-post ta’ residenza tal-attur. Dan japplika wkoll f'każ li l-konvenut ma jkunx residenti l-Bulgarija. Jekk lanqas l-attur ma jkun residenti l-Bulgarija, il-kawża trid tinfetaħ quddiem il-qorti kompetenti f’Sofija.

Il-kawżi kontra minuri jew xi ħadd mingħajr kapaċità ġuridika jridu jinfetħu fil-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rappreżentant legali tagħhom.

Kawżi dwar wirt, l-irtirar sħiħ jew parzjali ta' testment, il-qasma tal-wirt jew il-kanċellazzjoni ta' qasma volontarja, iridu jinfetħu skont il-post fejn infetaħ it-testment. Jekk il-mejjet ikun ċittadin Bulgaru, imma t-testment ikun infetaħ f'pajjiż għajr il-Bulgarija, il-kawża trid tinfetaħ jew fil-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post ta' residenza Bulgara tal-mejjet, jew fuq il-post fejn ikunu jinsabu l-beni tiegħu.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Kawża biex issir talba finanzjarja tajba bbażata fuq kuntratt tista’ tinfetaħ fil-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-post attwali tar-residenza tal-konvenut.

It-talbiet ta’ manteniment jistgħu jiġu ppreżentati wkoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-attur.

Il-ħaddiema jistgħu jiftħu kawża kontra min iħaddimhom fil-post abitwali tax-xogħol tagħhom.

Tilwim skont il-liġi industrijali bejn barranin, kumpaniji jew impriżi konġunti li għandhom il-post ta' kummerċ irreġistrat tagħhom fil-Bulgarija minn naħa u impjegati barranin li jaħdmu magħhom fil-Bulgarija min-naħa l-oħra, huma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati fil-post ta' kummerċ irreġistrat tal-impjegatur, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

Tilwim dwar il-liġi industrijali bejn impjegati b'ċittadinanza Bulgara li jaħdmu barra l-pajjiż għal impjegaturi Bulgari jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta' Sofija jekk il-kawża tinfetaħ kontra l-impjegatur, u tal-qrati tar-residenza Bulgara tal-impjegat jekk il-kawża tkun kontra l-impjegat.

Kawża għal dannu inġust tista’ tinfetaħ quddiem il-qrati ta’ fejn ikun seħħ id-dannu.

Kawża kontra konvenuti minn distretti ġudizzjarji differenti jew li tikkonċerna proprjetà mifruxa fuq iktar minn distrett ġudizzjarju wieħed tista’ tinfetaħ quddiem il-qorti tal-għażla tal-attur f’wieħed minn dawk id-distretti.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Kawżi li jikkonċernaw drittijiet in rem fuq proprjetà, id-diviżjoni ta' koproprjetà jew l-istituzzjoni ta' konfini jew ir-riistituzzjoni tad-drittijiet ta' sjieda fuq proprjetà immobbli, iridu jinfetħu fil-qrati ta' fejn tinsab il-proprjetà. Kawżi li jikkonċernaw att pubbliku li jikkonferma drittijiet reali fi proprjetà jew bl-għan tar-riżoluzzjoni, ix-xoljiment jew l-annullament ta' att ta' proprjetà immobbli jrid jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-proprjetà.

Il-kawżi minn konsumaturi u kontrihom iridu jitressqu quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz tal-konsumatur fil-preżent, u jekk ma jkunx hemm indirizz fil-preżent, fuq l-indirizz permanenti tal-konsumatur.

Kawżi għal kumpens skont il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni (Kodeks za zastrahovaneto) mibdija mill-persuna offiża kontra assiguratur, il-Fond ta’ Garanzija (Garantsionen fond) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Assiguraturi Bulgari tal-Vetturi bil-Mutur (Natsionalno byuro na balgarskite avtomobilni zastrahovateli) iridu jinfetħu fil-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-post jinsab l-indirizz permanenti jew l-uffiċċju rreġistrat tal-attur meta jkun seħħ l-avveniment assigurat jew fuq il-post fejn seħħ l-avveniment assigurat.

Kawża għal kumpens għal dannu li jirriżulta minn reat kriminali jrid jiġi ppreżentat għal eżami simultanju fil-proċedimenti kriminali mal-qorti li jkollha l-akkuża kriminali quddiemha.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Fil-prinċipju, ġuriżdizzjoni determinata mil-liġi ma tistax tiġi riassenjata bi qbil bejn il-partijiet.

Madankollu, il-partijiet f'tilwima ta' proprjetà jistgħu jaqblu li ma japplikawx ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni territorjali billi jiffirmaw ftehim li jikkonferixxi l-ġuriżdizzjoni lil qorti partikolari. Madankollu, dan mhux possibbli meta l-kawża tkun dwar drittijiet in rem ta’ koproprjetà, l-istituzzjoni ta' konfini jew ir-riistituzzjoni tad-drittijiet ta’ sjieda fuq proprjetà immobbli, att pubbliku li jikkonferma drittijiet in rem fuq proprjetà jew bl-għan tar-riżoluzzjoni, ix-xoljiment jew l-annullament ta' att ta' proprjetà immobbli, u f’dak il-każ il-liġi tiddetermina liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.

F’kawżi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumatur jew il-liġi industrijali, il-ftehimiet bejn il-partijiet dwar liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni huma validi biss jekk ikunu ffirmati wara li tkun qamet it-tilwima.

Il-partijiet f’tilwima dwar proprjetà jistgħu jaqblu li jsolvu l-kwistjoni bl-arbitraġġ, sakemm ma tkunx tikkonċerna drittijiet in rem jew proprjetà immobbli, il-ħlasijiet ta' manteniment jew il-liġi industrijali. Sabiex jinfetħu proċedimenti ta' arbitraġġ, il-partijiet involuti kollha jridu jikkonkludu ftehim proċedurali speċjali (arbitrazhno sporazumenie jew ftehim ta’ arbitraġġ). Il-qorti tal-arbitraġġ tista' tuża kull sors rilevanti ta' dritt internazzjonali u sors Bulgaru speċifiku: l-Att dwar it-Tilwim Kummerċjali Internazzjonali (Zakon za mezhdunarodniya targovski arbitrazh).

Skont l-Att dwar it-Tilwim Kummerċjali Internazzjonali, ftehim ta' arbitraġġ ifisser li l-partijiet kollha involuti jitolbu li qorti tal-arbitraġġ issolvi t-tilwim kollu li jista' jinqala' jew li nqala' bejniethom jew parti minnu f'relazzjoni kuntrattwali jew nonkuntrattwali. Il-ftehim jista' jieħu l-forma ta' klawżola ta’ arbitraġġ f'kuntratt ieħor jew ta' ftehim separat. Ftehim ta' arbitraġġ irid ikun bil-miktub. Qorti tal-arbitraġġ tista' tkun istituzzjoni permanenti jew tista' tinħoloq biex tiġi solvuta tilwima partikolari. Qorti tal-arbitraġġ jista' jkollha s-sede barra mill-Bulgarija jekk waħda mill-partijiet tkun normalment ibbażata barra mill-Bulgarija, ikollha l-post ta' kummerċ hemmhekk skont l-istatuti tagħha jew ikollha l-maniġment ċentrali tagħha hemmhekk.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

L-uniċi qrati speċjalizzati fil-Bulgarija b’ġuriżdizzjoni fuq it-tilwimiet fid-dritt ċivili huma l-qrati amministrattivi.

Kawżi kontra l-awtoritajiet eżekuttivi għal indennizz jistgħu jitressqu quddiem il-qorti amministrattiva bil-ġuriżdizzjoni tal-post fejn ikun seħħ id-dannu jew tal-indirizz jew l-uffiċċju rreġistrat fil-preżent tal-parti offiża, u meta azzjonijiet ta’ dan it-tip jingħaqdu ma’ kontestazzjoni tal-att amministrattiv innifsu, dawn iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz jew l-uffiċċju rreġistrat tal-appellant (l-Artikolu 133(5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva (Administrativno protsesualen kodeks)).

Il-ġuriżdizzjoni tal-kawżi amministrattivi kollha hija tal-qrati amministrattivi, ħlief dawk li huma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni inizjali fuq kontestazzjonijiet ta’: regolament maħruġ minn awtorità pubblika li mhux kunsill muniċipali, regolament maħruġ mill-Kunsill tal-Ministri, mill-Prim Ministru, mill-Viċi Prim Ministru jew Ministru, deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, regolament maħruġ mill-Bank Nazzjonali Bulgaru jew kull regolament ieħor li l-liġi tistipula li l-ġuriżdizzjoni inizjali fuqhom hija tal-Qorti Amministrattiva Suprema.

L-aħħar aġġornament: 10/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Iċ-Ċekja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Id-dritt ċivili Ċek ma għandux regoli proċedurali li jinnominaw qrati speċjalizzati sabiex jittrattaw tipi speċifiċi ta’ kawżi. F’kawżi ċivili, il-qorti ġenerali għandha, fil-prinċipju, il-ġuriżdizzjoni sabiex issolvi tilwim fil-materji kollha tad-dritt ċivili. Dawn huma definiti materjalment b’mod li fi proċeduri ġudizzjarji ċivili, il-qrati għandhom jisimgħu u jiddeċiedu dwar tilwim u kawżi legali oħra li joħorġu minn relazzjonijiet regolati mid-dritt privat (l-Artikolu 7(1) tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Barra minn hekk, daħlet fis-seħħ liġi ġdida fir-Repubblika Ċeka mill-1.1. 2014, l-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali. Skont dan l-Att, il-qrati jittrattaw u jiddeċiedu dwar il-materji legali stabbiliti f’dan l-Att.

F’ċerti każijiet, leġiżlazzjoni speċjali tagħti s-setgħa li jiddeċiedu dwar materji relatati mad-dritt ċivili lill-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, f’dan il-każ id-deċiżjoni mill-awtorità amministrattiva dejjem tista' tiġi rieżaminata suċċessivament minn qorti ċivili fi proċeduri skont il-Parti Ħamsa tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat (l-Artikolu 244 et seq.).

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Fir-Repubblika Ċeka, il-qrati ċivili tal-prim’istanza huma l-qrati distrettwali u l-qrati reġjonali u, f’każijiet rari, il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka.

1. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu proċeduri fil-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tipprovdix espliċitament li l-qrati reġjonali jew il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka jkollhom il-ġuriżdizzjoni.

2.

a) Skont l-Att Nru 99/1963 Coll., il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi li ġejjin fil-prim’istanza:

  • f’tilwim rigward is-saldu reċiproku ta’ ħlasijiet żejda ta’ allowance tal-assigurazzjoni għall-pensjoni, assigurazzjoni tal-mard, appoġġ soċjali mill-istat u assistenza għal ħtiġijiet materjali u f’tilwim fir-rigward tas-saldu reċiproku ta’ kumpens eċċessiv imħallas b’riżultat tal-intitolament għal benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard,
  • f’tilwim rigward l-illegalità ta’ strajk jew lockout,
  • f’tilwim fir-rigward ta’ stat barrani jew persuni li jgawdu immunitajiet u privileġġi diplomatiċi jekk dan it-tilwim jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati Ċeki,
  • f’tilwim rigward l-annullament tad-deċiżjoni ta’ arbitru dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li joħorġu minn ftehim kollettiv,
  • f’kawżi li jsegwu minn relazzjonijiet legali marbuta mal-istabbiliment ta’ korporazzjonijiet kummerċjali, fondazzjonijiet, dotazzjonijiet u fondi ta’ dotazzjoni u f’tilwim bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom kif ukoll f’tilwim bejn sħab u membri li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-korporazzjoni kummerċjali,
  • f’tilwim bejn korporazzjonijiet tan-negozju, is-sħab jew il-membri tagħhom u membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidaturi, jekk it-tilwim jirrigwarda l-eżerċizzju tal-uffiċċju ta’ membri tal-korpi statutorji jew il-likwidazzjoni,
  • f’tilwim li jirriżulta mil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur,
  • f’tilwim li jirrigwarda l-protezzjoni ta’ drittijiet miksura jew mhedda b’kompetizzjoni inġusta jew restrizzjonijiet illegali fuq il-kompetizzjoni,
  • f’materji li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-isem u r-reputazzjoni ta’ persuna ġuridika,
  • f’tilwim rigward is-sigurtà finanzjarja u tilwim relatat ma’ kambjali, ċekkijiet u strumenti ta’ investiment,
  • f’tilwim li jirriżulta minn kummerċ tas-suq tal-materja prima,
  • f’materji relatati mal-Assemblej Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien u tilwim li jirriżulta minnhom,
  • f’materji relatati mat-trasformazzjoni ta’ kumpaniji u kooperattivi, inkluża kwalunkwe proċedura ta’ kumpens, skont regolament ġuridiku speċjali,
  • f’tilwim rigward ix-xiri ta’ impjant, il-lokazzjoni ta’ impjant jew ta’ parti minnu,
  • f’tilwim dwar kuntratti għal xogħol ta’ bini li jkunu kuntratti pubbliċi ’l fuq mil-limitu, inklużi l-provvisti neċessarji sabiex jitwettqu dawk il-kuntratti.

b) Skont l-Att Nru 292/2013 Coll., il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi li ġejjin fil-prim’istanza:

  • rigward l-istatus tal-entitajiet ġuridiċi, inklużi x-xoljiment u l-likwidazzjoni tagħhom, il-ħatra u t-tneħħija tal-membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidatur, it-trasformazzjoni tagħhom u kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istatus ġeneralment ta’ benefiċċju tagħhom,
  • f’materji ta’ kustodja tal-entitajiet ġuridiċi,
  • rigward id-depożiti biex jiġu ssodisfati l-obbligi sabiex jiġu pprovduti konsiderazzjoni jew kumpens lil aktar minn persuna waħda abbażi ta’ deċiżjoni tal-qorti skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet Kummerċjali jew l-Att dwar it-Trasformazzjoni tal-Kumpaniji u l-Kooperattivi (minn hawnhekk ’il quddiem id-“depożitu obbligatorju”),
  • f’materji li jirrigwardaw is-suq kapitali,
  • dwar il-kunsens preliminari sabiex jitwettqu investigazzjonijiet f’materji ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni,
  • dwar is-sostituzzjoni tal-kunsens ta’ rappreżentant tal-Kamra tal-Avukati Ċeka jew tal-Kamra tal-Konsulenti tat-Taxxa għall-aċċess għall-kontenut tad-dokumenti.

3. Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandha ġuriżdizzjoni fil-prima u l-unika istanza fi proċeduri sabiex tirrikonoxxi sentenzi barranin dwar divorzju, separazzjoni legali, annullament ta’ żwieġ u tiddetermina jekk iż-żwieġ jeżistix jew le, jekk mill-anqas waħda mill-partijiet tkun ċittadina tar-Repubblika Ċeka, skont l-Artikolu 51 tal-Att Nru 91/2012 Coll., dwar id-dritt internazzjonali privat. Madankollu, din il-proċedura ma tiġix segwita fir-rikonoxximent ta’ sentenzi minn Stati Membri oħra tal-UE f’kawżi fejn japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, jew fejn japplika trattat bilaterali jew multilaterali li jipprevedi proċedura għajr il-liġi Ċeka.

Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni wkoll fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-rikonoxximent ta’ sentenza barranija li tistabbilixxi jew tiċħad il-filjazzjoni, skont l-Artikolu 55 tal-Att Nru 91/2012 Coll., dwar id-dritt internazzjonali privat.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Iċ-ċirkustanzi li jkunu jeżistu fiż-żmien li jinbdew il-proċeduri huma determinanti sabiex tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni ratione materiae (ara l-mistoqsija 2.1) u l-ġuriżdizzjoni territorjali. Kwalunkwe bidla sussegwenti f’dawn iċ-ċirkustanzi (eż. bidla fil-post tar-residenza tal-konvenut) tkun, bi ftit eċċezzjonijiet (trasferiment tal-ġuriżdizzjoni għal kawżi li jirrigwardaw il-kustodja ta’ minorenni, il-kustodja u proċeduri dwar il-kapaċità legali), irrilevanti.

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti, bħala regola, tkun awtorizzata li teżamina l-ġuriżdizzjoni territorjali fil-bidu tal-proċeduri biss – sat-tmiem tal-proċeduri preparatorji, jew f'każ li ma jkunx hemm proċeduri preparatorji, qabel ma tibda tisma’ l-merti tal-każ, jiġifieri sakemm issejjaħ lir-rikorrent biex iressaq rikors matul il-proċeduri inizjali, jew sakemm toħroġ deċiżjoni fil-każ li tiddeċiedi mingħajr smigħ. Sussegwentement, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi eżaminata biss jekk ma jkunux saru proċeduri preparatorji u parti tkun qajmet oġġezzjoni għall-ġuriżdizzjoni lokali fl-ewwel okkażjoni li kellha d-dritt li tagħmel dan. Huwa possibbli li, f’ċerti każijiet, għadd ta’ qrati jkollhom il-ġuriżdizzjoni territorjali. Ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-qorti ġenerali u l-qrati nnominati fl-Artikolu 87 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (eż. skont il-post tax-xogħol, f’każijiet ta’ kumpens skont il-post fejn tkun seħħet il-ħsara). Ir-rikorrent irid jagħżel sa mhux aktar tard minn meta jiġi ppreżentat ir-rikors – il-qorti fejn ikunu nbdew l-ewwel il-proċeduri jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Għal materji legali speċifiċi, il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi determinata bl-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ir-regoli bażiċi tal-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 86 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u fl-Artikolu 4 tal-Att Nru 292/2013 Coll. Madankollu, wieħed għandu jiftakar li f’ċerti każijiet, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi rregolata b’liġi tal-UE li tapplika direttament, li tieħu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, li ma jirregolax biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), li jfisser li r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi Ċeka mhux dejjem japplikaw.

Ir-regola bażika fl-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili hija li l-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali hija l-qorti ġenerali tal-konvenut. Il-qorti ġenerali hija dejjem il-qorti distrettwali. Fejn qorti reġjonali jkollha ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza (ara l-mistoqsija 2.1), il-qorti reġjonali li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-qorti (distrettwali) ġenerali tal-parti, ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Fejn issir talba kontra diversi konvenuti, il-qorti ġenerali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.

Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha r-residenza tagħha u jekk il-parti ma jkollhiex, f’dak il-każ il-qorti tad-distrett fejn tkun qiegħda toqgħod. Residenza hija mifhuma li tfisser il-post fejn individwu jkun qiegħed jgħix bl-intenzjoni li jibqa’ hemmhekk b’mod permanenti (huwa possibbli li jkun hemm għadd ta’ postijiet bħal dawn, f’liema każ it-tali qrati kollha jkunu l-qorti ġenerali).

Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika involuta fin-negozju, għall-kawżi li jirriżultaw minn attivitajiet tan-negozju, hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha l-post tan-negozju tagħha (il-post tan-negozju huwa l-indirizz imdaħħal fir-reġistru pubbliku); jekk hija ma jkollhiex post tan-negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha r-residenza tagħha u jekk il-parti ma jkollhiex, il-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun qiegħda toqgħod.

Il-kriterju għall-istabbiliment tal-qorti ġenerali ta’ entità legali huwa l-uffiċċju rreġistrat tagħha (ara l-Artikoli 136 – 137 tal-Att Nru 89/2012 Coll., il-Kodiċi Ċivili).

Il-qorti ġenerali ta’ trustee f’insolvenza matul it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha huwa jkollu uffiċċju rreġistrat.

Japplikaw regoli speċjali għall-qorti ġenerali tal-Istat (il-qorti tad-distrett fejn l-unità organizzattiva tal-istat b’ġuriżdizzjoni skont regolament ġuridiku speċjali jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, u, jekk il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti li fid-distrett tagħha jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi li wasslu għad-dritt mitlub), muniċipalità (il-qorti tad-distrett fejn tkun tinsab il-muniċipalità) u unità awtonoma territorjali superjuri (il-qorti tad-distrett fejn il-korpi amministrattivi tagħha jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom).

Jekk il-konvenut, li jkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka, ma jkollux qorti ġenerali, jew ma jkollux qorti ġenerali fir-Repubblika Ċeka, il-qorti li fid-distrett tagħha huwa kellu l-aħħar residenza magħrufa fir-Repubblika Ċeka, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Id-drittijiet ta’ proprjetà jistgħu jiġu eżerċitati kontra xi ħadd li ma jkollux qorti kompetenti oħra fir-Repubblika Ċeka mill-qorti tad-distrett fejn ikunu jinsabu l-assi tiegħu.

Rikors (talba għall-bidu ta’ proċeduri) kontra persuna barranija jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem qorti li l-impjant tagħha fir-Repubblika Ċeka jew unità organizzattiva tal-impjant tagħha jkunu jinsabu fid-distrett tagħha.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali jgħidu li l-ġuriżdizzjoni għall-proċeduri hija tal-qorti ġenerali ta’ persuni li l-proċeduri jkunu qegħdin isiru fl-interess tagħha, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-Att. Il-qorti ġenerali ta’ minorenni li ma jkollux kapaċità legali sħiħa hija l-qorti li l-minorenni jkollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha kif stabbilit bi ftehim bejn il-ġenituri jew b’deċiżjoni tal-qorti jew b’ċirkustanzi deċiżjonali oħra.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Minbarra l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti ġenerali tal-konvenut, teżisti ġuriżdizzjoni territorjali speċjali oħra, li hija (a) il-ġuriżdizzjoni territorjali speċjali b’għażla (ara l-mistoqsija 2.2.2.1 hawn taħt) u (b) il-ġuriżdizzjoni territorjali speċjali esklużiva (ara l-mistoqsija 2.2.2.2 hawn taħt). Huwa possibbli wkoll ftehim ta’ proroga għal materji kummerċjali (ara l-mistoqsija 2.2.2.3 hawn taħt).

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali, jekk iċ-ċirkustanzi li jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni jinbidlu fi proċeduri dwar il-kustodja ta’ minorenni mill-qorti, f’materji ta’ kustodja u fi proċeduri dwar il-kapaċità ġuridika il-qorti għandha d-dritt li tittrasferixxi l-ġuriżdizzjoni tagħha lil qorti oħra, jekk dan ikun fl-interess tal-minorenni, tat-tutur jew tal-persuna li tkun qiegħda tiġi deċiża l-kapaċità ġuridika tagħha. Madankollu, it-trasferiment tal-ġuriżdizzjoni skont dan il-paragrafu dejjem jiddependi fuq il-konsiderazzjoni tal-qorti.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Din hija l-hekk imsejħa “ġuriżdizzjoni territorjali speċjali b’għażla” li hija regolata mill-Artikolu 87 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-rikorrent jista’ jagħżel jekk jippreżentax rikors quddiem il-qorti ġenerali tal-konvenut jew f’qorti oħra b’ġuriżdizzjoni territorjali. Madankollu jridu jiġu rrispettati r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali – jekk qorti reġjonali jkollha l-ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza, ir-rikorrent irid jippreżenta rikors fil-qorti reġjonali. Malli r-rikors ikun ġie ppreżentat lill-qorti, ir-rikorrent ma jistax jibdel l-għażla tiegħu. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun regolata b’regolament tal-UE li japplika direttament, li jkollu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, li jirregola mhux biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), ma jistgħux jiġu applikati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali bbażata fuq għażla skont il-liġi Ċeka.

Minflok il-qorti ġenerali tal-konvenut, ir-rikorrent jista’ jagħżel qorti li fid-distrett tagħha:

  • il-konvenut ikollu l-post tax-xogħol permanenti tiegħu;
  • ikunu seħħew iċ-ċirkustanzi li jwasslu għad-dritt għal kumpens;
  • tkun tinsab l-unità organizzattiva tal-impjant ta’ persuna fiżika jew ġuridika, li tkun il-konvenut, jekk it-tilwima tkun tirrigwarda din l-unità;
  • persuna li torganizza suq irregolat jew topera sistema kummerċjali multilaterali jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, fil-każ ta’ tilwima kummerċjali
  1. dwar suq irregolat organizzat minn din il-persuna, jew is-saldu ta’ dak in-negozju, jew
  2. f’sistema kummerċjali multilaterali operata minn din il-persuna, jew is-saldu ta’ dak il-kummerċ,
  • ikun jinstab il-post tal-pagament, meta jiġi eżerċitat dritt li joħroġ minn kambjala, nota promettenti jew titolu ieħor;
  • ikun jinstab l-uffiċċju rreġistrat ta’ suq tal-materja prima, fil-każ ta’ tilwima li tirrigwarda kummerċ f'suq tal-materja prima.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Din hija l-hekk imsejħa “ġuriżdizzjoni territorjali speċjali esklużiva”, li hija regolata mill-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, u ċerti dispożizzjonijiet tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali. Jekk tkun ġiet imposta ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva għal ċerti materji, il-ġuriżdizzjoni territorjali ma tistax tiġi determinata skont il-qorti ġenerali tal-konvenut jew skont il-qorti tal-għażla.

Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun regolata b’regolament tal-UE li japplika direttament, li jkollu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li jirregola mhux biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), ma jistgħux jiġu applikati r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva skont il-liġi Ċeka.

Skont l-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva tiġi imposta prinċipalment għall-proċeduri li ġejjin:

  • l-issetiljar tal-proprjetà komuni tal-konjuġi jew ta’ assi oħra jew il-kanċellazzjoni ta’ kirja konġunta ta’ appartament wara divorzju – il-qorti li tkun iddeċidiet dwar id-divorzju jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali
  • proċeduri dwar id-dritt għal proprjetà immobbli (il-proċeduri jridu jirrigwardaw direttament id-dritt għall-proprjetà – dan jirrigwarda prinċipalment id-drittijiet in rem jew id-drittijiet ta’ kiri) – il-qorti li l-proprjetà tkun tinstab fid-distrett tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux proċeduri sabiex tiġi ssetiljata l-proprjetà komuni tal-konjuġi jew assi oħra jew il-kanċellazzjoni ta’ kirja konġunta ta’ appartament wara divorzju (f’dawn il-kawżi, il-qorti li tkun iddeċidiet dwar id-divorzju jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali – ara hawn fuq)
  • proċeduri sabiex tiġi deċiża tilwima relatata ma’ proċeduri tas-suċċessjoni – il-qorti li fiha jkunu qegħdin isiru l-proċeduri tas-suċċessjoni jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali

L-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali, jipprevedi ġuriżdizzjoni territorjali speċjali għall-proċeduri li ġejjin, b’mod partikolari:

  • proċeduri ta’ divorzju, proċeduri sabiex jiġi determinat jekk iż-żwieġ jeżistix jew le u dwar l-invalidità taż-żwieġ – skont l-Artikoli 373 u 383 din hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-konjuġi kellhom l-aħħar post tar-residenza fir-Repubblika Ċeka, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed mill-konjuġi jkun jgħix f’dak id-distrett; jekk ma tkunx teżisti qorti bħal din, il-qorti ġenerali tal-konjuġi li ma ppreżentax rikors sabiex jinbdew il-proċeduri jkollha l-ġuriżdizzjoni u jekk din il-qorti wkoll ma tkunx teżisti, il-qorti ġenerali tal-konjuġi li jkun ressaq rikors sabiex jinbdew il-proċeduri
  • proċeduri tas-suċċessjoni – skont l-Artikolu 98, dan huwa l-post tar-residenza permanenti rreġistrata tal-mejjet, l-aħħar post tar-residenza tiegħu jew il-post fejn kien joqgħod, il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli tal-mejjet jew fejn miet (dawn huma kriterji ġerarkiċi)
  • proċeduri f’materji ta’ ħtif internazzjonali ta’ minuri (ritorn ta’ minuri) – skont l-Artikolu 479, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali hija dik li l-Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fid-distrett tagħha – jiġifieri l-Qorti Muniċipali ta’ Brno.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-partijiet għandhom l-opzjoni biss li jiftiehmu dwar ġuriżdizzjoni territorjali differenti għal dik prevista mil-liġi (hekk imsejjaħ ftehim ta’ proroga) skont l-Artikolu 89a tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili f’materji li jirrigwardaw relazzjonijiet bejn intrapriżi li jirriżultaw minn attivitajiet kummerċjali u bil-kundizzjoni biss li ma tkun ġiet stabbilita l-ebda ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva skont l-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, għall-kawża partikolari (ara hawn fuq). Ftehim ta’ proroga jrid ikun bil-miktub. Jekk ir-rikorrent jippreżenta talba lill-qorti magħżula u jiġi invokat il-ftehim ta’ proroga, il-ftehim (f’forma kredibbli – preferibbilment l-oriġinali jew kopja ċċertifikata) għandu jiġi mehmuż mat-talba, għalkemm din mhijiex prekundizzjoni skont il-leġiżlazzjoni attwali.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Ma hemmx qrati speċjalizzati fir-Repubblika Ċeka (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1).

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Ġermanja

Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi tiġi ddeterminata jew skont l-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea jew permezz tad-dritt internazzjonali awtonomu dwar il-proċedura ċivili, li jinkludi wkoll konvenzjonijiet internazzjonali. Il-kwestjonarju jkopri biss kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali.

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Hemm żewġ sistemi differenti ta’ qrati għal tilwim ċivili fil-Ġermanja, il-qrati ċivili (Zivilgerichte) u t-tribunali industrijali (Arbeitsgerichte).

It-tribunali industrijali għandhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tat-tilwim ċivili kollu bejn l-impjegati u l-impjegaturi u t-tilwim bejn is-sħab soċjali. Ir-responsabbiltajiet l-oħrajn tat-tribunali industrijali jiġu mill-Artikoli 2 u 2a tal-Att dwar it-Tribunali Industrijali (Arbeitsgerichtsgesetz, ArbGG). Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tal-Att dwar it-Tribunali Industrijali, dawn għandhom ukoll ġuriżdizzjoni għal tilwim bejn persuni li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ ta’ impjegati u l-klijenti tagħhom. Kull tilwim ċivili ieħor jiġi kopert mill-ġuriżdizzjoni tal-qrati ċivili, li huma parti mill-ġuriżdizzjoni ordinarja.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-qrati ċivili tal-ewwel istanza huma fil-qrati lokali (Amtsgerichte) u l-qrati reġjonali (Landgerichte).

1. Il-qrati lokali ġeneralment ikollhom ġuriżdizzjoni f’tilwim ċivili jekk il-valur fit-tilwim ma jaqbiżx il-€5 000 u l-qorti reġjonali ma jkollhiex ġuriżdizzjoni esklużiva (l-Artikolu 23 Nru 1 tal-Att dwar il-Ġudikatura (Gerichtsverfassungsgesetz, GVG).

Il-qrati lokali għandhom ukoll ġuriżdizzjoni esklużiva fil-każijiet li ġejjin, irrilevanti mill-valur fit-tilwima (l-Artikoli 23 u 23a tal-Att dwar il-Ġudikatura).

Il-qrati lokali għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu tilwim rigward pretensjonijiet li jkunu ġejjin minn kuntratt ta’ kera residenzjali jew rigward l-eżistenza ta’ tali kuntratt ta’ kera (l-Artikolu 23 Nru 2(a) tal-Att).

Barra minn hekk, il-qrati lokali għandhom ġuriżdizzjoni esklużiva f’kawżi tal-familja, u ġeneralment fi kwistjonijiet relatati mal-ġuriżdizzjoni volontarja (l-Artikolu 23a(1), l-ewwel sentenza, Nri 1 u 2).

Il-qrati lokali għandhom ukoll ġuriżdizzjoni esklużiva fi kwistjonijiet oħrajn li jirriżultaw mill-Artikolu 23 Nru 2, b-d u g tal-Att dwar il-Ġudikatura.

2. Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza fir-rigward tat-tilwim ċivili kollu li ma jkunx allokat lill-qrati lokali. Dawn huma primarjament kawżi fejn il-valur fit-tilwima jkun iktar minn €5 000.

B’mod partikolari, il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni esklużiva skont l-Artikolu 71(2) tal-Att, irrispettivament mill-valur ikkontestat:

-          għall-pretensjonijiet kontra l-awtoritajiet tat-taxxa bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tas-servizz pubbliku,

-          għall-pretensjonijiet ibbażati fuq divulgazzjonijiet foloz, qarrieqa tas-suq finanzjarju pubbliku jew dwar in-nuqqas li ssir tali divulgazzjoni, dwar l-użu ta’ divulgazzjonijiet foloz jew qarrieqa tas-suq finanzjarju pubbliku jew dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni lill-pubbliku li t-tali divulgazzjonijiet tas-suq finanzjarju pubbliku huma foloz jew qarrieqa,

-          għat-tilwim li jikkonċerna d-dritt tax-xerrej li jordna u l-pretensjoni riżultanti tal-kuntrattur għall-adattazzjoni tar-rimunerazzjoni għall-kuntratti ta’ kostruzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 650a tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB),

-          u għall-pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-uffiċjali pubbliċi.

Il-qrati reġjonali jistgħu jistabbilixxu sezzjonijiet kummerċjali (l-Artikolu 93 tal-Att dwar il-Ġudikatura). Dawn ikollhom ġuriżdizzjoni fost affarijiet oħra għall-pretensjonijiet tad-dritt ċivili kontra negozji u tilwim skont il-liġi li tirregola ċ-ċekkijiet u kambjali. L-Artikolu 95 tal-Att dwar il-Ġudikatura tinkludi lista esklużiva ta’ ġuriżdizzjonijiet għas-sezzjonijiet kummerċjali. Fir-rikors tal-ftuħ tal-kawża, ir-rikorrent irid jitlob li l-kwistjoni tinstema’ quddiem is-sezzjoni kummerċjali (l-Artikolu 96(1) tal-Att).

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Fil-Ġermanja, ir-regola ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung, ZPO) (l-Artikoli 12-18) hija li l-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata mill-post fejn ikun jgħix l-intimat. Jekk persuna ma għandha l-ebda post ta’ residenza permanenti, il-bażi jkun il-post fejn tkun qed toqgħod fil-Ġermanja, u, jekk ma jkun magħruf l-ebda post tali, ikun l-aħħar post ta’ residenza permanenti tagħha (l-Artikolu 16 ZPO). F’każ ta’ entità ġuridika, il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun iddeterminata mill-uffiċċju rreġistrat tagħha (l-Artikolu 17 ZPO).

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Għal ċerti tipi ta’pretensjonijiet, ir-rikorrent jista’ alternattivament jagħżel ġuriżdizzjoni speċjali iżda mhux esklużiva, differenti minn dik fejn jgħix l-intimat. Eżempji ta’ dan huma kif ġej:

* Tilwim li jirriżulta minn relazzjoni kuntrattwali u tilwim dwar l-eżistenza ta’ kuntratt jista’ jinbeda wkoll fil-qorti tal-post fejn irid jitwettaq l-obbligu oġġett tat-tilwima (ġuriżdizzjoni speċifika tal-post tal-prestazzjoni, l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Ftehim rigward il-post tal-prestazzjoni huwa rilevanti għal skopijiet proċedurali biss jekk il-partijiet kontraenti jkunu fil-kategorija ta’ persuni awtorizzati jikkonkludu ftehimiet dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 38(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ara 2.2.2.3.

It-terminu “relazzjoni kuntrattwali” jinkludi l-kuntratti kollha rregolati bil-liġi tal-obbligi, irrilevanti mit-tip ta’ obbligu. Mela t-tribunali industrijali jkollhom il-ġuriżdizzjoni, id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis.

* Għall-pretensjonijiet minħabba responsabbiltà ċivili għal atti inġusti, il-qorti li l-att ikun seħħ fiż-żona tagħha, ikollha l-ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

* Skont l-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Traffiku fit-Toroq (Straßenverkehrsgesetz, StVG), il-qorti tad-distrett fejn ikun seħħ l-avveniment dannuż, jiġifieri l-inċident tat-traffiku, ikollha l-ġuriżdizzjoni wkoll għall-pretensjonijiet ibbażati fuq dak l-Att.

* Il-vittma ta’ att kriminali, matul il-proċedimenti kriminali, tista’ tippreżenta rikorsi intiżi biex tafferma pretensjonijiet finanzjarji li tkun akkumulat mill-att kriminali fil-qorti fejn tkun tressqet l-akkuża (tingħaqad mal-proċedimenti kriminali skont l-Artikolu 403 u 404 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (Strafprozessordnung, StPO)).

* Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-proċedimenti tad-divorzju hija rregolata fl-Artikolu 122 tal-Att dwar il-proċedimenti f’materji tal-familja u f’materji ta’ ġuriżdizzjoni volontarja (Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG). Għaldaqstant, il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun tal-qorti tal-familja biss (Familiengericht, is-sezzjoni tal-qorti lokali) fid-distrett li wieħed mill-konjuġi jkollu r-residenza abitwali tiegħu mal-ulied minuri kollha tal-koppja (jiġifieri l-punt fokali reali ta’ ħajjithom). Jekk fil-mument meta l-proċedimenti jsiru pendenti, jiġifieri fil-mument tan-notifika tad-dokument tar-rikors, ma tkun teżisti l-ebda residenza abitwali mal-ulied minuri kollha, hija l-qorti tal-familja fid-distrett fejn wieħed mill-konjuġi ikun abitwalment residenti flimkien ma’ wħud mill-ulied minuri tal-koppja, li jkollha l-ġuriżdizzjoni, sakemm ħadd minn ulied il-koppja ma jkun abitwalment residenti mal-konjuġi l-ieħor.

Jekk dan ma jistabbilix il-ġuriżdizzjoni, il-ġuriżdizzjoni unika tkun tal-qorti tal-familja li l-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali konġunta tagħhom fid-distrett tagħha, sakemm wieħed mill-konjuġi ma jkunx għadu abitwalment residenti hemmhekk meta l-proċedimenti jsiru pendenti (ara hawn fuq). Jekk lanqas dan ma japplika, il-punt ta’ referenza jkun il-post ta’ residenza abitwali tal-parti avversarja, sakemm ma jkunx il-każ li tali post ta’ residenza fil-Ġermanja ma jkunx jeżisti. F’dan il-każ, il-punt ta’ referenza jkun il-post ta’ residenza abitwali tar-rikorrent.

Jekk lanqas dan ma jistabbilixxi ġuriżdizzjoni, il-Qorti tal-Familja fil-Qorti Lokali ta’ Berlin-Schöneberg ikollha l-ġuriżdizzjoni unika.

* Il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-kwistjonijiet ta’ manteniment hija rregolata fl-Artikolu 232 tal-Att dwar il-proċedimenti f’materji tal-familja u f’materji ta’ ġuriżdizzjoni volontarja. Il-qorti fejn l-azzjonijiet dwar kwistjonijiet matrimonjali jkunu jew kienu pendenti fl-ewwel istanza jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva fir-rigward tal-manteniment għall-konjuġi u l-ulied, sakemm dawn l-azzjonijiet ikunu għadhom pendenti.

Jekk kawża dwar kwistjonijiet matrimonjali ma tkunx għadha pendenti, il-qorti fejn il-wild jew il-ġenitur li jkollu l-awtorità li jaġixxi f’isem il-wild minuri jkollu r-residenza abitwali tiegħu fid-distrett tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ manteniment għall-wild minuri jew ekwivalenti ta’ wild minuri. Dan ma japplikax f’każ li l-wild jew il-ġenitur ikollu r-residenza abitwali tiegħu barra l-pajjiż.

Għall-kwistjonijiet ta’ manteniment l-oħra kollha (il-manteniment tal-konjuġi jew tal-ulied li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, iżda wkoll il-manteniment ta’ wlied it-tfal, ġenituri jew ommijiet waħedhom), id-dispożizzjonijiet ġenerali jibqgħu japplikaw, jiġifieri r-residenza abitwali tal-parti avversarja tieħu preċedenza. Għal xi każijiet speċjali, hemm ukoll l-għażla tal-ġuriżdizzjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 232(3) tal-Att dwar il-proċedimenti f’materji tal-familja u f’materji ta’ ġuriżdizzjoni volontarja.

* Fi proċedimenti relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri jew mad-dritt tal-aċċess, l-istess japplika skont l-Artikolu 152 tal-Att, jiġifieri jekk il-proċedimenti jkunu pendenti għax-xoljiment taż-żwieġ, din il-qorti żżomm il-ġuriżdizzjoni. Jekk ma jkunx hemm proċedimenti f’materji matrimonjali, il-punt ta’ referenza jkun ir-residenza abitwali tal-wild. Id-data ta' referenza biex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni hija d-data ta’ meta l-kwistjoni tiġi riferuta lill-qorti.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Meta statut jiddikjara espressament li post ta’ ġuriżdizzjoni jkun esklużiv, huwa jieħu preċedenza fuq il-ġuriżdizzjonijiet l-oħra kollha, jiġifieri l-proċedimenti jridu jinfetħu (b’mod ammissibbli) fil-qorti tal-ġuriżdizzjoni esklużiva biss. Postijiet ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva jirriżultaw prinċipalment mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, iżda wkoll bħala riżultat ta’ statuti speċjali (eż. l-Artikolu 122 tal-Att dwar il-proċedimenti f’materji tal-familja u f’materji ta’ ġuriżdizzjoni volontarja).

Jekk il-proċedimenti relatati ma’ art jew ma’ dritt ekwivalenti għall-art (pereżempju dritt ereditarju fuq bini), il-ġuriżdizzjoni esklużiva f’ċerti każijiet tkun tal-qorti li l-proprjetà tkun tinsab fid-distrett tagħha; dan japplika għall-proċedimenti relatati mas-sjieda jew gravami fuq proprjetà immobbli, tilwim fuq ħelsien minn tali gravami, azzjonijiet ta’ pussess, tilwim fuq konfini u azzjonijiet għal diviżjoni (l-Artikolu 24 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Fil-każ ta’ tilwim li jirriżulta minn lokazzjonijiet jew kirjiet ta’ stabbilimenti jew l-eżistenza ta’ tali arranġamenti, il-ġuriżdizzjoni esklużiva tkun tal-qorti li l-proprjetà mikrija jew taħt lokazzjoni tkun tinsab fid-distrett tagħha (l-Artikolu 29a(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Din id-dispożizzjoni madankollu, ma tapplikax għall-kera ta’ proprjetajiet residenzjali għal użu temporanju (villeġġaturi, kmamar ta’ lukandi eċċ.), proprjetajiet bl-għamara għal kerrejja individwali, jew djar u proprjetajiet għal dmirijiet uffiċjali (l-Artikolu 29a(2)).

F’każ ta’ proċedimenti kontra s-sid ta’ impjant li jinsab fil-Ġermanja fejn tiġi asserita pretensjoni għal kumpens tad-danni ikkawżati minn effetti ambjentali, il-ġuriżdizzjoni esklużiva tkun tal-qorti tad-distrett fejn oriġinaw l-effetti ambjentali mill-impjant (l-Artikolu 32a).

Fil-każ ta’ proċedimenti għal kumpens minħabba divulgazzjonijiet foloz jew qarrieqa tas-suq finanzjarju pubbliku jew nuqqas ta’ tali divulgazzjonijiet lill-pubbliku, jew għall-prestazzjoni ta’ kuntratt ibbażat fuq offerta skont l-Att dwar ix-Xiri u l-Akkwiżizzjoni ta’ Titoli (Wertpapiererwerbs- und Übernahmegesetz), il-qorti ta’ fejn tinsab is-sede rreġistrata tal-emittent ikkonċernat, l-offerent ikkonċernat ta’ investimenti kapitali oħra, jew tal-kumpanija fil-mira jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva, meta din is-sede rreġistrata tkun tinsab fil-Ġermanja u l-ilment ikun dirett, tal-anqas anke fost l-oħrajn, kontra l-emittent, l-offerent, jew il-kumpanija fil-mira (l-Artikolu 32b).

Fi proċedimenti ta’ ġbir ta’ dejn (billi tintuża l-proċedura ta’ ordni għall-pagament (Mahnverfahren)), il-ġuriżdizzjoni esklużiva tkun tal-qorti lokali b’ġuriżdizzjoni ordinarja għar-rikorrent, fi kliem ieħor il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza, jew f’każ ta’ persuni ġuridiċi, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikolu 689(2), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Jekk ir-rikorrent ma jkollux post ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni fil-Ġermanja, il-Qorti Lokali ta’ Wedding f’Berlin ikollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva. Dan japplika anki jekk f’leġiżlazzjoni oħra tkun speċifikata ġuriżdizzjoni esklużiva differenti.

Fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, il-ġuriżdizzjoni esklużiva tkun tal-qorti lokali li l-eżekuzzjoni trid isseħħ jew tkun seħħet fid-distrett tagħha (l-Artikoli 764(2) u 802 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Fil-każ ta’ eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet u drittijiet oħra ta’ proprjetà, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti lokali tal-post ta’ residenza tad-debitur (l-Artikolu 828(2)). F’każ ta’ bejgħ fl-irkant jew amministrazzjoni forzata ta’ art, il-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva tkun bħala qorti tal-eżekuzzjoni tkun tal-qorti lokali tad-distrett fejn tinsab l-art (l-Artikoli 1(1) u 146 tal-Att dwar il-Bejgħ fl-Irkant u l-Amministrazzjoni Forzata (Gesetz über die Zwangsversteigerung und die Zwangsverwaltung (ZVG)) u l-Artikoli 802 u 869 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Jekk parti terza ssostni li jkollha titolu li jimpedixxi d-disponiment ta’ oġġett soġġett għal eżekuzzjoni forzata, il-qorti tad-distrett fejn tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni forzata jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva (l-Artikolu 771 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Meta obbligu ma jkun jista’ jitwettaq minn ħadd ħlief mill-parti obbligata (unvertretbare Handlung), il-ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni tkun tal-qorti tal-ewwel istanza, sew jekk ikun obbligu li tagħmel xi ħaġa, sew jekk ikun li tħalli xi ħaġa ssir, u sew jekk ikun li toqgħod lura milli tagħmel xi ħaġa (l-Artikoli 894, 895, 888, 890 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Il-qorti tal-ewwel istanza jkollha l-ġuriżdizzjoni wkoll għal kawżi li jqajmu oġġezzjoni għall-pretensjoni stabbilita bis-sentenza (l-Artikolu 767 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

a) Ftehimiet

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi l-possibbiltà ta’ ftehimiet dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni. Skont l-Artikolu 38(1) tal-Kodiċi, qorti tal-ewwel istanza li ma jkollhiex il-ġuriżdizzjoni per se tista’ tikseb il-ġuriżdizzjoni b’riżultat ta’ ftehim espliċitu jew impliċitu bejn il-partijiet, jekk il-partijiet ikunu negozji, entitajiet ġuridiċi skont id-dritt pubbliku jew fondi speċjali tad-dritt pubbliku. Qorti partikolari tal-ewwel istanza tista’ wkoll tingħata ġuriżdizzjoni jekk mill-inqas waħda mill-partijiet kontraenti ma tkun fil-ġuriżdizzjoni ordinarja tal-ebda qorti fil-Ġermanja (l-Artikolu 38(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). F’dak il-każ, il-ftehim irid isir bil-miktub jew, jekk isir oralment, irid jiġi kkonfermat bil-miktub. Jekk waħda mill-partijiet tkun fil-ġuriżdizzjoni ordinarja ta’ qorti fil-Ġermanja, kull klawżola ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni, fir-rigward tal-Ġermanja, trid tinnomina jew dik il-qorti jew qorti speċjali b’ġuriżdizzjoni stabbilita fil-kawża.

Skont l-Artikolu 38(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ftehim ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni jkun ammissibbli biss jekk ikun sar b’mod espressiv u bil-miktub wara li tkun inqalgħet it-tilwima jew biex ikopri l-possibbiltà li intimat futur ibiddel l-indirizz jew ir-residenza abitwali tiegħu għal barra l-pajjiż wara li jkun konkluż il-kuntratt, jew li l-indirizz jew ir-residenza abitwali tiegħu ma jkunux magħrufa fil-mument li jinfetħu l-proċeduri.

Ftehim ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni jrid dejjem jirrigwarda relazzjoni ġuridika partikolari u tilwim legali li jirriżulta minnu; inkella jkun invalidu (l-Artikolu 40(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Ftehim ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni ma jkunx ammissibbli jekk jittratta pretensjonijiet mhux finanzjarji li jiġu allokati lill-qorti lokali, irrispettivament mill-valur tal-oġġett inkwistjoni. Ftehim ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni ma jkunx possibbli jekk il-liġi tistabbilixxi ġuriżdizzjoni esklużiva (l-Artikolu 40(2)).

Ftehim ta’ għażla ta’ ġuriżdizzjoni validu huwa vinkolanti fuq il-qrati; il-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm qbil dwar il-ġuriżdizzjoni esklużiva tiddependi mill-formulazzjoni tal-ftehim.

b) Nuqqas li tiġi kkontestata l-ġuriżdizzjoni

Il-ġuriżdizzjoni tista’ wkoll tiġi kkonferita fuq qorti tal-ewwel istanza jekk l-intimat jagħmel sottomissjonijiet orali fil-kawża prinċipali mingħajr ma jikkontesta n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 39 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Fi proċedimenti quddiem il-qrati lokali, din il-konsegwenza ġuridika tirriżulta biss jekk il-qorti tiġbed l-attenzjoni lejn il-kwistjoni (l-Artikolu 504).

Madankollu, il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi kkonferita minħabba n-nuqqas li tkun kkontestata l-ġuriżdizzjoni fil-kawża prinċipali jekk ftehim ta’ għażla tal-ġuriżdizzjoni jkun inammissibbli (ara hawn fuq, tilwim mhux finanzjarju u ġuriżdizzjoni esklużiva).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-partikolaritajiet mill-ġuriżdizzjoni speċjali tat-tribunal industrijali ma jirriżultawx biss fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni operattiva skont l-Artikoli 2-3 tal-Att dwar it-Tribunal Industrijali (Arbeitsgerichtsgesetz, ArbGG).

Għandhom jiġu osservati wkoll partikolaritajiet fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni territorjali. Għal proċedimenti li jwasslu għal sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Att dwar it-Tribunal Industrijali, l-ewwel issir referenza għar-regoli ġenerali tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili skont l-Artikoli 12-40 (l-Artikolu 46(1) tal-Kodiċi). Madankollu, l-Artikolu 48(1a) tal-Att dwar it-Tribunal Industrijali jistabbilixxi wkoll ġuriżdizzjoni speċjali għall-post tax-xogħol (ara 2.2.2.1) u l-kawżi jistgħu jitressqu fil-qorti b’dik il-ġuriżdizzjoni wkoll. Ir-regoli ġenerali kif ippreżentati fil-mistoqsija 2 japplikaw għall-ftehimiet dwar il-ġuriżdizzjoni. Madankollu, ta’ min jinnota li, għal ċertu tilwim, skont l-Artikolu 48(2) tal-Att, is-sħab soċjali huma intitolati jispeċifikaw il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti mingħajr ġuriżdizzjoni territorjali per se, mingħajr ma josservaw l-Artikolu 38(2) u (3) tal-Kodiċi.

Għall-proċedimenti li jwasslu għal ordni skont it-tifsira tal-Artikolu 2a tal-Att dwar it-Tribunal Industrijali, l-Artikolu 82(1) tal-Att jistipula l-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-post tal-operazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat tal-impriża.

L-aħħar aġġornament: 02/08/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Estonja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-materji ċivili jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati tal-kontea (maakohus). Il-qrati tal-kontea, bħala qrati tal-prim’istanza, jisimgħu l-materji ċivili. Il-materji ċivili jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma u jinvolvu tilwim li jiżviluppa minn kuntratti u obbligi differenti, materji tal-familja u ta’ suċċessjoni, tilwim dwar drittijiet reali, kwistjonijiet dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni ta’ kumpaniji u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, materji ta’ falliment u kwistjonijiet tal-liġi industrijali.

Sabiex tinfetaħ kawża ċivili, trid tiġi ppreżentata talba jew rikors għal materja fuq talba lil qorti tal-kontea. It-talba li għandha tiġi ppreżentata lill-qorti trid tindika l-persuna li t-talba qed issir kontriha, x’qed jintalab, iċ-ċirkostanzi fattwali sottostanti tat-talba, u liema provi jappoġġaw liema ċirkostanzi.

L-andament tal-proċedimenti fil-materji ċivili huwa rregolat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik).

Għalkemm fl-Estonja ma hemmx qrati speċjalizzati, ċertu tilwim jista’ jitressaq quddiem kumitati ekstraġudizzjarji qabel ma jintuża d-dritt għal rikors għall-qrati.

Pereżempju, it-tilwim industrijali jista’ jiġi deċiż mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitat dwar it-Tilwim Industrijali (töövaidluskomisjon). Il-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali huwa korp indipendenti u ta’ qabel il-proċess li jiddeċiedi dwar tilwim individwali fil-post tax-xogħol. Kemm l-impjegati kif ukoll l-impjegaturi għandhom id-dritt jidhru quddiem il-Kumitat u jkunu eżenti mit-tariffi tal-Gvern. Is-soluzzjoni ta’ tilwim industrijali mill-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali hija rregolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim Industrijali (töövaidluse lahendamise seadus). Il-proċedimenti tal-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali mhumiex proċedura obbligatorja ta’ qabel il-proċess. Deċiżjoni tal-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali li tkun daħlet fis-seħħ tkun vinkolanti fuq il-partijiet. Il-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali jista’ jiġi avviċinat ukoll biex isolvi dan it-tilwim li jiżviluppa minn relazzjonijiet industrijali:

  1. tilwima industrijali li tirriżulta mir-relazzjoni tax-xogħol bejn impjegat u impjegatur irreġistrat fl-Estonja, li jopera fl-Estonja permezz ta’ fergħa jew li jkun irreġistrat bħala impjegatur mhux residenti u mit-tħejjija għal tali relazzjoni tax-xogħol (tilwima industrijali individwali);
  2. tilwima industrijali li tirriżulta mill-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Impjegati Stazzjonati fl-Estonja bejn impjegat stazzjonat fl-Estonja u l-impjegatur tiegħu (tilwima industrijali individwali);
  3. tilwima industrijali kollettiva li tirriżulta mit-twettiq ta’ ftehim kollettiv (tilwima industrijali kollettiva).

Il-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali ma jsolvix it-tilwim dwar kumpens għal dannu kkawżat minn dannu għas-saħħa, korriment jew mewt minħabba aċċident fuq il-post tax-xogħol jew mard okkupazzjonali. Ir-rikors ippreżentat lill-Kumitat dwar it-Tilwim Industrijali għandu jindika t-talba tar-rikorrent espressa b’mod ċar kif ukoll iċ-ċirkostanzi rilevanti għat-tilwima. Pereżempju, meta tiġi kkontestata l-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg, għandhom jingħataw iż-żmien u r-raġuni għall-kanċellazzjoni. Trid tiġi deskritta n-natura tan-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, jiġifieri x’naqas li jagħmel jew għamel illegalment l-impjegat jew l-impjegatur. Kwalunkwe dikjarazzjoni u talba tkun trid tiġi ssostanzjata u, għal dik ir-raġuni, kwalunkwe ċirkostanza li tkun appoġġata minn provi dokumentarji (il-kuntratt tal-impjieg, ftehimiet reċiproċi jew korrispondenza bejn l-impjegat u l-impjegatur, eċċ.) jew kwalunkwe referenza għal provi oħrajn u xhieda għandha tiġi inkluża. Dawn il-provi bil-miktub, li jappoġġaw it-talba tal-impjegat jew tal-impjegatur, għandhom jiġu mehmuża mar-rikors meta jiġi ppreżentat. Jekk ir-rikorrent iqis li jkollu jistieden xhud għal-laqgħa, l-isem u l-indirizz tax-xhud għandhom jiġu inklużi fir-rikors. Talbiet li jiżviluppaw minn kuntratt bejn konsumatur u negozjant jistgħu jiġu solvuti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur (tarbijavaidluste komisjon). Is-soluzzjoni ta’ tilwim tal-konsumatur minn dan il-Kumitat hija rregolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (tarbijakaitseseadus).
Il-Kumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur huwa kompetenti biex isolvi tilwim tal-konsumatur kemm domestiku kif ukoll transfruntiera li jiżviluppa minn kuntratti bejn il-konsumaturi u n-negozjanti u li jinbdew minn konsumatur jekk waħda mill-partijiet fit-tilwima tkun kummerċjant li l-post ta’ stabbiliment tiegħu jkun fir-Repubblika tal-Estonja. Il-Kumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur huwa kompetenti wkoll biex isolvi tilwim marbut ma’ dannu kkawżat minn prodott difettuż, sakemm it-telf ikun jista’ jiġi ddeterminat. Jekk jiġi stabbilit li jkun ġie kkawżat telf, iżda l-ammont eżatt tat-telf ma jkunx jista’ jiġi kkwantifikat (pereżempju, fil-każ ta’ telf mhux monetarju li jinħoloq fil-futur), l-ammont ta’ indennizz għandu jiġi ddeterminat minn qorti. Il-Kumitat ma jindirizzax tilwim relatat mal-forniment ta’ servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali, servizzi edukattivi pprovduti minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika, servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti lill-pazjenti minn professjonisti tal-kura tas-saħħa għall-evalwazzjoni, il-preservazzjoni jew il-kura ta’ saħħithom, jew l-għoti ta’ riċetta, il-ħruġ jew il-forniment ta’ mediċini u ta’ apparat mediku. Il-Kumitat lanqas ma jsolvi tilwima jekk it-talba tirriżulta minn każ ta’ mewt, korriment jew dannu għas-saħħa, jew tilwim li l-proċedura ta’ soluzzjoni tiegħu tkun stipulata f’Atti oħrajn. Tilwim ta’ dan it-tip jiġi deċiż mill-istituzzjoni kompetenti jew mill-qorti. Il-proċedimenti tal-Kumitat għat-Tilwim dwar il-Konsumatur ma humiex proċedura obbligatorja ta’ qabel il-proċess u s-soluzzjoni ta’ tilwima ma tirriżultax f’deċiżjoni soġġetta għal eżekuzzjoni obbligatorja fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni. Lista tan-negozjanti li naqsu milli jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Kumitat hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u r-Regolamenti Tekniċi. Jekk il-partijiet ma jaqblux mad-deċiżjoni tal-Kumitat jew jonqsu milli jikkonformaw magħha, ikunu jistgħu jippreżentaw l-istess tilwima lill-qorti tal-kontea għal seduta.

It-tilwim dwar il-kiri jista’ jiġi solvut f’Kumitat tal-Kiri, li l-proċeduri tiegħu huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar il-Kiri (üürivaidluse lahendamise seadus). Kumitat tal-Kiri jista’ jiġi ffurmat bħala korp indipendenti ta’ awtorità lokali li jsolvi t-tilwim dwar il-kiri. Il-Kumitati tal-Kiri ma jsolvix tilwim li jinvolvi pretensjonijiet finanzjarji li jaqbżu t-EUR 3 200. Il-proċedimenti tal-Kumitat tal-Kiri mhumiex proċedura obbligatorja ta’ qabel il-proċess. Wara d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kiri, il-partijiet ma jistgħux jippreżentaw l-istess talba fuq l-istess bażi quddiem il-qorti u deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kiri li tkun daħlet fis-seħħ tkun vinkolanti fuq il-partijiet.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Sabiex tkun taf liema qorti hija kompetenti biex tisma’ materja, huwa importanti li tkun taf il-prinċipji tal-ġuriżdizzjoni. Il-ġuriżdizzjoni hija maqsuma fi tliet oqsma:

  1. il-ġuriżdizzjoni ġenerali, li tiddependi fuq il-post ta’ residenza tal-persuna;
  2. il-ġuriżdizzjoni fakultattiva;
  3. il-ġuriżdizzjoni esklussiva (ara t-taqsima 2.2).

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-qrati tal-istanzi inferjuri u superjuri huma differenti, minħabba li s-sistema tal-qorti Estonjana għandha tliet istanzi.

Il-qrati tal-kontea (maakohus) bħala qrati tal-prim’istanza, jisimgħu l-materji ċivili. Att jista’ jistabbilixxi li ċerti tipi ta’ materji jistgħu jinstemgħu biss minn qrati tal-kontea partikolari jekk dan iħaffef il-proċess ta’ smigħ tal-materji jew jekk il-proċess ikun aktar effettiv.

Qorti distrettwali (ringkonnakohus) teżamina deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontea fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom f’materji ċivili, permezz ta’ appelli kontra deċiżjonijiet u sentenzi. Qorti distrettwali tiddeċiedi wkoll dwar materji oħra li l-liġi tqiegħed taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.

Il-Qorti Suprema (Riigikohus) teżamina deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali rigward materji ċivili, permezz ta’ appelli fil-kassazzjoni u appelli kontra sentenzi. Il-Qorti Suprema tiddeċiedi wkoll rikorsi għar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti fis-seħħ, fil-każijiet previsti mil-liġi, taħtar qorti bil-kompetenza xierqa biex tiddeċiedi dwar materja, u tiddeċiedi dwar materji oħra li l-liġi tqiegħed taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-Qorti Suprema sservi wkoll bħala l-Qorti Kostituzzjonali tal-Estonja.

Materja l-ewwel tiġi deċiża u tingħata sentenza dwarha mill-qorti tal-kontea bħala qorti tal-prim’istanza. Jekk persuna ssib li s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza tkun ibbażata fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali jew li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi u l-provi li jridu jiġu kkunsidrati fil-proċedura tal-appell, għandha tingħata sentenza differenti mis-sentenza mogħtija mill-qorti tal-prim’istanza fil-proċedura tal-appell, hija għandha dritt legali li tippreżenta appell quddiem qorti superjuri, jiġifieri l-qorti distrettwali. Il-qrati distrettwali huma qrati tat-tieni istanza u għalhekk jeżaminaw id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontea u tal-qrati amministrattivi permezz ta’ appelli u appelli kontra s-sentenzi. Qorti distrettwali tiddeċiedi l-materji ċivili b’mod kolleġġjali – appell jiġi deċiż minn bord ta’ tliet imħallfin, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi.

Il-Qorti Suprema hija l-ogħla istanza. Il-Qorti Suprema teżamina deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali rigward materji ċivili, permezz ta’ appelli fil-kassazzjoni u appelli kontra sentenzi. Il-Qorti Suprema tiddeċiedi wkoll rikorsi għar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti fis-seħħ; fil-każijiet stipulati mil-liġi, taħtar qorti bil-kompetenza xierqa biex tiddeċiedi dwar materja, u tiddeċiedi dwar materji oħra li l-liġi tqiegħed taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-Kassazzjoni tirreferi għal appell kontra sentenza tal-qorti li tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ fuq il-bażi ta’ kwistjonijiet legali u r-rieżami ta’ dik is-sentenza minn qorti ogħla mingħajr l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-fatti. Ir-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti jirreferi għar-rieżami ta’ deċiżjonijiet u sentenzi li jkunu diġà daħlu fis-seħħ, f’każijiet fejn jinħolqu ċirkostanzi ġodda u abbażi ta’ rikors minn parti fil-kawża.

Parti fil-proċedimenti għal appell jista’ jippreżenta appell kontra sentenza tal-qorti distrettwali quddiem il-Qorti Suprema jekk il-qorti distrettwali tkun materjalment kisret dispożizzjoni tal-liġi proċedurali jew tkun applikat b’mod żbaljat dispożizzjoni tal-liġi sostantiva. F’kawża fil-Qorti Suprema, parti fil-proċedimenti tista’ twettaq atti proċedurali u tippreżenta petizzjonijiet u rikorsi permezz ta’ avukat biss. Fi proċedimenti dwar talba fil-Qorti Suprema, parti fil-proċedimenti tista’ twettaq atti proċedurali u tippreżenta talbiet u rikorsi personalment jew permezz ta’ avukat. Il-Qorti Suprema tilqa’ appell fil-kassazzjoni jekk l-appell fil-kassazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi, ikun ġie ppreżentat fil-ħin u, jekk:

  1. il-qorti distrettwali tkun applikat b’mod evidentement żbaljat dispożizzjoni tal-liġi sostantiva fis-sentenza tagħha u l-applikazzjoni żbaljata ta’ tali dispożizzjoni setgħet irriżultat f’sentenza żbaljata;
  2. il-qorti distrettwali tkun kisret materjalment dispożizzjoni tal-liġi proċedurali fit-teħid tas-sentenza u dan seta’ rriżulta f’sentenza żbaljata.

Barra minn hekk, il-Qorti Suprema tilqa’ l-materja jekk il-fatt li tisma’ l-appell fil-kassazzjoni jkun ta’ importanza fundamentali biex tiġi garantita ċ-ċertezza legali u tissawwar prattika ġudizzjarja uniformi, jew għall-iżvilupp ulterjuri tal-liġi.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-ġuriżdizzjoni hija d-dritt u l-obbligu ta’ persuna li teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha quddiem qorti speċifika. Il-ġuriżdizzjoni hija ġenerali, fakultattiva jew esklussiva.

Il-ġuriżdizzjoni ġenerali tistabbilixxi l-qorti li quddiemha tista’ titressaq kawża kontra persuna u atti proċedurali oħrajn jistgħu jitwettqu quddiemha fir-rigward ta’ persuna sakemm ma jkunx previst mil-liġi li l-kawża trid tiġi ppreżentata quddiem qorti oħra jew li l-att irid jitwettaq minn qorti oħra.

Il-ġuriżdizzjoni fakultattiva tistabbilixxi l-qorti li quddiemha tista’ titressaq kawża kontra persuna u atti proċedurali oħrajn jistgħu jitwettqu quddiemha fir-rigward ta’ persuna minbarra l-ġuriżdizzjoni ġenerali. Dan ifisser li, pereżempju, kawża dwar proprjetà kontra persuna fiżika tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-post ta’ soġġorn aktar fil-tul ta’ dik il-persuna. Jekk persuna tirrisjedi fi stat barrani, kawża dwar proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll kontriha fil-qorti li tkopri l-post tal-proprjetà li fir-rigward tagħha tkun infetħet il-kawża, jew mal-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-post fejn tkun tinsab proprjetà oħra ta’ dik il-persuna.

Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tistabbilixxi l-unika qorti li tista’ tiddeċiedi dwar materja ċivili. Il-ġuriżdizzjoni għal materji fuq talba hija esklussiva sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tista’ tiġi ddeterminata, pereżempju, mill-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, il-post tan-negozju tal-persuna ġuridika, eċċ.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Kawża kontra persuna fiżika tista’ tinfetaħ quddiem il-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-post ta’ residenza tal-persuna, u kawża kontra persuna ġuridika tista’ tinfetaħ quddiem il-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-uffiċċju rreġistrat ta’ dik il-persuna. Jekk ir-residenza tal-persuna fiżika ma tkunx magħrufa, tista’ tinfetaħ kawża kontriha quddiem il-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-aħħar residenza magħrufa ta’ dik il-persuna.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Kawża kontra ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja li jgħix f’pajjiż barrani u li għalih tapplika l-ekstraterritorjalità jew kontra ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja li jaħdem f’pajjiż barrani li huwa impjegat mal-gvern tista’ tinfetaħ quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar residenza tal-persuna fl-Estonja. Jekk il-persuna qatt ma kellha residenza fl-Estonja, tista’ tinfetaħ kawża kontriha quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus). Kawża tista’ tinfetaħ kontra r-Repubblika tal-Estonja jew awtorità lokali quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-awtorità tal-istat jew lokali kkonċernata. Jekk l-awtorità tal-istat ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, il-kawża tinfetaħ quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Jekk l-awtorità lokali ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, il-kawża tinfetaħ quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq is-sede tal-muniċipalità rurali jew il-gvern tal-belt.

Rikorrent jista’ wkoll jiftaħ kawża kontra r-Repubblika tal-Estonja u awtorità lokali quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza jew is-sede tagħhom stess.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Fil-każijiet stabbiliti bil-liġi, persuna tista’ tagħżel qorti biex tiftaħ kawża quddiemha kontra persuna oħra u fejn atti proċedurali oħra jistgħu jitwettqu kontra persuna minbarra l-ġuriżdizzjoni ġenerali.

  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post tas-soġġorn – kawża li tinvolvi proprjetà kontra persuna fiżika tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tas-soġġorn tal-persuna jekk dik il-persuna tkun ilha toqgħod hemm għal perjodu itwal minħabba raġunijiet ta’ xogħol jew servizz, studju jew għal xi raġunijiet oħrajn simili.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post tan-negozju – kawża marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi jew professjonali tal-konvenut tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tan-negozju tal-konvenut.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq l-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridika – persuna ġuridika bbażata fuq is-sħubija, inkluż kumpanija, jew membru, soċju jew azzjonist tagħha jistgħu jiftħu kawża li tirriżulta mis-sħubija jew mill-parteċipazzjoni tagħhom kontra membru, soċju jew azzjonist tal-persuna ġuridika wkoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà – jekk persuna tgħix jew għandha uffiċċju reġistrat fi stat barrani, kawża dwar proprjetà tista’ titressaq ukoll kontra tagħha quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà li għaliha nfetħet il-kawża, jew quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ proprjetajiet oħra tal-istess persuna. Jekk il-proprjetà tkun imniżżla f’reġistru pubbliku, il-kawża tista’ titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-proprjetà. Jekk il-proprjetà tkun pretensjoni skont il-liġi tal-obbligi, il-kawża tista’ titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur. Jekk il-pretensjoni tkun garantita b’assi, il-kawża tista’ titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-assi.
  • Kawża għall-ġbir ta’ pretensjoni garantita b’ipoteka jew li tkun aggravata jew kawża oħra bi pretensjoni simili tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-propjetà immobbli, sakemm id-debitur ikun is-sid il-proprjetà immobbli reġistrata u garantita bl-ipoteka jew aggravata b’aggravju reali.
  • Ġuriżdizzjoni ta’ kawża relatata mas-sjieda ta’ appartament – kawża kontra sid ta’ appartament minħabba relazzjoni legali rigward is-sjieda ta’ appartament tista’ tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-propjetà immobbli li tkun l-oġġett tas-sjieda tal-appartament.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post ta’ twettiq ta’ kuntratt – kawża dwar kuntratt jew kawża sabiex tiġi vverifikata n-nullità ta’ kuntratt tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni li tkopri l-post fejn kellu jitwettaq l-obbligu kuntrattwali kkontestat. F’każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ proprjetà mobbli, il-post fejn il-proprjetà mobbli ġiet ikkonsenjata jew kellha tiġi kkonsenjata lix-xerrej u, f’każ ta’ kuntratt għal provvista ta’ servizz, il-post fejn ġie pprovdut is-servizz jew kellu jiġi pprovdut jitqies bħala l-post ta’ twettiq tal-obbligu. F’każijiet oħra, il-post tan-negozju jew, fin-nuqqas ta’ dan, tar-residenza jew tal-uffiċċju reġistrat tad-debitur huwa meqjus il-post ta’ twettiq tal-obbligu. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu mod ieħor.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq ir-residenza ta’ konsumatur – kawża li tirriżulta minn kuntratt jew relazzjoni speċifikata fl-Artikoli 35, 46, 52, 208(4), 379, 402, 635(4), 709, 734 u 866 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Obbligazzjonijiet (võlaõigusseadus) jew kawża minħabba kuntratt ieħor konkluż ma’ impriża li jkollha uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju fl-Estonja tista’ tinfetaħ ukoll minn konsumatur quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tal-konsumatur. Dan li għadu kif intqal ma japplikax għal kawżi dwar kuntratti ta’ trasport.
  • Ġuriżdizzjoni ta’ kawża dwar kuntratt tal-assigurazzjoni – id-detentur ta’ polza, il-benefiċjarju jew persuna oħra li għandhom dritt jitolbu prestazzjoni mill-assiguratur fuq il-bażi ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jistgħu jiftħu kawża dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra l-assiguratur quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew tal-uffiċċju reġistrat tal-persuna. F’każ ta’ assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà jew assigurazzjoni fuq bini, proprjetà immobbli, jew proprjetà mobbli flimkien ma’ bini jew proprjetà immobbli, tista’ tinfetaħ ukoll kawża kontra l-assiguratur quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-azzjoni jew l-avveniment li kkawża l-ħsara, jew il-post fejn ġiet ikkaġunata l-ħsara.
  • Ġuriżdizzjoni ta’ kawża dwar ftehim dwar drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – kawża dwar ftehim dwar it-trasferiment ta’ oġġett ta’ dritt tal-awtur, drittijiet relatati jew drittijiet ta’ proprjetà industrijali jew ftehim għall-ħruġ ta’ liċenzji jew kawża għall-verifika tan-nullità ta’ tali ftehim tista’ tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju.
  • Ġuriżdizzjoni bbażata fuq ir-residenza jew il-post tax-xogħol ta’ impjegat – impjegat jista’ jiftaħ kawża dwar il-kuntratt tax-xogħol tiegħu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew il-post tax-xogħol tiegħu.
  • Ġuriżdizzjoni għal kawża dwar kambjala jew ċekk – kawża dwar kambjala jew ċekk tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-pagament tal-kambjala jew taċ-ċekk.
  • Ġuriżdizzjoni għal kawża dwar ħsara kriminali – kawża għal kumpens minħabba ħsara kriminali tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-att jew avveniment li kkaġuna l-ħsara, jew il-post fejn ġiet ikkaġunata l-ħsara.
  • Ġuriżdizzjoni għal kawża minħabba pretensjoni marittima, xogħol ta’ salvataġġ jew kuntratt ta’ salvataġġ – kawża minħabba pretensjoni marittima jew diversi pretensjonijiet marittimi speċifikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Propjetà Marittima (laeva asjaõigusseadus) tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-bastiment tal-konvenut jew il-port tar-ritorn tal-bastiment. Kawża minħabba ħidma ta’ salvataġġ jew kuntratt ta’ salvataġġ tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun saret il-ħidma ta’ salvataġġ.
  • Ġuriżdizzjoni fuq kawża minħabba d-diviżjoni ta’ patrimonju – kawża bl-għan li tistabbilixxi d-dritt ta’ suċċessjoni, id-dritt tal-eredi kontra l-pussessur tal-patrimonju, talba minħabba kuntratt ta’ legat jew ta’ suċċessjoni, jew talba għas-sehem obbligatorju jew għad-diviżjoni ta’ patrimonju tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tat-testatur meta miet. Jekk it-testatur kien ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja iżda meta miet ma kienx jirrisjedi l-Estonja, il-kawża tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar residenza tat-testatur fl-Estonja. Jekk it-testatur ma kellux residenza fl-Estonja, il-kawża tista’ tinfetaħ quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus).
  • Kawża kontra konvenuti konġunti u diversi kawżi kontra konvenut wieħed – kawża kontra diversi konvenuti tista’ tinfetaħ quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat ta’ wieħed mill-konvenuti tal-għażla tar-rikorrent. Jekk ikunu se jinfetħu diversi kawżi kontra konvenut wieħed minħabba l-istess fatt, il-kawżi kollha jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li quddiemha tista’ tiġi ppreżentata kawża relatata ma’ pretensjoni minnhom jew ma’ uħud minnhom li kollha jirriżultaw mill-istess fatt.
  • Ġuriżdizzjoni dwar kontrotalba u kawża minn terza persuna bi pretensjoni indipendenti – il-kontrotalba tista’ tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li tkun semgħet il-kawża oriġinali sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-preżentata ta’ kontrotalba u sakemm din tal-aħħar ma tkunx taqa’ taħt ġuriżdizzjoni esklussiva u ma jkunx stabbilit li materji ta’ dan it-tip jiġu eżaminati minn ċerta qorti tal-kontea biss. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-kontrotalba tkun trid tiġi ppreżentata quddiem qorti barranija.
  • Kawża mressqa minn parti terza bi pretensjoni indipendenti tista’ tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża prinċipali.
  • Ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ta’ falliment – Ir-rikors għall-falliment ta’ debitur li jkun persuna fiżika jitressaq quddiem qorti f’konformità mal-ġuriżdizzjoni ġenerali applikabbli għad-debitur. Jekk l-uffiċċju reġistrat ta’ debitur li jkun persuna ġuridika jkun fil-Kontea ta’ Harju, ir-rikors dwar il-falliment jiġi ppreżentat lill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. F’każijiet oħra, ir-rikors għall-falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu (Tartu Maakohus). Huwa preżunt li l-uffiċċju reġistrat indikat fir-reġistru sena qabel ma jiġi ppreżentat rikors għal falliment ikun l-uffiċċju reġistrat tad-debitur, sakemm ma jiġix ippruvat li l-uffiċċju reġistrat tad-debitur jinsab xi mkien ieħor. Jekk jiġu ppreżentati bosta rikorsi għall-falliment differenti fir-rigward ta’ debitur wieħed, ir-rikorsi jingħaqdu fi proċediment wieħed u jinstemgħu mill-qorti li l-ewwel rikors għall-falliment ikun ġie ppreżentat quddiemha. Jekk, b’rabta mal-proċedimenti ta’ falliment li jikkonċernaw debitur li jkun persuna ġuridika, tintalab ukoll dikjarazzjoni ta’ falliment fir-rigward ta’ soċju jew membru li jkun responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-persuna ġuridika bl-assi tiegħu, ir-rikors għall-falliment jista’ jiġi ppreżentat ukoll lill-qorti li tkun qed tisma’ r-rikors għall-falliment ippreżentat kontra l-persuna ġuridika. It-tilwim relatat mal-aċċettazzjoni tal-pretensjonijiet, inklużi l-pretensjonijiet regolati mil-liġi pubblika, fi proċedimenti ta’ falliment huma fil-kompetenza tal-qorti tal-kontea li tisma’ l-kwistjoni tal-falliment. Jekk debitur imut wara l-preżentata ta’ rikors għall-falliment, il-proċedimenti tal-falliment tal-patrimonju mwettqa fir-rigward tal-patrimonju tad-debitur ikomplu fil-qorti li r-rikors għall-falliment ikun ġie ppreżentat quddiemha skont l-Artikolu 4(2) tal-Att dwar il-Falliment (pankrotiseadus). Mal-mewt ta’ debitur, ir-rikors għall-falliment tal-proprjetà fir-rigward tal-patrimonju tad-debitur jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post ta’ residenza tad-debitur fil-mument meta miet. Kawża li tikkonċerna proċedimenti ta’ falliment jew patrimonju ta’ falliment tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li tkun iddikjarat il-falliment.

Jekk materja tkun taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati Estonjana fl-istess ħin, ir-rikorrent għandu d-dritt tal-għażla tal-qorti. F’dawn il-każijiet, il-materja tiġi deċiża mill-qorti li tkun irċeviet ir-rikors l-ewwel.

Jekk il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut jew quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklussiva, il-materja tinstema’ fil-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali li tinkludi r-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut, jew il-post li jiddetermina l-ġuriżdizzjoni esklussiva. Jekk id-diversi postijiet użati għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni jibqgħu fil-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti waħda tal-kontea, iżda fiż-żona ta’ notifika ta’ diversi qrati, ir-rikorrent jagħżel il-qorti li se tisma’ l-materja. Jekk ir-rikorrent ma jagħmilx din l-għażla, il-qorti tiddeċiedi fejn għandha tinstema’ l-materja.

Żoni ġeografiċi u żoni ta’ notifika aktar preċiżi tal-qrati huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Qrati (kohtute seadus).

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Fil-każijiet stabbiliti bil-liġi, il-ġuriżdizzjoni hija esklussiva. Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tistabbilixxi l-unika qorti li tista’ tiddeċiedi dwar materja ċivili.

1) Ġuriżdizzjoni skont il-post tal-proprjetà immobbli – kawża bl-għanijiet li ġejjin tinġieb quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli:

  • talbiet relatati mar-rikonoxximent tal-eżistenza ta’ dritt ta’ proprjetà, dritt reali limitat jew aggravju fuq dritt reali ieħor li jikkonċerna proprjetà immobbli, jew ir-rikonoxximent tan-nuqqas ta’ dawn id-drittijiet jew aggravji, jew talbiet relatati ma’ drittijiet oħra fuq proprjetà immobbli;
  • id-determinazzjoni tal-konfini jew id-diviżjoni tal-proprjetà immobbli;
  • il-protezzjoni tal-pussess tal-proprjetà immobbli;
  • talbiet rigward dritt reali li jkun ġej mis-sjieda ta’ appartament;
  • talbiet relatati mal-eżekuzzjoni obbligatorja ta’ proprjetà immobbli;
  • talbiet dwar kuntratt ta’ kera jew kuntratt ta’ kera kummerċjali ta’ proprjetà immobbli jew kuntratt ieħor għall-użu ta’ proprjetà immobbli skont il-liġi tal-obbligi, jew dwar il-validità ta’ dawn il-kuntratti.

Kawża dwar servitù reali, aggravju reali jew il-jedd ta’ prelazzjoni titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà immobbli servjenti jew aggravata.

2)   Talba għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta’ klawżoli standard – kawża għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta’ klawżola standard inġusta, jew għat-terminazzjoni u tneħħija tar-rakkomandazzjoni tat-terminu mill-persuna li tkun qed tirrakkomanda l-applikazzjoni ta’ dak it-terminu (l-Artikolu 45 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi) titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tan-negozju tal-konvenut jew, fin-nuqqas tiegħu, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut. Jekk il-konvenut ma jkollux post tan-negozju, residenza jew uffiċċju reġistrat fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha ġiet applikata l-klawżola standard.

3)    Ġuriżdizzjoni għal materja li tirrevoka deċiżjoni ta’ korp ta’ persuna ġuridika, jew li tistabbilixxi n-nullità tagħha – kawża għar-revoka ta’ deċiżjoni ta’ korp ta’ persuna ġuridika, jew għal dikjarazzjoni tan-nullità tagħha titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat ta’ dik il-persuna ġuridika.

4)   Ġuriżdizzjoni f’materji matrimonjali

Il-materji matrimonjali huma meqjusa materji ċivili li fihom jiġu deċiżi l-kawżi fejn is-suġġett ikun:

  • id-divorzju;
  • l-annullament taż-żwieġ;
  • l-istabbiliment tal-eżistenza jew tan-nullità taż-żwieġ;
  • id-diviżjoni tal-proprjetà konġunta jew talbiet oħra minħabba r-relazzjoni proprjetarja ta’ bejn il-konjuġi;
  • talbiet oħra dwar ir-relazzjoni matrimonjali mressqa minn konjuġi kontra l-ieħor.

Qorti Estonjana hija kompetenti biex tiddeċiedi dwar materja matrimonjali jekk:

  • mill-inqas wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew kien ċittadin meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
  • iż-żewġ konjuġi jgħixu l-Estonja;
  • wieħed mill-konjuġi jgħix l-Estonja, sakemm ma jkunx ċar li s-sentenza li se tingħata mhix se tiġi rikonoxxuta fil-pajjiżi nazzjonali ta’ xi ħadd mill-konjuġi.

F’materja matrimonjali li trid tiġi deċiża minn qorti Estonjana, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza konġunta tal-konjuġi jew, fin-nuqqas tagħha, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut ma tkunx fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza ta’ wild komuni tal-partijiet li jkun għadu minuri u, fin-nuqqas ta’ wild minuri komuni, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tar-rikorrent.

Jekk tkun ġiet stabbilita l-kustodja tal-proprjetà ta’ persuna assenti minħabba li l-persuna għebet jew jekk inħatar kuratur għal persuna minħabba kapaċità ġuridika attiva limitata, jew jekk xi ħadd ġie kkundannat il-ħabs, kawża ta’ divorzju kontra din il-persuna tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tar-rikorrent.

5)   Ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ filjazzjoni u manteniment – materja ta’ manteniment hija materja ċivili fejn tinqata’ kawża li jkollha l-għan li tistabbilixxi l-filjazzjoni jew il-kontestazzjoni ta’ entrata dwar ġenitur fiċ-ċertifikat tat-twelid ta’ wild jew fir-reġistru tal-popolazzjoni. Qorti Estonjana tista’ tiddeċiedi dwar materja ta’ filjazzjoni jekk tal-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew tal-inqas waħda mill-partijiet ikollha r-residenza tagħha l-Estonja. F’materja ta’ filjazzjoni li trid tiġi deċiża minn qorti Estonjana, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tal-wild minuri. Jekk ir-residenza tal-wild minuri ma tkunx fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut ma tkunx fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq ir-residenza tar-rikorrent.

Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għal materji ta’ manteniment. Materja ta’ manteniment hija materja ċivili biex tiġi deċiża talba għal:

  • it-twettiq ta’ obbligu ta’ manteniment ta’ ġenitur skont il-liġi fir-rigward ta’ wild minuri;
  • it-twettiq ta’ obbligu ta’ manteniment bejn il-ġenituri;
  • it-twettiq ta’ obbligu ta’ manteniment bejn il-konjuġi;
  • it-twettiq ta’ obbligu ta’ manteniment ieħor skont il-liġi.

6. Ġuriżdizzjoni għal materji fuq talba

Il-ġuriżdizzjoni għal materji fuq talba hija esklussiva sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.

Proċedura mħaffa għall-ordnijiet ta’ ħlas – Materji ttrattati skont il-proċedura mħaffa għal ordnijiet ta’ ħlas, ħlief għal materji ta’ ordnijiet Ewropej għal ħlas ippreżentati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1–32), jiġu deċiżi mid-dipartiment għall-ordnijiet ta’ ħlas tal-Qorti ta’ Haapsalu tal-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu (Pärnu Maakohtu Haapsalu kohtumaja). Sabiex tinbeda l-proċedura mħaffa għall-ordnijiet ta’ ħlas fir-rigward ta’ pretensjoni ta’ manteniment jew talba dwar dejn, jista’ jintuża s-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/ biex jiġi kkuntattjat id-dipartiment għall-ordnijiet ta’ ħlas tal-qorti tal-kontea. Il-proċedura mħaffa għall-ordnijiet ta’ ħlas ma tapplikax għal talbiet li jaqbżu t-EUR 8 000 (talbiet dwar dejn). Dan l-ammont ikopri kemm it-talba prinċipali u dik kollaterali. Bl-istess mod, il-proċedura mħaffa ma tapplikax jekk il-manteniment mitlub jaqbeż darba u nofs ir-rata minima ta’ manteniment prevista fl-Artikolu 101(3) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Familja (perekonnaseadus). Il-proċedura mħaffa għall-ordnijiet ta’ ħlas ma tapplikax jekk id-debitur ma jkunx indikat fuq iċ-ċertifikat tat-twelid ta’ wild bħala ġenitur ta’ dak il-wild.

Dikjarazzjoni ta’ persuna bħala mejta u l-istabbiliment tal-ħin tal-mewt – qorti Estonjana tista’ tiddikjara persuna bħala mejta u tistabbilixxi l-ħin tal-mewt tagħha jekk: 1) fiż-żmien meta l-persuna nieqsa ntlemħet l-aħħar, din kienet ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew kienet residenti fl-Estonja f’dak iż-żmien; 2) jeżisti interess legali ieħor għal qorti Estonjana biex tiddikjara l-persuna mejta jew tistabbilixxi l-ħin tal-mewt tagħha.

Rikors biex persuna tiġi ddikjarata mejta u biex jiġi stabbilit il-ħin tal-mewt tagħha jitressaq quddiem il-qorti tal-aħħar residenza tal-persuna nieqsa. Jekk persuna tkun għebet b’konnessjoni ma’ nawfraġju rreġistrat fl-Estonja, ir-rikors jitressaq quddiem il-qorti tal-port ta’ ritorn tal-vapur. F’każijiet oħrajn, rikors biex persuna tiġi ddikjarata mejta jew biex jiġi stabbilit il-ħin tal-mewt tagħha jiġi ppreżentat fil-qorti tar-residenza jew tal-uffiċċju rreġistrat tar-rikorrent. Jekk ir-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tar-rikorrent ma jkunx fl-Estonja, ir-rikors jitressaq quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Rikors għal emenda tal-ħin tal-mewt jew l-annullament ta’ dikjarazzjoni tal-mewt jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun stabbiliet il-ħin tal-mewt jew iddikjarat il-persuna mejta.

Materji ta’ tutela – materja ta’ tutela hija materja relatata mal-ħatra ta’ tutur għal persuna jew materja oħra relatata mat-tutela. Qorti Estonjana tista’ tiddeċiedi materja ta’ tutela jekk:

  1. il-persuna li teħtieġ it-tutela jew il-persuna taħt tutela tkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja, jew ir-residenza tagħha tkun fl-Estonja;
  2. il-persuna li teħtieġ it-tutela jew il-persuna taħt tutela teħtieġ il-protezzjoni ta’ qorti Estonjana għal raġuni oħra, inklużi każijiet fejn il-proprjetà tal-persuna tinsab fl-Estonja.

M’hemmx għalfejn jinħatar tutur fl-Estonja jekk qorti Estonjana u qorti ta’ stat barrani jkunu ugwalment kompetenti biex jistabbilixxu t-tutela u jkun diġà nħatar tutur fi stat barrani jew qorti barranija tkun qed tmexxi proċedimenti għall-ħatra ta’ tutur, dment li jkun jista’ jiġi preżunt li d-deċiżjoni tal-qorti barranija tkun se tkun rikonoxxuta fl-Estonja u li n-nuqqas ta’ ħatra ta’ tutur fl-Estonja ikun fl-interessi tal-persuna li teħtieġ it-tutela.

Materja ta’ tutela tiġi deċiża mill-qorti tar-residenza tal-persuna li teħtieġ it-tutela. Il-ħatra ta’ tutur għal wild minuri qabel it-twelid tal-wild tiġi deċiża mill-qorti tar-residenza tal-omm. Jekk l-istabbiliment tat-tutela jintalab għal aħwa li jkunu qed jirrisjedu jew joqogħdu fil-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ bosta qrati, it-tutur jinħatar mill-qorti tar-residenza tal-iżgħar wild fosthom. Jekk, f’każ bħal dan, il-proċedimenti ta’ tutela jkunu diġà pendenti quddiem qorti, il-materja tat-tutela tiġi deċiża minn dik il-qorti. Jekk persuna li tkun teħtieġ tutela ma jkollha l-ebda residenza fl-Estonja jew jekk ir-residenza ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, il-materja tista’ tiġi deċiża mill-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha l-persuna jew il-proprjetà tagħha tkun teħtieġ protezzjoni, jew mill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Materja relatata ma’ persuna taħt tutela jew il-proprjetà tagħha tiġi deċiża mill-qorti li tkun ħatret it-tutur. Materja ta’ dan it-tip tista’ tiġi deċiża wkoll, b’raġuni leġittima, mill-qorti tar-residenza tal-persuna taħt tutela jew mill-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà ta’ dik il-persuna.

It-tqegħid ta’ persuna f’istituzzjoni magħluqa – il-materja tat-tqegħid ta’ persuna f’istituzzjoni magħluqa tiġi deċiża mill-qorti li tkun ħatret it-tutur għall-persuna jew mill-qorti li tmexxi l-proċedimenti fil-materji tat-tutela. F’każijiet oħrajn, dawn il-materji jiġu deċiżi mill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-post fejn tinsab l-istituzzjoni magħluqa. Il-materja tista’ tiġi deċiża wkoll mill-qorti li tkun applikat protezzjoni legali provviżorja.

Il-protezzjoni legali provviżorja fil-kawża tista’ tiġi applikata minn kwalunkwe qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha l-miżura rilevanti trid tiġi applikata. Materji oħrajn relatati mat-tqegħid ta’ persuna f’istituzzjoni magħluqa, inklużi materji ta’ sospensjoni jew terminazzjoni ta’ tqegħid ta’ persuna f’istituzzjoni magħluqa u materji ta’ bidliet fit-termini tat-tqegħid, jiġu deċiżi mill-qorti li tkun iddeċidiet dwar it-tqegħid tal-persuna f’istituzzjoni magħluqa.

L-istabbiliment ta’ kustodja fuq il-proprjetà ta’ persuna assenti – il-materja tal-istabbiliment tal-kustodja fuq il-proprjetà ta’ persuna assenti tiġi deċiża mill-qorti tar-residenza tal-persuna assenti. Jekk persuna assenti ma jkollhiex residenza fl-Estonja, il-materja tal-istabbiliment tal-kustodja fuq il-proprjetà tal-persuna assenti tiġi deċiża mill-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà li tkun qed tintalab il-kustodja għaliha. Materji oħra relatati mal-istabbiliment tal-kustodja fuq il-proprjetà ta’ persuna assenti, inklużi materji ta’ terminazzjoni tal-kustodja u bidla tal-amministratur u d-dmirijiet tiegħu, jiġu deċiżi mill-qorti li tkun ħatret l-amministratur.

Adozzjoni — materja ta’ adozzjoni tista’ tiġi deċiża minn qorti Estonjana jekk il-ġenitur adottiv, wieħed mill-miżżewġin li jixtieq jadotta, jew il-wild minuri, ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew ir-residenza tal-ġenitur adottiv, ta’ wieħed mill-miżżewġin li jixtieq jadotta jew tal-wild minuri tkun fl-Estonja. Rikors għall-adozzjoni jiġi ppreżentat lill-qorti tar-residenza tal-wild minuri adottiv. Jekk il-wild minuri adottiv ma jkollux residenza fir-Repubblika tal-Estonja, ir-rikors jiġi ppreżentat lill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Materja biex adozzjoni tiġi ddikjarata invalida tiġi deċiża mill-qorti li tkun iddeċidiet dwar l-adozzjoni.

Estensjoni tal-kapaċità ġuridika attiva ta’ wild minuri – il-materja tal-estensjoni tal-kapaċità ġuridika attiva ta’ wild minuri tista’ tiġi deċiża minn qorti Estonjana jekk il-wild minuri jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew ir-residenza tiegħu tkun fl-Estonja. Rikors għal estensjoni tal-kapaċità ġuridika attiva ta’ minuri jew rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni biex tiġi estiża l-kapaċità ġuridika attiva ta’ wild minuri jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tar-residenza tal-wild minuri. Jekk il-wild minuri ma jkollux residenza fir-Repubblika tal-Estonja, ir-rikors jiġi ppreżentat lill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju.

L-istabbiliment ta’ filjazzjoni u l-kontestazzjoni ta’ entrata dwar ġenitur wara l-mewt ta’ persuna – jekk persuna tfittex l-istabbiliment tal-filjazzjoni tagħha ma’ persuna mejta jew persuna tikkontesta entrata dwar ġenitur fir-reġistrazzjoni tat-twelid ta’ wild minuri jew fir-reġistru tal-popolazzjoni wara l-mewt tal-persuna mniżżla fir-reġistrazzjoni tat-twelid jew fir-reġistru tal-popolazzjoni bħala ġenitur, rikors jiġi ppreżentat għal dan il-għan quddiem il-qorti tal-aħħar residenza tal-persuna li jkun qed jintalab l-istabbiliment tal-filjazzjoni magħha jew li tagħha tkun qed tiġi kkontestata entrata fir-reġistru tat-twelid jew fir-reġistru tal-popolazzjoni. Jekk l-aħħar residenza magħrufa tal-persuna ma kinitx fl-Estonja, jew jekk ir-residenza ma tkunx magħrufa, ir-rikors jitressaq quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju.

Materji tal-familja oħrajn fuq talba – id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-materji ta’ tutela japplikaw għal materji oħra tal-familja fuq talba, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew iddettat mod ieħor min-natura tal-materja. Materja fuq talba relatata mar-relazzjoni legali bejn il-miżżewġin jew miżżewġin divorzjati tiġi deċiża mill-qorti tal-ġuriżdizzjoni territorjali tar-residenza komuni tal-miżżewġin jew tal-aħħar residenza komuni tal-miżżewġin. Jekk il-miżżewġin ma kellhom l-ebda residenza komuni fl-Estonja jew jekk attwalment l-ebda wieħed mill-miżżewġin ma għandu residenza fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-aħħar residenza komuni tagħhom, il-materja tiġi deċiża mill-qorti tar-residenza tal-konjuġi li d-drittijiet tiegħu jkunu ristretti mis-sentenza mitluba. Jekk ir-residenza ta’ dak il-konjuġi ma tkunx fl-Estonja jew ir-residenza ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, il-materja tiġi deċiża mill-qorti tar-residenza tar-rikorrent. Jekk il-ġuriżdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, il-materja tiġi deċiża mill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Il-protezzjoni legali provviżorja f’materja tal-familja fuq talba tista’ tiġi applikata minn kwalunkwe qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha l-miżura rilevanti trid tiġi applikata.

Applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-patrimonju – qorti Estonjana tista’ tapplika miżuri ta’ ġestjoni għal patrimonju li jinsab fl-Estonja irrispettivament mill-istat li l-liġi tiegħu hija applikabbli għas-suċċessjoni u mill-istat li l-awtorità jew l-uffiċjal tiegħu huwa kompetenti skont il-ġuriżdizzjoni ġenerali biex imexxi proċedimenti li jikkonċernaw il-patrimonju. Il-miżuri ta’ ġestjoni tal-patrimonju jiġu applikati mill-qorti tal-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni. Jekk il-proċedimenti ta’ suċċessjoni jinfetħu fi stat barrani u l-patrimonju jkun jinsab fl-Estonja, il-miżuri ta’ ġestjoni tal-patrimonju jkunu jistgħu jiġu applikati mill-qorti tal-post tal-patrimonju.

Ġuriżdizzjoni f’materji ta’ eżerċitar – rikors għal dikjarazzjoni ta’ garanzija invalida jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post tat-tifdija tal-garanzija u, fin-nuqqas tal-post tat-tifdija, skont il-ġuriżdizzjoni ġenerali kif applikabbli għall-emittent tal-garanzija. Talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ eżerċitar għall-preklużjoni tad-drittijiet tas-sid ta’ proprjetà immobbli tiġi ppreżentata mill-pussessur tal-proprjetà immobbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Proprjetà (asjaõigusseadus) quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha tinsab il-proprjetà immobbli. Fil-każ previst mill-Artikolu 13 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi dwar il-Proprjetà Marittima, il-persuna intitolata tressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ eżerċitar għall-preklużjoni tad-drittijiet tas-sid ta’ bastiment quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju. Talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ eżerċitar għall-preklużjoni tad-drittijiet ta’ ipotekarju mhux magħruf (l-Artikolu 331 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Proprjetà) tiġi ppreżentata mis-sid tal-proprjetà immobbli aggravata quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha tkun tinsab il-proprjetà immobbli aggravata. Talba għall-preklużjoni tad-drittijiet ta’ ipotekarju marittimu mhux magħruf jew persuna li għandha tieħu rahan tiġi ppreżentata mis-sid tal-bastiment aggravat jew mis-sid tal-oġġett mirhun aggravat b’garanzija rreġistrata fuq beni mobbli skont l-Artikolu 59 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Proprjetà Marittima lill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju.

Ġuriżdizzjoni f’materji fuq talba relatati ma’ persuni ġuridiċi fid-dritt privat – materji, minbarra materji tar-reġistru, fuq talba, li huma relatati mal-attivitajiet ta’ kumpanija, assoċjazzjoni u fondazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, inklużi materji relatati mal-ħatra ta’ membru sostitut tal-bord maniġerjali jew tal-bord superviżorju, awditur, awditur għal awditu speċjali, u likwidatur, kif ukoll materji relatati mad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kumpens lis-soċji jew lill-azzjonisti ta’ kumpanija jiġu deċiżi mill-qorti tal-uffiċċju rreġistrat tal-persuna ġuridika jew tal-fergħa ta’ kumpanija barranija.

Materji ta’ sjieda ta’ appartamenti u materji ta’ sjieda komuni – materja fuq talba relatata mas-sjieda ta’ appartament jew sjieda komuni tiġi deċiża mill-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli.

Materji ta’ aċċess għal triq pubblika u ta’ tolleranza ta’ benefiċjarji artifiċjali ta’ sistemi ta’ titjib tal-art, u ta’ xogħlijiet ta’ utilità – materji ta’ aċċess għal triq pubblika u ta’ tolleranza ta’ benefiċjarji artifiċjali ta’ sistemi ta’ titjib tal-art, u ta’ xogħlijiet ta’ utilità, jiġu deċiżi mill-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli li minnha jkun qed jintalab l-aċċess għal triq pubblika jew li għaliha jkun qed jintalab il-bini ta’ benefiċjarju artifiċjali ta’ sistema ta’ titjib tal-art jew li fuqha jkunu jinsabu x-xogħlijiet ta’ utilità.

Materji ta’ rikonoxximent, ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà u ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ qrati ta’ stati barranin – talba għal rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ stat barrani, talba għal rifjut ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni jew għal sospensjoni ta’ eżekuzzjoni jew talba oħra fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tiġi ppreżentata skont ir-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur, jew quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha jintalab it-twettiq tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew minn ftehim internazzjonali.

Materji ta’ dikjarazzjoni ta’ ftehim ta’ riżoluzzjoni milħuq b’riżultat ta’ proċedimenti ta’ konċiljazzjoni eżegwibbli – ftehim ta’ riżoluzzjoni milħuq b’riżultat tal-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni speċifikati fl-Artikolu 14(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Konċiljazzjoni (lepitusseadus) jiġi ddikjarat eżegwibbli mill-qorti li l-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni jkunu saru fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha.

Materji ta’ rikonoxximent u ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjonijiet ta’ tribunali tal-arbitraġġ – talbiet għar-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ deċiżjonijiet ta’ tribunali tal-arbitraġġ li jittieħdu fl-Estonja jew deċiżjonijiet ta’ tribunali tal-arbitraġġ ta’ stati barranin u talbiet għar-rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni tagħhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu (Pärnu Maakohus). Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tribunal tal-arbitraġġ ta’ stat barrani jew talba oħra fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tiġi ppreżentata skont ir-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur, jew quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha jintalab it-twettiq tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew minn ftehim internazzjonali. Jekk waħda mill-partijiet għal ftehim fi proċediment ta’ arbitraġġ tkun konsumatur, talba għar-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ jew talba għar-rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ tiġi ppreżentata quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-post tal-proċedimenti tal-arbitraġġ.

Materji fuq talba jinstemgħu fil-qorti li l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha tinkludi l-post użat biex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni. Jekk id-diversi postijiet li jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni jibqgħu fil-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti waħda tal-kontea, iżda fiż-żona ta’ notifika ta’ diversi qrati, il-qorti tiddetermina fejn għandha tinstema’ l-materja.

Żoni ġeografiċi u żoni ta’ notifika tal-qrati aktar preċiżi huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Qrati.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Qorti tista’ wkoll tikkunsidra materja skont il-ġuriżdizzjoni f’każijiet fejn il-ġuriżdizzjoni ta’ din il-qorti tkun stipulata fi ftehim bejn il-partijiet u t-tilwima tkun relatata mal-attivitajiet ekonomiċi jew professjonali taż-żewġ partijiet, jew it-tilwima tkun relatata mal-attivitajiet ekonomiċi jew professjonali ta’ parti waħda u l-parti l-oħra tkun l-istat, awtorità lokali jew persuna ġuridika oħra skont id-dritt pubbliku, jew jekk iż-żewġ partijiet ikunu persuni ġuridiċi skont id-dritt pubbliku.

Ftehim dwar il-ġuriżdizzjoni jista’ jiġi konkluż ukoll jekk ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat ta’ waħda mill-partijiet jew tat-tnejn li huma ma jkunx fl-Estonja.

Minkejja dan, ftehim dwar il-ġuriżdizzjoni japplika wkoll jekk:

  1. ftehim bħal dan ikun intlaħaq wara li tkun qamet it-tilwima;
  2. intlaħaq qbil f’kawża dwar il-ġuriżdizzjoni li fiha jkun jirrisjedi l-konvenut, jew ikun ittrasferixxa l-post tan-negozju jew l-uffiċċju reġistrat tiegħu lejn stat barrani wara d-dħul fil-ftehim, jew jekk ir-residenza, il-post tan-negozju jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut ma jkunx magħruf fiż-żmien meta tinfetaħ il-kawża.

Il-ġuriżdizzjoni ddeterminata bi ftehim hija ġuriżdizzjoni esklussiva, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

Il-qorti tal-prim’istanza tista’, b’digriet, tirrinvija l-materja lil qorti oħra tal-prim’istanza jekk il-partijiet jippreżentaw talba konġunta għal dan il-għan qabel l-ewwel seduta tal-qorti jew, fi proċedura bil-miktub, qabel l-iskadenza tal-perjodu għall-preżentazzjoni tal-pożizzjonijiet.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Ma teżisti l-ebda qorti speċjalizzata fl-Estonja.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistema tal-Qrati

L-aħħar aġġornament: 09/01/2025

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Irlanda

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-qrati ċivili fl-Irlanda għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi li jinvolvu tilwim bejn individwi, organizzazzjonijiet jew l-Istat. Dan it-tilwim jista’ jirrigwarda kwalunkwe ħaġa minn korriment ikkawżat f’inċident bil-karozza sa akkwiżizzjoni korporattiva kkontestata. F’kawżi ċivili, ir-rikorrent ifittex lill-konvenut għal kumpens għad-dannu kkawżat. Il-kumpens ġeneralment ikun fil-forma ta’ aġġudikazzjoni monetarja tad-danni.

Il-Qorti Distrettwali, il-Qorti taċ-Ċirkwit u l-Qorti Superjuri huma kollha qrati tal-prim’istanza. Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli biss, ħlief f’ċerti materji relatati mal-Kostituzzjoni. Il-Qorti tal-Appell għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli biss.

Il-qrati Distrettwali u taċ-Ċirkwit huma qrati ta’ ġuriżdizzjoni lokali u limitata, jiġifieri jistgħu jittrattaw biss kawżi li l-valur tagħhom ma jaqbżix ċertu limitu u fejn il-partijiet ikunu residenti jew ikollhom il-post tan-negozju rreġistrat tagħhom f’ċertu post ġeografiku, jew fejn il-kuntratt ikun sar f’ċertu post ġeografiku. L-appelli mill-Qorti Distrettwali jinstemgħu fil-Qorti taċ-Ċirkwit, u l-appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit jinstemgħu fil-Qorti Superjuri.

Il-Qorti għal Talbiet Żgħar hija parti mill-Qorti Distrettwali li tittratta kawżi relatati mal-konsumatur fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 2 000. Din il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn negozju kontra ieħor.

Il-Qorti Distrettwali tisma’ kawżi li jinvolvu talbiet li ma jaqbżux il-EUR 15 000 fil-valur. Il-Qorti taċ-Ċirkwit tittratta talbiet li ma jaqbżux il-EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikors dwar danni personali). Hija għandha ġuriżdizzjoni wkoll fi proċeduri relatati mal-liġi tal-familja, inkluż id-divorzju, is-separazzjoni ġudizzjarja, u l-annullament. Il-Qorti Superjuri tittratta talbiet li jaqbżu l-EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikorsi dwar danni personali).

Talbiet fir-rigward tal-liġi tax-xogħol jiġu ttrattati mit-Tribunal tal-Appelli dwar l-Impjiegi li huwa korp indipendenti. Huwa jisma’ firxa wiesgħa ta’ tilwim dwar id-drittijiet tal-impjieg. F’ċerti każijiet, kull parti tista’ tappella quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit fi żmien sitt ġimgħat mid-deċiżjoni tat-Tribunal. Jekk ma jiġi ppreżentat l-ebda appell quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit u l-impjegatur ma jimplimentax id-deċiżjoni, il-Ministru għax-Xogħol, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni jista’ jressaq proċeduri fil-Qorti taċ-Ċirkwit f’isem l-impjegat. Deċiżjoni meħuda mit-Tribunal tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Superjuri minn kull parti iżda fuq punt legali biss.

Il-Qorti Kummerċjali, stabbilita fl-2004, hija diviżjoni speċjalizzata tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Superjuri u hija regolata b’mod partikolari mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni 63A tar-Regoli tal-Qrati Superjuri. Hija tittratta tilwim kummerċjali fejn il-valur tat-talba jkun mill-anqas EUR 1 miljun, tilwim dwar proprjetà intellettwali u appelli minn jew rikorsi għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet regolatorji. Hija tittratta wkoll kawżi oħra li l-Imħallef iqis xierqa. Ma hemm l-ebda dritt ta’ dħul awtomatiku fil-Lista Kummerċjali tal-Qorti Superjuri. Dan huwa fid-diskrezzjoni ta’ mħallef tal-Qorti Kummerċjali. Il-Qorti tuża sistema dettaljata ta’ ġestjoni tal-kawżi li hija mfassla sabiex tissimplifika l-preparazzjoni għall-kawża, tneħħi l-ispejjeż mhux meħtieġa u t-tattiċi ta’ dewmien, u tassigura divulgazzjoni sħiħa qabel il-kawża.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-qorti xierqa li fiha għandu jiġi ppreżentat rikors fil-prim’istanza tiġi determinata min-natura tiegħu (kuntratt, delitt, eċċ.) u l-valur (ara hawn fuq).

Għall-iskop tal-Qorti Distrettwali, il-pajjiż huwa maqsum f’24 distrett li għal kull wieħed minnhom huwa assenjat imħallef wieħed jew aktar b’mod permanenti. Fil-każ tal-akbar żewġt ibliet, Dublin u Cork, il-volum tax-xogħol jirrikjedi l-assenjazzjoni permanenti ta’ għadd ta’ mħallfin. Il-pajjiż huwa maqsum fi tmien ċirkwiti għall-iskopijiet tal-Qorti taċ-Ċirkwit. Huwa assenjat Imħallef ta’ Qorti taċ-Ċirkwit wieħed għal kull ċirkwit ħlief fil-każ tal-Qrati taċ-Ċirkwit ta’ Dublin u ta’ Cork, fejn hemm għadd akbar ta’ mħallfin minħabba l-volum tax-xogħol. Il-Qorti Superjuri tisma’ rikorsi oriġinali f’Dublin. Hija tisma’ wkoll rikorsi dwar dannu personali u korrimenti fatali f’diversi postijiet provinċjali fi żminijiet speċifikati matul is-sena. Barra minn hekk, il-Qorti Superjuri tiltaqa’ f’postijiet provinċjali biex tisma’ appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit f’materji ċivili u f’materji relatati mal-liġi tal-familja.

Il-Qorti Distrettwali għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ kawżi dwar kuntratti, ċerti delitti, kawżi dwar ftehimiet ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u ta’ bejgħ bi kreditu, kawżi dwar kera bħat-tkeċċija għan-nuqqas ta’ pagament tal-kera, u rikorsi għaż-żamma illegali ta’ oġġetti meta l-valur tat-talba jkun fi ħdan il-limitu tagħha ta’ EUR 15 000. Il-Qorti Distrettwali għandha wkoll firxa ta’ setgħat fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kwalunkwe qorti għal dejn, l-għoti ta’ liċenzji bħal-liċenzji għall-bejgħ ta’ likuri intossikanti, u l-kustodja u l-manteniment tat-tfal.

Il-Qorti taċ-Ċirkwit għandha ġuriżdizzjoni f’kuntratti u delitti, f’materji ta’ suċċessjoni u kawżi għall-amministrazzjoni tal-patrimonju, f’kawżi dwar ekwità, f’rikorsi dwar tkeċċija jew rikorsi għal kirjiet ġodda f’azzjonijiet ibbażati fuq ftehimiet ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u ftehimiet ta’ xiri bi kreditu, fejn il-valur tat-talba jkun fi ħdan il-limitu tagħha ta’ EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikorsi dwar danni personali). Il-Qorti taċ-Ċirkwit għandha ġuriżdizzjoni fi proċeduri relatati mal-liġi tal-familja, (inklużi s-separazzjoni ġudizzjarja, id-divorzju, l-annullament u l-appelli mill-Qorti Distrettwali) u għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli mid-deċiżjonijiet tal-arbitri f’tilwim dwar ċens skont il-leġiżlazzjoni dwar sid il-kera u l-kerrej.

Il-kawżi ċivili quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit jinstemgħu minn imħallef li jippresjedi mingħajr ġurija. L-appelli mill-Qorti Distrettwali jieħdu l-forma ta’ smigħ mill-ġdid u d-deċiżjoni tal-Qorti taċ-Ċirkwit hija finali u ma tistax tiġi appellata aktar.

Skont il-Kostituzzjoni, il-Qorti Superjuri għandha ġuriżdizzjoni oriġinali sħiħa f’kull materja ta’ fatt jew liġi. Dan ifisser li hija għandha l-ġuriżdizzjoni biex tittratta l-kawżi ċivili kollha meta l-konvenut ikun residenti fil-pajjiż, meta l-allegat kuntratt ikun sar fil-pajjiż, meta l-allegat delitt ikun twettaq fil-pajjiż jew meta l-proprjetà immobbli li tkun is-suġġett tal-proċeduri tkun tinsab fil-pajjiż. Il-Qorti Superjuri tisma’ appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit u teżerċita ġuriżdizzjoni superviżorja fuq il-Qorti Distrettwali u tribunali inferjuri oħra. L-appelli mill-Qorti Superjuri jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell u mill-Qorti Suprema fejn ikun iċċertifikat mill-Qorti Suprema li tkun materja ta’ importanza pubblika ġenerali jew fl-interessi tal-ġustizzja. Appell jista’ jiġi ppreżentat mill-Qorti tal-Appell lill-Qorti Suprema meta jkun iċċertifikat mill-Qorti Suprema li tkun materja ta’ importanza pubblika ġenerali jew fl-interessi tal-ġustizzja.  L-appell bl-ebda mod ma huwa smigħ mill-ġdid iżda huwa bbażat fuq traskrizzjoni tal-evidenza fil-prim’istanza u l-argument legali.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq li fih għandha tiġi ppreżentata talba ċivili jiġi determinat mill-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti normalment ikollu r-residenza jew iwettaq kwalunkwe professjoni, negozju jew mestier. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi dwar kuntratti, id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq huwa dak fejn allegatament ikun sar il-kuntratt, fil-kawżi dwar delitt, fejn allegatament ikun twettaq id-delitt, fil-proċeduri tal-familja, dak fejn ikun residenti r-rikorrent u, f’kawżi relatati ma’ kera jew titolu għal proprjetà immobbli, dak fejn ikunu jinsabu l-bini jew l-art li jkunu s-suġġett ta’ dawk il-proċeduri.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

M/A

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

M/A

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

M/A

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourts Service of Ireland jipprovdi spjegazzjoni komprensiva tal-istruttura tal-qrati f’dan il-pajjiż. Huwa jippubblika wkoll ktejjeb bit-titlu Explaining the Courts għall-informazzjoni tal-pubbliku. Aktar dettalji dwar is-sistema tal-qrati huma disponibbli wkoll mis-Citizens Information Board, korp statutorju li jappoġġa l-għoti ta’ informazzjoni, pariri u promozzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ servizzi pubbliċi u soċjali. Citizens Information jipprovdi sit elettroniku, linja tat-telefon u diversi ċentri ta’ akkoljenza madwar il-pajjiż.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourts Service - Ireland

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.citizensinformation.ie/

L-aħħar aġġornament: 29/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Greċja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-qrati ċivili ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu l-maġġoranza tal-kawżi ċivili u kummerċjali fil-Greċja. Bħala eċċezzjoni, ġew stabbiliti awli speċjalizzati b’liġi speċjali fi ħdan il-qafas tal-qrati ċivili fil-bliet il-kbar, li għandhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu kawżi speċifiċi, skont il-qasam legali. Dawn l-awli huma: l-awli kompetenti sabiex jisimgħu kawżi relatati mat-trademark Komunitarja f’Ateni u Salonka, u l-awla kompetenti biex tisma’ kawżi relatati mal-liġi marittima f’Piraeus.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tiġi determinata mill-valur tas-suġġett inkwistjoni. Biex jiġi stmat il-valur tas-suġġett inkwistjoni, tiġi kkunsidrata t-talba ppreżentata fir-rikors, mingħajr ma titqies l-ebda talba anċillari. Fejn diversi talbiet ikunu koperti mill-istess rikors, dawn jiġu aggregati.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati ċivili jinstemgħu fil-prim’istanza minn qrati ċivili distrettwali magħrufin ukoll bħala qrati għal talbiet żgħar (Irinodikia), qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed (Monomeli Protodikia) u qrati tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed (Polymeli Protodikia).

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati għal talbiet żgħar tkopri prinċipalment (a) it-tilwim kollu li jista’ jiġi valutat f’termini monetarji fejn il-valur inkwistjoni ma jaqbiżx l-għoxrin elf euro (EUR 20 000), (b) it-tilwim kollu, prinċipali jew konsegwenzjali, taħt kuntratt ta’ lokazzjoni, bil-kundizzjoni li fil-każijiet kollha, il-kera maqbula ta’ kull xahar ma taqbiżx is-sitt mitt euro (EUR 600).

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati għal talbiet żgħar tkopri wkoll, irrispettivament mill-valur inkwistjoni, il-biċċa l-kbira tat-tilwim relatat mal-biedja, il-bejgħ ta’ annimali, it-tilwim dwar proprjetà mal-ġirien, it-tilwim li jirriżulta minn kuntratti ma’ operaturi tal-lukandi u tat-trasport, it-talbiet magħmula minn assoċjazzjonijiet u kooperattivi kontra l-membri tagħhom u, viċi versa, it-talbiet magħmula minn avukati għas-servizzi tagħhom fil-qrati tal-prim’istanza u fil-qrati tal-pulizija (Ptaismatodikia), kif ukoll id-drittijiet, il-kumpens jew l-ispejjeż tax-xhieda, l-interpreti, is-sekwestraturi jew il-gwardji li jkunu xehdu quddiem jew ġew maħtura minn kwalunkwe qorti.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri t-tilwim kollu li jista’ jiġi valutat f’termini monetarji meta l-valur tal-kawża jaqbeż l-għoxrin elf euro (EUR 20 000) iżda ma jaqbiżx il-mitejn u ħamsin elf euro (EUR 250 000).

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri wkoll it-tilwim li ġej, anki jekk il-valur tiegħu jaqbeż il-mitejn u ħamsin elf euro (EUR 250 000): tilwim li jirriżulta minn ftehimiet ta’ lokazzjoni jew kera; tilwim industrijali li jirrigwarda l-impjegati, jew li jirrigwarda x-xogħol jew l-oġġetti mmanifatturati minn professjonisti jew nies tas-sengħa; tilwim taħt ftehimiet kollettivi tal-ħaddiema bejn l-organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-persuni assigurati; tilwim rigward tariffi, kumpens u spejjeż tal-avukati, għajr dawk imsemmija aktar ’il fuq li jinstemgħu fil-qrati għal talbiet żgħar; tilwim li jirrigwarda ’l dawk impjegati f’kapaċità legali, medika jew paramedika, jew bħala inġiniera, spiżjara jew sensara/aġenti, u ta’ dawk maħtura minn awtorità ġudizzjarja, bħal esperti, arbitri esperti, assessuri, arbitri, eżekuturi testamentarji, likwidaturi; tilwim relatat ma’ kull tip ta’ talba għall-kumpens li tirriżulta minn ħsara kkawżata minn vettura, inklużi t-talbiet taħt kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-vetturi, u tilwim fir-rigward ta’ kontestazzjonijiet għall-pussess jew l-okkupazzjoni ta’ proprjetà mobbli jew immobbli.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri dejjem, irrispettivament mill-valur: tilwim relatat mad-divorzju; l-annullament taż-żwieġ; ir-rikonoxximent tal-eżistenza jew tan-nuqqas ta’ eżistenza taż-żwieġ; ir-relazzjonijiet matrimonjali waqt iż-żwieġ u li jirriżultaw minnu, inkluż l-ikkontestar tal-paternità, ir-rikonoxximent ta’ jekk hemmx filjazzjoni jew le jew responsabbiltà tal-ġenituri; ir-rikonoxximent tal-paternità ta’ tfal imwielda barra miż-żwieġ; ir-rikonoxximent ta’ jekk hemmx rikonoxximent volontarju jew le ta’ tfal imwielda barra miż-żwieġ, ta’ jekk dak ir-rikonoxximent huwiex invalidu, jew jekk tali tfal igawdux l-istess status bħal xi ħadd imwieled fiż-żwieġ fid-dawl taż-żwieġ imminenti tal-ġenituri tagħhom, u inkluż ukoll l-ikkontestar tar-rikonoxximent volontarju; ir-rikonoxximent ta’ jekk ikunx hemm adozzjoni jew ix-xoljiment tagħha, jew jekk ikunx hemm tutela jew le. Barra minn hekk, tilwim dwar manteniment fuq bażi ta’ żwieġ, divorzju jew parentela; l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri; in-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri fl-eżerċizzju konġunt tagħhom tal-awtorità tal-ġenituri, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-ġenituri u qraba oħra f’linja axxendenti mat-tfal; ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dar matrimonjali u tad-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi, kif ukoll dawk relatati mad-dar matrimonjali u d-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi fil-każ ta’ waqfien tal-koabitazzjoni; tilwim relatat mas-sjieda ta’ sulari f’bini u tilwim relatat mal-annullament ta’ deċiżjonijiet mgħoddija mill-assemblej ġenerali ta’ assoċjazzjonijiet jew kooperattivi.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed tkopri t-tilwim kollu li l-qrati għal talbiet żgħar u l-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed ma għandhomx ġuriżdizzjoni fuqu.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-qorti li fir-reġjun tagħha l-konvenut ikollu d-domiċilju tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.

Jekk il-konvenut la jkollu d-domiċilju tiegħu fil-Greċja u lanqas f’pajjiż ieħor, il-qorti li fir-reġjun tagħha jkollu r-residenza tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni. Jekk il-post tar-residenza tal-konvenut ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti tar-reġjun fejn kellu l-aħħar domiċilju tiegħu fil-Greċja, jew, fin-nuqqas ta' domiċilju, fejn kellu l-aħħar residenza tiegħu.

L-Istat jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fir-reġjun fejn ikollha s-sede l-awtorità partikolari li tkun imsejħa bil-liġi sabiex tirrappreżenta lill-Istat fil-qorti.

Persuni ġuridiċi bil-kapaċità li jkunu partijiet f’kawża legali jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li l-uffiċċju rreġistrat jew il-fergħa tagħhom ikunu jinsabu fir-reġjun tagħha, meta t-tilwima tkun tikkonċerna l-operat tagħha.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Meta jkollha ġuriżdizzjoni aktar minn qorti waħda, ir-rikorrent għandu d-dritt li jagħżel. Il-prijorità bejniethom tiġi determinata fuq il-bażi tad-data meta jkun ġie ppreżentat ir-rikors.

Jekk il-qorti ma jkollhiex ġuriżdizzjoni ratione materiae jew ratione loci, il-qorti nnifisha tiddeċiedi dwar dan ex officio u tispeċifika liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni, u tirrinvija wkoll il-kawża lil dik il-qorti. Il-konsegwenzi legali tar-rikors ippreżentat għandhom jinżammu.

Tilwim kuntrattwali

Tilwim relatat mal-eżistenza jew il-validità ta’ att legali mwettaq matul il-ħajja ta’ persuna u d-drittijiet kollha li joħorġu minnu, jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti jew fir-reġjun fejn ikun tfassal l-att legali jew fir-reġjun fejn għandha sseħħ l-eżekuzzjoni. Tilwim relatat ma’ danni kkawżati mid-dipendenza fuq ħaddieħor (interess negattiv) u ma’ kumpens minħabba nuqqas matul in-negozjati, jista’ jitressaq ukoll quddiem l-istess qorti.

Delitt

Tilwim li jirriżulta minn att dannuż jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti tal-post fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu, jew li wasal biex iseħħ.

Rikors ċivili

Rikors ċivili għad-danni u restituzzjoni għal reat kif ukoll għall-kumpens għal danni mhux materjali jew għat-tbatija mentali jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti kriminali li tkun qiegħda tittratta l-kawża.

Materji relatati ma’ manteniment, divorzju u responsabbiltà tal-ġenituri

Tilwim matrimonjali (tilwim relatat mal-manteniment fuq bażi ta’ żwieġ, divorzju jew parentela; l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri; in-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri fl-eżerċizzju konġunt tagħhom tal-awtorità tal-ġenituri, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-ġenituri u qraba oħra f’linja axxendenti mat-tfal u r-regolamentazzjoni tal-użu tad-dar matrimonjali u tad-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi, kif ukoll dawk relatati mad-dar matrimonjali u d-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi fil-każ ta’ waqfien tal-koabitazzjoni) jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti li fir-reġjun tagħha tinsab l-aħħar residenza komuni tal-konjuġi.

Tilwim relatat ma’ talbiet għal manteniment jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti tal-post fejn il-benefiċjarju tal-pensjoni tal-manteniment ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Tilwim relatat ma’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u tilwim li jirriżulta mil-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti fir-reġjun fejn tkun tinstab il-proprjetà immobbli.

(Jekk il-proprjetà immobbli tkun tinstab f’reġjun li jkollu aktar minn qorti waħda, ir-rikorrent għandu d-dritt li jagħżel.)

Tilwim relatat ma’ amministrazzjoni mwettqa b’ordni tal-qorti jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun ħarġet l-ordni.

Tilwim relatat mas-suċċessjoni jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li fir-reġjun tagħha l-mejjet kellu d-domiċilju tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ domiċilju, ir-residenza tiegħu fiż-żmien tal-mewt.

Jekk kawża konsegwenzjali tkun marbuta ma’ waħda prinċipali, inkluż, b’mod partikolari, it-talbiet inċidentali jew it-talbiet għal garanzija, tali interventi u talbiet simili oħra jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kawża prinċipali.

Kawżi prinċipali li jkunu relatati jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li kienet involuta l-ewwel.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed li tkun qiegħda tisma' l-kawża prinċipali tkopri kwalunkwe kawża konsegwenzjali li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza bi mħallef wieħed u tal-qorti distrettwali, u l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza bi mħallef wieħed li tkun qiegħda tisma’ l-kawża prinċipali tkopri kwalunkwe kawża konsegwenzjali li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ċivili distrettwali.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Qorti ordinarja tal-prim’istanza li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali tista’, bi ftehim espliċitu jew taċitu tal-partijiet fil-kawża, issir kompetenti sakemm it-tilwim ikkonċernat ma jkunx dwar proprjetà. Irid jintlaħaq ftehim espliċitu fil-każ ta’ tilwim li ma jkun hemm l-ebda ġuriżdizzjoni esklużiva fuqu.

Jiġi preżunt ftehim taċitu jekk il-konvenut jattendi għas-smigħ pubbliku u ma joġġezzjonax abbażi tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni fil-ħin.

Il-ftehim bejn il-partijiet, li permezz tiegħu qorti ordinarja ssir kompetenti għal tilwim ġejjieni, ikun validu biss jekk ikun bil-miktub u jirreferi għal relazzjoni legali speċifika li minnha se jirriżulta t-tilwim.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Rigward l-awli speċjali kompetenti għat-trademark Komunitarja u l-liġi marittima: Il-ġuriżdizzjoni ratione marteriae tiġi determinata skont ir-regoli dwar il-qrati ċivili ordinarji. Rigward il-ġuriżdizzjoni territorjali, (a) l-awla kompetenti għat-trademark Komunitarja f’Ateni tkopri r-reġjuni tal-Qrati tal-Appell ta’ Ateni, l-Eġew, id-Dodecanese, Korfù, Kreta, Lamia, Nafplion, Patras u Piraeus, (b) l-awla kompetenti għat-trademark Komunitarja f’Salonka tkopri r-reġjuni tal-Qrati tal-Appell ta’ Salonka, il-Maċedonja tal-Punent, Thrace, Ioannina u Larissa, u (c) l-awla kompetenti għal-liġi marittima f’Piraeus tkopri l-Prefettura sħiħa ta’ Attica.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Spanja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-prinċipju li fuqu hija bbażata l-organizzazzjoni tal-qrati fi Spanja huwa dak tal-unità tal-ġuriżdizzjoni. L-uniċi eċċezzjonijiet huma l-ġuriżdizzjoni militari fi żminijiet ta’ gwerra u ta’ stati ta’ assedju, u l-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional) bħala l-garanti finali tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet pubbliċi permezz ta’ azzjoni għall-infurzar tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali (recurso de amparo).

Madankollu, il-ġuriżdizzjoni hija maqsuma bejn erba’ tipi ta’ qrati: il-qrati ċivili, il-qrati kriminali, il-qrati għal proċedimenti amministrattivi kontenzjużi u l-qrati soċjali.

Il-bażi tal-qrati ċivili hija l-Qorti tal-Prim’Istanza (Juzgado de Primera Instancia), li tisma’ tilwim ċivili fil-prim’istanza u proċeduri mhux assenjati espliċitament lil qorti oħra. Il-Qorti tal-Prim’Istanza għalhekk tista’ tiġi deskritta bħala l-qorti ordinarja jew normali.

Id-diviżjoni ċivili tinkludi l-Qrati tal-Familja (Juzgados de Familia), li huma Qrati tal-Prim’Istanza. Fejn ikunu disponibbli Qrati tal-Familja (ġeneralment fiċ-ċentri b’popolazzjonijiet akbar), dawn huma responsabbli biex jisimgħu tilwim tal-liġi tal-familja fir-rigward ta’ annullament taż-żwieġ, separazzjoni u divorzju, relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal u l-protezzjoni ta’ persuni b’kapaċità limitata. Meta jitressqu proċeduri kriminali kontra waħda mill-partijiet f’Qorti li tittratta l-Vjolenza Kontra n-Nisa (Juzgado de Violencia sobre la Mujer), dik il-qorti jkollha ġuriżdizzjoni wkoll fuq dawn il-proċeduri ċivili.

Id-diviżjoni ċivili tinkludi wkoll il-Qrati Kummerċjali speċjalizzati (Juzgados de lo Mercantil) u l-Qrati għat-Trademark tal-UE (Juzgados de Marca Comunitaria).

Il-Qrati Soċjali (Juzgados de lo Social) huma responsabbli sabiex jisimgħu kawżi li jittrattaw il-liġi tax-xogħol. Dawn jinkludu tilwim individwali bejn impjegati u impjegaturi dwar kuntratti ta’ impjieg, tilwim dwar negozjar kollettiv, talbiet tas-Sigurtà Soċjali, u talbiet kontra l-Istat fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu dwar il-liġi tax-xogħol.

Il-qrati kriminali huma responsabbli biex jisimgħu kawżi kriminali.

Karatteristika tal-liġi Spanjola hija li proċeduri ċivili li jirriżultaw minn reati kriminali jistgħu jiġu magħquda mal-proċeduri kriminali. F’dawn il-kawżi, il-qorti kriminali tiddeċiedi dwar l-ammont tad-danni pagabbli b’rabta mar-reat. Meta azzjoni ċivili ma tiġix ippreżentata mill-parti danneġġjata, din tiġi ppreżentata mill-Prosekutur Pubbliku f’isimha, sakemm il-parti danneġġjata ma tkunx irrinunzjat espressament għad-dritt li tressaq azzjoni fil-kawża kriminali.

Fl-aħħar nett, il-qrati amministrattivi kontenzjużi jissorveljaw il-legalità tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi u jisimgħu talbiet finanzjarji kontrihom.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Ara t-tweġibiet mogħtija hawn taħt.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Fi Spanja, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-diversi qrati tal-Prim’Istanza f’termini tal-ammont tat-talbiet jew tal-gravità tal-kawżi li jistgħu jittrattaw, u l-ebda qorti tal-Prim’Istanza ma tisma’ appelli dwar deċiżjonijiet minn qrati oħra tal-Prim’Istanza. L-appelli fi proċeduri ċivili dejjem jinstemgħu fil-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales).

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Għall-finijiet ta’ qrati, Spanja hija maqsuma ġeografikament f’muniċipalitajiet, f’distretti ġudizzjarji, fi provinċji u f’Komunitajiet Awtonomi. Distrett huwa unità territorjali li tinkludi muniċipalità kontigwa waħda jew aktar fi ħdan l-istess provinċja. Huwa l-aktar diviżjoni territorjali importanti, minħabba li huwa ż-żona li fiha Qorti tal-Prim’Istanza għandha ġuriżdizzjoni. (Id-dettalji jistgħu jinstabu fis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMappa tad-distretti ġudizzjarji (mjusticia.gob.es)).

Fejn ikun meħtieġ sabiex ilaħħqu mal-volum ta’ kawżi, hemm aktar minn qorti waħda tal-istess tip. Dan issa huwa l-każ fil-biċċa l-kbira tal-ibliet. Il-qrati huma nnumerati b’mod konsekuttiv skont meta ġew stabbiliti.

Fil-prinċipju, dawn il-qrati kollha għandhom l-istess ġuriżdizzjoni, u x-xogħol jitqassam bejniethom skont ir-regoli interni tal-allokazzjoni mill-gvern. Madankollu, f’xi ċirkustanzi, ir-regoli tal-allokazzjoni jistgħu jintużaw sabiex jiġu assenjati tipi differenti ta’ kawżi lil qrati differenti fi ħdan l-istess distrett.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim jew regola obbligatorja, ir-regola bażika hija li l-ġuriżdizzjoni hija f’idejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tad-distrett fejn l-intimat ikollu d-domiċilju tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ dan, ir-residenza tiegħu. Jekk l-intimat la jkun domiċiljat u lanqas residenti fi Spanja, il-qorti kompetenti tkun il-Qorti tal-Prim’Istanza għad-distrett fejn l-intimat ikun preżenti jew kien residenti l-aħħar. Meta ma japplika l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji, ir-rikorrent jista’ jippreżenta t-talba lill-Qorti tal-Prim’Istanza għad-distrett tad-domiċilju tiegħu.

Għal dawn l-għanijiet:

  • Talbiet kontra sidien ta’ negozji u nies professjonisti ppreżentati b’rabta mal-attivitajiet tan-negozju jew professjonali tagħhom jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet fejn huma jwettqu l-attivitajiet tagħhom, skont l-għażla tar-rikorrent.
  • Talbiet kontra entitajiet legali jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-post fejn tkun seħħet jew se jkollha effett is-sitwazzjoni jew ir-relazzjoni legali li tkun is-suġġett tat-talba, bil-kundizzjoni li l-entità legali jkollha stabbiliment jew rappreżentant hemmhekk.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Is-sistema proċedurali Spanjola attwali għandha tendenza li ma tħallix l-għażla tal-ġuriżdizzjoni territorjali lir-rikorrent. Din tiġri biss fil-kawżi li ġejjin:

Azzjonijiet in rem dwar proprjetà immobbli li tinvolvi jew diversi proprjetajiet jew proprjetà waħda li tinsab f’diversi distretti differenti. F’dawn l-azzjonijiet, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu li jippreżentaw l-azzjoni fi kwalunkwe wieħed mid-distretti b’ġuriżdizzjoni.

  • Azzjonijiet sabiex ikunu meħtieġa l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-kontijiet minn dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ta’ parti oħra, jekk il-post fejn għandhom jiġu ppreżentati l-kontijiet ma jkunx ġie determinat. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn id-domiċilju tal-intimat u l-post fejn jiġu mmaniġġjati l-assi.
Tilwimiet dwar is-suċċessjoni: ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn il-qrati tal-aħħar domiċilju tal-mejjet fi Spanja u l-qrati ta’ fejn tkun tinstab il-maġġoranza tal-patrimonju.
  • Azzjonijiet dwar proprjetà intellettwali: ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn il-postijiet li ġejjin: il-post fejn ikun seħħ il-ksur; il-post fejn ikun hemm evidenza prima facie li seħħ il-ksur; jew il-post fejn ikun hemm kopji illegali.

Kawżi dwar kompetizzjoni inġusta fejn l-intimat ma jkollu l-ebda stabbiliment, domiċilju jew residenza fi Spanja. F’dawn il-każijiet, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu jew il-post fejn tkun seħħet il-kompetizzjoni inġusta jew il-post fejn jinħassu l-effetti tagħha.

Talbiet li jirrigwardaw biss il-kustodja ta’ minorenni jew talbiet għall-manteniment ippreżentati minn ġenitur wieħed kontra l-ieħor f’isem il-minorenni, meta t-tnejn ikunu residenti f’distretti tal-qrati differenti. F’dawn il-każijiet, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu jew il-qorti tal-post fejn l-intimat ikollu d-domiċilju jew il-qorti tal-post fejn ikun residenti l-wild minuri.

B’mod ġenerali, l-azzjonijiet li jinvolvu l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali tal-konsumatur jew tal-utent jistgħu jinstemgħu mill-qorti tad-domiċilju tal-konsumatur, tal-utent jew tal-intimat, skont l-għażla tal-konsumatur jew tal-utent.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Fil-każijiet li ġejjin, hemm regoli obbligatorji li jirrikjedu li r-rikorrent jippreżenta l-azzjoni lil qorti għajr dik tad-domiċilju tal-intimat. F’dawn il-każijiet, il-partijiet ma jistgħux jagħżlu li jissottomettu għall-ġuriżdizzjoni ta’ qorti partikolari, la espressament u lanqas impliċitament:

– Drittijiet in rem jew drittijiet ta’ dħul ta’ kera fir-rigward ta’ proprjetà immobbli u materji relatati ma’ proprjetà orizzontali (propiedad horizontal): il-ġuriżdizzjoni hija tal-qrati tad-distrett fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Kwistjonijiet dwar wirt: il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata jew skont fejn il-mejjet kien domiċiljat l-aħħar fi Spanja jew skont fejn tkun tinsab il-parti l-kbira tal-patrimonju, skont l-għażla tar-rikorrent.

Kawżi li jinvolvu miżuri ġudizzjarji b’appoġġ għal persuni b’diżabilità: dawn jinstemgħu mill-qorti tal-post fejn tkun qiegħda tgħix il-persuna inkwistjoni.

Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali permezz tal-qrati ċivili: dawn il-kawżi jinstemgħu mill-qorti tad-domiċilju tar-rikorrent jew, meta r-rikorrent ma jkollu l-ebda domiċilju fi Spanja, mill-qorti tal-post fejn ikun seħħ l-att li kiser id-dritt inkwistjoni.

Talbiet għad-danni fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur: il-qorti tal-post fejn seħħ id-dannu jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Kontestazzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet tal-kumpaniji: il-ġuriżdizzjoni ratione loci tiġi ddeterminata skont il-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija.

Azzjonijiet għad-dikjarazzjoni li ċerti termini u kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ma jagħmlux parti minn kuntratt jew li klawżola tkun bla effett: il-qorti tal-post tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni.

Azzjonijiet dikjarattivi għat-terminazzjoni jew għall-irtirar ta’ klawżoli kuntrattwali standard meta l-intimat ma jkollux stabbiliment jew domiċilju fi Spanja: f’dawn il-każijiet, il-qorti tal-post fejn jiġi konkluż il-kuntratt standard ikollha l-ġuriżdizzjoni.

Mandati ta’ inibizzjoni għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi jew komuni tal-konsumaturi jew tal-utenti meta l-intimat ma jkollux stabbiliment jew domiċilju fi Spanja: f’dawn il-każijiet, il-qorti tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni.

- Azzjonijiet li jirrikjedu li kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin tikkonforma mal-obbligi tagħha: kumpanija tal-assigurazzjoni; xi ħadd li jkun biegħ proprjetà personali lil persuna oħra b’pagamenti parzjali, jew iffinanzja x-xiri ta’ dik il-proprjetà; xi ħadd li jkun għamel offerta pubblika ta’ proprjetà personali jew servizzi li persuna oħra tkun aċċettat. F’dawn il-każijiet, il-qorti tal-post tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni.

Appelli kontra deċiżjonijiet ladarba l-kanali amministrattivi stabbiliti għall-materji tal-proprjetà industrijali mill-Uffiċċju Spanjol tal-Privattivi u t-Trade Marks jkunu ġew eżawriti: il-kompetenza hija tal-unitajiet li jispeċjalizzaw f’materji kummerċjali tal-Qorti Provinċjali li fil-ġuriżdizzjoni tagħha tinsab il-belt tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Komunità Awtonoma (Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma) fejn ir-rikorrent ikun domiċiljat, jew fin-nuqqas ta’ dan, fejn ir-rappreżentant li jkun awtorizzat fi Spanja biex jaġixxi f’ismu jkun domiċiljat, sakemm il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura jkun qabel li jafda esklużivament lill-qrati kummerċjali ta’ dik il-lokalità b’għarfien dwar kawżi dwar il-proprjetà industrijali. L-unitajiet speċjalizzati fi ħdan il-Qorti Provinċjali distrettwali tal-Uffiċċju Spanjol tal-Privattivi u tat-Trade Marks jistgħu wkoll ikollhom ġuriżdizzjoni, skont l-għażla tar-rikorrent.

Azzjonijiet minn terzi għall-kontestazzjoni tal-qbid tal-proprjetà: il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-entità li ordnat il-qbid ikollha l-ġuriżdizzjoni.

Azzjonijiet għal separazzjoni, annullament jew divorzju: il-ġuriżdizzjoni hija tal-Qorti tal-Familja – jew meta ma jkunx hemm Qorti tal-Familja, il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-post tad-dar matrimonjali. Fejn ma jkunx hemm dar matrimonjali, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post jew tal-aħħar dar matrimonjali jew tar-residenza tal-konjuġi l-ieħor/l-oħra. Fejn ma tkun teżisti l-ebda waħda minn dawn, il-qorti tal-post fejn l-individwu jkollu d-domiċilju jkollha l-ġuriżdizzjoni. Fejn azzjoni ssir bi qbil reċiproku, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post tal-aħħar dar kondiviża jew tad-domiċilju ta’ wieħed mill-konjuġi.

Talbiet li jirrigwardaw biss il-kustodja ta’ minorenni jew talbiet għall-manteniment ippreżentati minn ġenitur wieħed kontra l-ieħor f’isem il-minorenni: f’dawn il-każijiet, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti tal-post tal-aħħar dar kondiviża tal-ġenituri. Fejn il-ġenituri jkunu jgħixu f’distretti ġudizzjarji differenti, ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-qorti tal-post fejn l-intimat ikollu d-domiċilju jew il-qorti tal-post fejn ikun residenti l-wild minuri.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Bħala regola ġenerali, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tinbidel fi Spanja, li jfisser li l-partijiet f’tilwima jistgħu jissottomettu, espliċitament jew taċitament, għall-qrati ta’ distrett partikolari, bil-kundizzjoni li l-qrati inkwistjoni jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-materja.

Sottomissjoni espliċita sseħħ meta l-partijiet interessati jikkonkludu ftehim espliċitu fejn jgħidu għall-qrati ta’ liema distrett se jissottomettu.

Sottomissjoni taċita sseħħ fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Fil-każ tar-rikorrent, bis-sempliċi fatt li jmur quddiem il-qrati ta’ distrett partikolari u jippreżenta talba jew jagħmel azzjoni jew talba li trid tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni biex tisma’ t-talba.

Fil-każ tal-intimat, meta huwa jkun deher u sussegwentement iwettaq kwalunkwe pass proċedurali għajr jippreżenta rikors fiż-żmien u l-forma dovuti sabiex jikkontesta l-ġuriżdizzjoni tal-qorti.

Kwalunkwe tibdil fid-domiċilji tal-partijiet, fil-post tal-oġġett fit-tilwima jew fl-għan tal-proċeduri, li jseħħ wara li jkunu bdew il-proċeduri, ma jwassalx għal bidla fil-ġuriżdizzjoni, li tiġi determinata skont is-sitwazzjoni kif ikkonfermata fil-bidu tal-proċeduri (Perpetuatio Iurisdictionis).

Madanakollu:

Mhix permessa sottomissjoni espliċita f’kuntratti ta’ forma standard, kuntratti fejn it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu ġew imposti minn waħda mill-partijiet, jew kuntratti konklużi minn konsumaturi/utenti. Madankollu, f’dawn il-każijiet hija possibbli sottomissjoni taċita.

Ma hija possibbli l-ebda forma ta’ sottomissjoni meta l-liġi tistabbilixxi regoli obbligatorji dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali.

Ma hija possibbli l-ebda forma ta’ sottomissjoni fi proċeduri rapidi, proċeduri ta’ ordni ta’ ħlas jew proċeduri ta’ infurzar tad-dejn.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-qrati speċjalizzati fi Spanja jinkludu l-qrati elenkati hawn taħt.

Il-Qrati tal-Familja, li huma Qrati tal-Prim’Istanza. Fejn ikun hemm disponibbli Qrati tal-Familja (ġeneralment fiċ-ċentri b’popolazzjonijiet akbar), dawn ikollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva fuq materji tal-familja. Dawn jisimgħu b’mod speċifiku kawżi ta’ separazzjoni, annullament u divorzju; kawżi li jirrigwardaw l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-filjazzjoni, it-tutela u l-kustodja tal-ulied minuri, u miżuri ġudizzjarji b’appoġġ għal persuni b’diżabilità.

Il-kawżi kollha għar-restituzzjoni jew ir-ritorn ta’ tfal f’każijiet ta’ ħtif internazzjonali jinstemgħu mill-Qorti tal-Prim’Istanza b’ġuriżdizzjoni f’materji tal-liġi tal-familja tal-belt kapitali provinċjali, jew ta’ Ceuta jew Melilla, skont fejn ikun jinsab il-wild minuri li jkun tneħħa jew inżamm inġustament jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-qorti li lilha tiġi assenjata l-kawża.

Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali huma l-istess bħar-regoli li japplikaw għall-Qrati tal-Prim’Istanza li jisimgħu materji tal-liġi tal-familja fin-nuqqas ta’ Qorti tal-Familja speċjalizzata fid-distrett inkwistjoni.

Il-qrati li jittrattaw il-Vjolenza Kontra n-Nisa huma responsabbli għall-materji tal-familja meta jinfetħu proċedimenti kriminali li jirrigwardaw il-vjolenza kontra n-nisa.

Il-Qrati Soċjali jisimgħu talbiet li jirrigwardaw il-liġi tax-xogħol. Dawn jinkludu tilwim individwali bejn impjegati u impjegaturi dwar kuntratti ta’ impjieg, tilwim dwar negozjar kollettiv, talbiet tas-Sigurtà Soċjali u talbiet kontra l-Istat fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu dwar il-liġi tax-xogħol.

Ir-regola ġenerali hija li l-ġuriżdizzjoni territorjali hija f’idejn il-qorti fil-post fejn il-ħaddiem jipprovdu s-servizzi tiegħu jew fejn l-intimat ikollu d-domiċilju, skont l-għażla tar-rikorrent.

Il-Qrati Kummerċjali joperaw f’livell provinċjali u jittrattaw litigazzjoni kummerċjali.

Dawn il-qrati jisimgħu l-materji kollha tad-dritt ċivili relatati mal-proprjetà intellettwali u industrijali; il-kompetizzjoni u r-reklamar inġusti; il-kumpaniji kummerċjali, il-kooperattivi, il-gruppi ta’ interess ekonomiku; it-trasport nazzjonali jew internazzjonali fuq l-art; il-liġi marittima u l-liġi tal-ajru. Bħala eċċezzjoni, dawn m’għandhomx ġuriżdizzjoni biex jisimgħu materji relatati ma’ danni li jirriżultaw mill-qerda, it-telf jew il-ħsara ta’ bagalji rreġistrati, mal-kumpens u l-assistenza lill-passiġġieri tal-ajru f’każ ta’ rifjut tal-imbark jew ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, jew mad-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, tax-xarabank jew tal-bastimenti b’rabta mar-regoli speċifiċi stabbiliti fil-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura.

Il-Qrati Kummerċjali għandhom ukoll ġuriżdizzjoni għal talbiet li jinvolvu l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi 15/2007 tat-3 ta’ Lulju 2007 dwar il-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni, kif ukoll talbiet għall-kumpens għad-danni kkawżati mill-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Dawn jisimgħu wkoll appelli diretti kontra l-klassifikazzjonijiet negattivi mir-reġistraturi tal-kumpaniji jew, fejn applikabbli, kontra deċiżjonijiet espressi jew preżunti tad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċertezza Legali u l-Attestazzjoni (Dirección General de Seguridad Jurídica y de Fe Pública) dwar dawn il-klassifikazzjonijiet.

Dawn il-qrati jisimgħu l-materji kollha relatati mal-proċedimenti ta’ insolvenza taħt id-dritt ċivili, irrispettivament mill-istatus ċivili jew kummerċjali tad-debitur, u dawk relatati mal-pjanijiet ta’ ristrutturar u l-proċedura speċjali għall-mikrointrapriżi, kif stabbilit fit-test konsolidat tal-Liġi dwar l-Insolvenza, approvat bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/2020 tal-5 ta’ Mejju 2020.

Dawn għandhom responsabbiltà unika u esklużiva biex jisimgħu kawżi dwar:

  1. Talbiet finanzjarji ċivili kontra l-persuna insolventi, ħlief talbiet fi proċedimenti ċivili dwar kapaċità, filjazzjoni, żwieġ u minorenni.
  2. Proċedimenti ta’ eżekuzzjoni relatati ma’ talbiet ta’ insolvenza jew talbiet kontra l-patrimonju fuq l-assi u d-drittijiet tal-parti insolventi jew li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza, irrispettivament mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva li tkun ordnatha, u mingħajr eċċezzjonijiet għajr dawk previsti fil-liġi dwar l-insolvenza.
  3. Id-determinazzjoni ta’ jekk assi jew dritt huwiex meħtieġ biex tissokta l-attività professjonali jew kummerċjali tad-debitur.
  4. Dikjarazzjonijiet tat-trasferiment ta’ impriża għal skopijiet ta’ impjieg u sigurtà soċjali f’każijiet ta’ trasferiment ta’ unità jew unitajiet ta’ produzzjoni u d-determinazzjoni tal-limiti ta’ dik id-dikjarazzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali.
  5. Miżuri kawtelatorji li jaffettwaw jew li x’aktarx jaffettwaw l-assi u d-drittijiet tal-parti insolventi jew li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza, irrispettivament mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva li tkun ordnatha, għajr dawk adottati fi proċedimenti ċivili dwar kapaċità, filjazzjoni, żwieġ u minorenni.
  6. Materji oħrajn stabbiliti fil-liġi dwar l-insolvenza.

Meta d-debitur ikun persuna fiżika, l-imħallef tal-insolvenza jkollu wkoll ġuriżdizzjoni esklużiva u ta’ esklużjoni fil-materji li ġejjin:

  1. Miżuri adottati fi proċedimenti ta’ insolvenza relatati mal-għajnuna legali.
  2. Ix-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-kumpanija jew tal-proprjetà matrimonjali tal-parti insolventi.

Meta d-debitur ikun persuna ġuridika, l-imħallef tal-insolvenza jkollu wkoll ġuriżdizzjoni esklużiva u ta’ esklużjoni fil-materji li ġejjin:

  1. Azzjonijiet għall-irkupru ta’ djun tal-kumpaniji li jitressqu kontra l-azzjonisti tal-intrapriża insolventi li jkollhom responsabbiltà sussidjarja għall-ħlas ta’ dawk id-djun, irrispettivament mid-data li fiha jkunu saru, u azzjonijiet li jirrikjedu li l-azzjonisti tal-kumpanija insolventi jħallsu l-kontribuzzjonijiet differiti jew jipprovdu benefiċċji anċillari.
  2. Talbiet għad-danni kontra diretturi jew likwidaturi, fil-liġi jew fil-fatt, kontra persuna fiżika maħtura b’mod permanenti biex twettaq il-funzjonijiet ta’ direttur korporattiv bħala persuna ġuridika (administrador persona jurídica), u kontra persuni, irrispettivament mit-titolu tagħhom, li jkunu vestiti bl-ogħla setgħat ta’ ġestjoni tal-kumpanija meta ma jkun hemm ebda delega permanenti tas-setgħat mill-bord tad-diretturi lis-CEO jew lis-CEOs jew lil bord eżekuttiv, għad-dannu kkawżat lil persuna ġuridika insolventi, qabel jew wara d-deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara lil dik il-persuna ġuridika insolventi.
  3. Talbiet għad-danni kkawżati mill-awdituri lill-persuna ġuridika insolventi, qabel jew wara d-deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara lil dik il-persuna ġuridika insolventi.
  4. L-imħallef tal-insolvenza jkollu wkoll ġuriżdizzjoni esklużiva u esklużjonarja fuq azzjonijiet korporattivi mmirati biex ibiddlu sostanzjalment il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trasferimenti, it-tkeċċijiet, is-sospensjoni ta’ kuntratti u tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew ta’ produzzjoni, li jkunu ta’ natura kollettiva taħt il-liġi tax-xogħol u kif stabbilit mid-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-insolvenza, kif ukoll dawk li jikkonċernaw is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ kuntratti tal-maniġment superjuri.
  5. Is-sospensjoni ta’ kuntratti u t-tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol huma meqjusa kollettivi meta jaffettwaw in-numru ta’ ħaddiema stabbilit fil-liġi tax-xogħol dwar bidliet sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.
  6. L-imħallef tal-insolvenza għandu wkoll ġuriżdizzjoni fuq id-deċiżjonijiet preliminari kollha li jikkonċernaw materji ċivili, soġġett biss għall-eżenzjonijiet limitati li jinsabu fil-liġi dwar l-insolvenza, kif ukoll deċiżjonijiet preliminari li jikkonċernaw materji amministrattivi u soċjali relatati direttament mal-proċedura tal-insolvenza jew li jeħtieġu li jiġu solvuti biex ikun żgurat li l-proċedimenti ta’ insolvenza jitmexxew kif suppost. Id-deċiżjonijiet dwar dawn il-materji jsiru effettivi biss fil-proċedimenti ta’ falliment li fihom jiġu mħabbra.

Il-Qrati Kummerċjali f’Alicante joperaw bħala l-Qrati tat-Trademark tal-UE meta jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħhom sabiex jisimgħu fil-prim’istanza kwalunkwe litigazzjoni li titressaq quddiemhom skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji.

Fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom fuq dawn il-materji, il-Qrati tat-Trademark għandhom ġuriżdizzjoni fit-territorju nazzjonali kollu.

Minbarra dawn il-qrati speċjalizzati, bil-liġi l-Kunsill Ġenerali għall-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial) jista’ jiddeċiedi li, fejn ikun hemm diversi qrati tal-istess tip, waħda jew aktar minnhom għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ ċerti kategoriji ta’ kawżi jew biex tissorvelja l-infurzar fil-qasam tal-liġi kkonċernat.

Din is-setgħa diġà ġiet eżerċitata f’diversi postijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-inkapaċità u l-istituzzjonalizzazzjoni furzata minħabba mard mentali, fejn il-ġuriżdizzjoni ġeneralment ġiet assenjata lill-Qrati tal-Familja.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Franza

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

L-istruttura legali Franċiża tinvolvi l-koeżistenza ta’ żewġ tipi ta’ qrati: amministrattivi u ġudizzjarji.

Kull kategorija hija komposta minn struttura fi tliet livelli.

Fl-ewwel kategorija, il-qrati ordinarji li jagħtu s-sentenzi huma l-qrati amministrattivi (tribunaux administratifs), kif ukoll diversi qrati amministrattivi speċjalizzati. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem qrati amministrattivi tal-appell (cours administratives d'appel). Fl-aħħar nett, dawk id-deċiżjonijiet huma soġġetti għal rieżami mill-Kunsill tal-Istat (Conseil d’Etat).

Fit-tieni kategorija, il-qrati ordinarji li jagħtu deċiżjonijiet fil-prim’istanza huma l-qrati reġjonali (tribunaux de grande instance), flimkien ma’ sensiela ta’ qrati oħra li l-ġurisdizzjoni tagħhom kienet stabbilita b’leġiżlazzjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati tal-appell (cours d’appel), li huma magħmula minn diversi awli (ċivili (civile), soċjali (sociale), kummerċjali (commerciale) u kriminali (criminelle)). Id-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati tal-appell jistgħu jwasslu għal appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) (li hija nnifisha hija magħmula minn diversi awli strutturati madwar l-oqsma elenkati għall-qrati tal-appell).

It-tqassim tal-kategoriji tal-qrati huwa kif ġej:

Qrati amministrattivi:

  • Kunsill tal-Istat (1)
  • Qrati amministrattivi tal-appell (8)
  • Qrati amministrattivi (42)

Qrati ġudizzjarji:

  • Qorti tal-Kassazzjoni (1)
  • Qrati tal-appell (36)
  • Qorti Suprema tal-Appell (Tribunal supérieur d’appel) (1)
  • Qrati reġjonali (164) [li 16 minnhom għandhom ġurisdizzjoni kummerċjali]
  • Qrati tal-prim’istanza (Tribunaux de première instance) (4) [li 2 minnhom għandhom ġurisdizzjoni kummerċjali]
  • Qrati tal-minorenni (Tribunaux pour enfants) (155)
  • Tribunali tas-sigurtà soċjali (Tribunaux des affaires de sécurité sociale) (114)
  • Qrati distrettwali (Tribunaux d’instance) (307)
  • Tribunali industrijali (Conseils de prud’hommes) (210)
  • Qrati industrijali (Tribunaux du travail) (6)
  • Qrati kummerċjali (Tribunaux de commerce) (134)

L-ispeċjalizzazzjonijiet għall-qrati ġudizzjarji huma:

  • Il-qrati distrettwali jiġġudikaw l-aktar tilwim komuni. Bħala regola huma jiġġudikaw it-talbiet kollha li jirrigwardaw ammonti sa EUR 10 000. Huma għandhom ġurisdizzjoni wkoll biex jiddeċiedu dwar ċertu tilwim speċifiku (kera mhux imħallsa, sekwestru tal-qligħ, elezzjonijiet fil-livell tal-post tax-xogħol, kreditu f’materji tal-liġi tal-konsumatur).
  • Il-qrati kummerċjali għandhom ġurisdizzjoni għat-tilwim bejn kummerċjanti, bejn l-istabbilimenti ta’ kreditu jew bejn dawk iż-żewġ tipi ta’ negozju, tilwim relatat ma’ kumpaniji kummerċjali, kif ukoll tilwim fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn kwalunkwe persuna u dwar id-diffikultajiet finanzjarji ta’ kumpaniji kummerċjali (likwidazzjoni u riċevitura, eċċ.),
  • It-tribunali tal-artijiet agrikoli (tribunaux paritaires des baux ruraux) għandhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu tilwim bejn l-inkwilini u s-sidien tal-kera ta’ art agrikola (agrikoltura minn gabillott, mezzadrija, eċċ.),
  • It-tribunali industrijali jittrattaw tilwim bejn impjegati u impjegaturi koperti b’kuntratti ta’ impjieg individwali regolati bil-liġi privata.
  • Sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, it-tribunali tas-sigurtà soċjali (tribunaux des affaires de sécurité sociale) għandhom ġurisdizzjoni fuq tilwim li għalih japplikaw leġiżlazzjoni u regolamenti tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni reċiproka agrikola; minn data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, dan it-tilwim għandu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati reġjonali maħtura apposta.
  • Sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, il-qrati għall-inkapaċità (tribunaux du contentieux de l'incapacité) jisimgħu tilwim relatat ma’ diżabilità jew gradi differenti ta’ diżabilità, inkapaċità permanenti u inkapaċità għax-xogħol; minn data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, dan it-tilwim għandu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati reġjonali maħtura apposta.
  • Il-qrati għall-pensjonijiet militari jisimgħu tilwim relatat mal-pensjonijiet militari.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Id-distribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati reġjonali, il-qrati distrettwali u l-qrati lokali (juridictions de proximité) hija speċifikata hawn fuq. Għandu jiġi nnotat li, fin-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni li tingħata speċifikament lil qrati oħra, il-qrati reġjonali huma l-qrati ordinarji kompetenti.

  • Il-qrati distrettwali għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar tilwim sa u inkluż EUR 10 000 u ta’ valur mingħajr limitu f’tilwim dwar ċerti materji bħal-liġi tal-konsumatur, it-tutela ta’ persuni adulti u l-lokazzjonijiet residenzjali.
  • Il-qrati reġjonali għandhom ġurisdizzjoni għat-tilwim ċivili l-ieħor kollu li ma jaqax taħt dik ta’ qrati oħra, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-familja.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Bħala regola, il-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni. L-għan ta’ din ir-regola huwa li tagħti grad ta’ protezzjoni lill-konvenuti, billi jkun aktar faċli għalihom li jiddefendu ruħhom fil-qorti li tkun l-eqreb ta’ darhom.

Għalhekk, jekk il-konvenut ikun persuna fiżika, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post fejn dan ikollu d-domiċilju jew ir-residenza. Għal persuna ġuridika (kumpanija, assoċjazzjoni), dan huwa l-post fejn tkun stabbilita, b’mod ġenerali fejn ikun jinsab l-indirizz irreġistrat tagħha. F’xi każijiet, l-istabbiliment magħruf prinċipali jkun differenti mill-indirizz irreġistrat. F’każijiet bħal dawn, huwa possibbli li wieħed jagħmel rikors lill-qorti fil-post tal-istabbiliment prinċipali. Fil-każ ta’ kumpaniji kbar b’diversi fergħat, il-qorti li jsir ir-rikors quddiemha tista’ tkun fil-post ta’ waħda mill-fergħat.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
  • Kuntratti: ir-rikorrenti jistgħu jressqu rikors jew fil-post fejn ikun residenti r-rikorrent jew, skont in-natura tal-kuntratt, fil-post fejn ikunu jridu jiġu kkonsenjati l-prodotti jew fejn ikunu jridu jitwettqu s-servizzi.
  • F’kawżi ta’ responsabbiltà għal att dannuż (delitt) u fi proċeduri ċivili marbuta ma’ prosekuzzjoni kriminali, it-talba tista’ titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn ikun jgħix il-konvenut jew il-qorti tal-post fejn ikun iġġarrab id-dannu jew ikun seħħ l-att dannuż.
  • F’materji ta’ proprjetà immobbli: ir-rikorrent jista’ jressaq il-materja quddiem il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.
  • F’materji ta’ manteniment jew kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta’ żwieġ: ir-rikorrent għandu l-għażla bejn il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut jew dik tal-post fejn jgħix il-kreditur, jiġifieri l-qorti tal-post fejn jgħix ir-rikorrent.
  • F’tilwim li jinvolvi l-konsumaturi: il-konsumaturi jistgħu jagħżlu li jagħmlu r-rikors quddiem il-qorti tal-post fejn kienu qegħdin jgħixu meta ġie konkluż il-kuntratt jew meta seħħ l-att dannuż.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
  • F’tilwim rigward pensjonijiet tal-manteniment jew pagamenti ta’ kumpens: il-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-qorti tal-post tar-residenza tal-konjuġi kreditur jew tal-ġenitur li jkun il-persuna prinċipali li tieħu ħsieb it-tfal, anki jekk ikunu adulti.
  • Divorzju: il-qorti tal-post fejn tgħix il-familja jkollha l-ġurisdizzjoni. Jekk il-konjuġi jgħixu separati, il-qorti tal-post fejn jgħixu t-tfal ikollha l-ġurisdizzjoni. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx tfal, il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni.
  • Suċċessjoni: il-qorti tal-post fejn il-persuna mejta tkun għexet l-aħħar ikollha l-ġurisdizzjoni.
  • F’materji ta’ proprjetà immobbli: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
  • Lokazzjonijiet ta’ proprjetà: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-qorti speċjalizzati kollha għandhom ġurisdizzjoni esklużiva u oġġezzjoni għall-ġurisdizzjoni trid titqajjem awtomatikament mill-qorti. L-unika possibbiltà ta’ rikors quddiem qorti li normalment ma jkollhiex ġurisdizzjoni tinsab fl-għażla bejn il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali għal materji li fihom ma jkollhomx ġurisdizzjoni esklużiva.

Bħala regola, kwalunkwe klawsola ta’ kuntratt li tmur kontra r-regoli tal-ġurisdizzjoni u l-allokazzjoni territorji hija nulla u bla effett, ħlief f’kuntratti magħmula bejn żewġ kummerċjanti, bil-kundizzjoni li l-klawsola tkun speċifikata b’mod ċar ħafna.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

  • Qrati kummerċjali: bħala regola, il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni. F’kawżi ta’ responsabbiltà għal att dannuż, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post fejn ikun seħħ l-att dannuż jew li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun iġġarrbet il-ħsara.
  • Tribunali għal artijiet agrikoli: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
  • Tribunali industrijali: l-impjegati jistgħu jagħmlu rikors quddiem tribunali industrijali fil-post tal-istabbiliment li jaħdmu fih, il-post fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt jew il-post tal-indirizz irreġistrat tal-kumpanija li timpjegahom. Jekk ix-xogħol ikun sar ’il barra minn kwalunkwe stabbiliment, il-kawża trid titressaq quddiem it-tribunal industrijali fil-post fejn ikun residenti l-impjegat.
  • Qrati għall-affarijiet soċjali (sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019): bħala regola, il-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-qorti tal-post tar-residenza tal-benefiċjarju jew tal-impjegatur ikkonċernat jew tal-indirizz irreġistrat tal-organizzazzjoni konvenuta fil-każ ta’ tilwima bejn organizzazzjonijiet b’indirizzi rreġistrati f’ġurisdizzjonijiet differenti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku ta’ Legifrance

L-aħħar aġġornament: 23/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - il-Kroazja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Rikors jiġi ppreżentat lill-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali jew ratione materiae biex tisma’ l-kawża inkwistjoni u, fil-każ ta’ tilwima speċifika, lil qorti speċjalizzata. Madankollu, il-Belt ta’ Zagreb (Grad Zagreb) biss għandha qorti ċivili muniċipali (Općinski građanski sud) u tribunal industrijali muniċipali (Općinski radni sud) bħala qrati speċjalizzati għal dawn il-materji, filwaqt li f’postijiet oħra l-qrati muniċipali (Općinski sudovi) ġeneralment ikollhom il-ġurisdizzjoni.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Ir-regoli dwar liema qorti jkollha l-ġurisdizzjoni jinsabu fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

Biex inkunu aktar preċiżi, rikors jiġi ppreżentat lill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali ġenerali għall-konvenut, jiġifieri ġurisdizzjoni territorjali ġenerali bbażata fuq ir-residenza temporanja jew permanenti jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut, jekk il-konvenut ikun entità legali. Jekk tiġi ppreżentata tilwima kontra kontea, il-Belt ta’ Zagreb, bliet u muniċipalitajiet, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali tiġi definita skont fejn ikun jinsab il-korp rappreżentattiv tagħhom.

Madankollu, fil-każ ta’ tilwim kontra r-Repubblika tal-Kroazja, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali tiġi definita skont fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-Kroazja. Jekk ir-rikorrent ma jkollux residenza permanenti jew uffiċċju rreġistrat fil-Kroazja, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali f’tilwim kontra r-Repubblika tal-Kroazja tkun il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq iż-żona fejn ikun jinsab il-Parlament Kroat (Hrvatski Sabor)

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Hemm distinzjoni bejn qrati inferjuri u qrati superjuri. Il-qrati muniċipali (Općinski sudovi) u l-qrati kummerċjali (Trgovački sudovi) huma qrati tal-prim’istanza, u l-qrati tal-kontej (Županijski sudovi) u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud RH) huma qrati tal-appell. Biex inkunu preċiżi, il-qrati tal-kontej jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-qrati muniċipali u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja tiddeċiedi dwar appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-qrati kummerċjali.

Il-qrati tal-kontej u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja jistgħu jkunu qrati tal-prim’istanza biss f’kawżi speċifikament previsti, f’liema każ id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiġu appellati fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud RH).

Għalhekk, il-qrati superjuri huma kompetenti biss għall-appelli f’każijiet eċċezzjonali, meta l-qrati inferjuri jiddikjaraw li ma għandhomx ġurisdizzjoni u jirrinvijaw il-kawża għal aktar konsiderazzjoni.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

L-istabbiliment ta’ liema qorti tkun kompetenti għal kawża speċifika jiddependi minn diversi ċirkustanzi, madankollu, bħala regola, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali ġenerali li tkopri l-konvenut tkun il-qorti kompetenti.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali hija r-residenza permanenti jew temporanja tal-konvenut jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut għall-entitajiet legali.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

B’deroga mir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali, l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (fl-artikoli 50 - 66) jipprevedi każijiet ta’ ġurisdizzjoni territorjali speċjali li japplikaw għal kolitiganti, tilwim dwar il-manteniment statutorju, tilwim dwar danni, tilwim matrimonjali, tilwim dwar l-istabbiliment jew iċ-ċaħda tal-paternità jew tal-maternità, tilwim dwar proprjetà immobbli u f’tilwim dwar dħul mhux awtorizzat fil-proprjetà ta’ ħaddieħor, tilwim dwar inġenji tal-ajru u bastimenti, l-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni fuq persuni li ma jkun hemm l-ebda ġurisdizzjoni territorjali ġenerali fir-Repubblika tal-Kroazja għalihom, ġurisdizzjoni skont il-post fejn tkun tinsab il-fergħa ta’ persuna ġuridika, ġurisdizzjoni skont il-post fejn ikun jinsab l-uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna barranija fir-Repubblika tal-Kroazja, ġurisdizzjoni f’tilwim li jirriżulta mir-relazzjonijiet ma’ unitajiet organizzattivi tal-forzi armati tar-Repubblika tal-Kroazja, ġurisdizzjoni f’tilwim li jirriżulta minn relazzjonijiet tal-liġi tal-wirt, ġurisdizzjoni għal tilwim fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni u falliment, ġurisdizzjoni skont il-post tal-pagament, ġurisdizzjoni f’tilwim relatat mal-impjieg u ġurisdizzjoni reċiproka għal ilmenti kontra ċittadini barranin.

Fil-kawżi imsemmija hawn fuq, ir-rikorrent dejjem jista’, iżda qatt ma huwa meħtieġ, jagħżel qorti differenti minn dik tal-post fejn jgħix il-konvenut li tkun ġiet determinata bl-applikazzjoni tar-regola bażika.

Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 70 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu jiftiehmu dwar il-ġurisdizzjoni territorjali ta’ qorti oħra li jkollha ġurisdizzjoni ratione materiae, iżda dan biss jekk ma tkunx qorti b’ġurisdizzjoni esklużiva.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Skont jekk tkunx tilwima ċivili jew kummerċjali, rikors jista’ jiġi ppreżentat quddiem qorti muniċipali (Općinski sud) jew qorti kummerċjali (Trgovački sud), u fil-Belt ta’ Zagreb jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem it-tribunal industrijali muniċipali (Općinski radni sud) fil-każ ta’ tilwim industrijali.

L-aħħar aġġornament: 28/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Italja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Bħala regola ġenerali, fl-ordinament ġuridiku Taljan, il-ġuriżdizzjoni hija f’idejn il-qrati ordinarji, peress li dawn il-qrati għandhom ġuriżdizzjoni speċifika fuq tilwim relatat mad-drittijiet u l-intitolamenti personali. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja (Giudice di Pace), il-Qorti Ġenerali (Tribunale) u l-Qorti tal-Appell (Corte di Appello) huma kollha korpi ġudizzjarji ordinarji. Il-qorti tal-aħħar istanza hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (Suprema Corte di Cassazione), filwaqt li l-kawżi kostituzzjonali jinstemgħu mill-Qorti Kostituzzjonali (Corte Costituzionale). Minbarra s-sistema tal-qorti ordinarja, hija prevista wkoll sistema ta’ qorti amministrattiva. Il-qrati amministrattivi għandhom ġuriżdizzjoni li jisimgħu tilwim dwar kwistjonijiet ta’ interessi leġittimi u, fl-oqsma speċifiċi stabbiliti mil-liġi, tilwim li jinvolvi drittijiet individwali, dwar l-eżerċizzju ta’ jew in-nuqqas li jiġu eżerċitati setgħat amministrattivi fir-rigward ta’ miżuri, atti, ftehimiet jew imġiba li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat, min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi. Atti jew miżuri adottati mill-Gvern fl-eżerċizzju tas-setgħa politika ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem il-qrati. Il-ġuriżdizzjoni amministrattiva tiġi eżerċitata mill-Qrati Amministrattivi Reġjonali (Tribunali Amministrativi Regionali — TAR) u mill-Kunsill tal-Istat (Consiglio di Stato), skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Il-qorti tal-aħħar istanza hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, iżda biss għal raġunijiet ġuriżdizzjonali. Hemm ukoll qorti speċjali oħra — il-qorti tat-taxxa (tributario). Il-ġuriżdizzjoni fiskali hija eżerċitata mill-Qrati Fiskali Provinċjali ( Commissioni Tributarie Provinciali - CTP) u mill-Qrati Reġjonali tat-Taxxa (Commissioni tributarie Regionali - CTR). Il-qrati fiskali huma kompetenti biex jisimgħu l-kawżi kollha relatati mat-taxxi ta’ kull deskrizzjoni u ta' kull isem, inklużi taxxi reġjonali, provinċjali u muniċipali u kontribuzzjonijiet imħallsa lis-Servizz Nazzjonali Taljan tas-Saħħa, soprataxxi u taxxi addizzjonali, is-sanzjonijiet assoċjati, u l-miżati tal-imgħax u kwalunkwe tariffa anċillari oħra. Fl-ordinament ġuridiku Taljan, hemm numru ta’ awli “speċjalizzati” fi ħdan is-sistema tal-qorti ordinarja. Uħud mill-awli speċjalizzati l-aktar importanti jinkludu: a) l-awli li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-immigrazzjoni, il-protezzjoni internazzjonali u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE; b) l-awli li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet korporattivi; ċ) l-awli li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet agrikoli. Hemm ukoll qrati speċjalizzati bħall-Qorti tal-Minorenni (Tribunale per i Minorenni) jew it-Tribunale di Sorverglianza (il-Qorti li tissorvelja l-eżekuzzjoni tas-sentenzi). It-tilwim relatat mal-impjieg jiġi riferut lill-qrati ordinarji, li wħud minnhom jinkludu awli speċifiċi (awli industrijali). Madankollu, teknikament, dawn mhumiex awli speċjalizzati iżda pjuttost mudelli organizzattivi fi ħdan il-qrati.

Bħala regola ġenerali, il-Qorti Ġenerali għandha ġuriżdizzjoni fuq il-każijiet kollha li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra. Il-Qorti Ġenerali għandha wkoll ġuriżdizzjoni esklużiva fuq il-każijiet kollha li jikkonċernaw taxxi u dazji (li ma jkunux ġew rinvijati lill-qrati tat-taxxa), il-każijiet kollha relatati mal-istatus u l-kapaċità ta’ persuni u drittijiet onorarji, azzjonijiet li jirreferu għal frodi, infurzar u, b’mod ġenerali, kwalunkwe każ li għandu valur indeterminabbli.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni fuq każijiet relatati ma’ beni mobbli li jiswew sa EUR 50 000, meta l-liġi ma tkunx qegħdithom taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti oħra. Mill-31 ta’ Ottubru 2021, din iċ-ċifra se tkun ta’ EUR 30 000. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu wkoll ġuriżdizzjoni fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mat-tilwim indikat fl-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-kriterju biex tiġi identifikata l-qorti li se tisma' l-kawża hija “l-ġuriżdizzjoni”. Fl-ordinament ġuridiku Taljan, il-ġuriżdizzjoni ġeneralment tindika s-sett ta’ setgħat u l-funzjonijiet li korp ġuridiku jista’ jeżerċita. Hemm tipi differenti ta’ ġuriżdizzjoni: - skont is-suġġett; - skont it-territorju; - skont l-istanza; - skont il-valur. Fir-rigward tal-proċedura ċivili, il-ġuriżdizzjoni tindika l-livell ta’ awtorità allokat lil kull korp ġudizzjarju u, għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni li tiġġustifika s-setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dak il-korp. Il-ġuriżdizzjoni inkwistjoni tiġi definita minn “perspettiva teknika”, u l-arranġamenti legali tagħha huma stabbiliti fl-Artikoli 7 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Skont ir-regoli inkwistjoni, in-natura proċedurali tal-ġuriżdizzjoni tikkostitwixxi kwistjoni preliminari u tista’ għalhekk tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni fil-kuntest tat-tilwima. Jekk xi regoli ta’ ġuriżdizzjoni jinkisru, il-korp ta’ reviżjoni, b’mod partikolari, jista’ b’mod ġustifikabbli jgħaddi deċiżjoni dwar nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni (ara l-Artikolu 38 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Il-ġuriżdizzjoni fis-sens tekniku hija differenti mill-hekk imsejħa ġuriżdizzjoni “interna”, jiġifieri t-tqassim tal-kwistjonijiet fi ħdan il-qafas tal-entità ġudizzjarja kompetenti. Din l-aħħar forma ta’ ġuriżdizzjoni, li tissemma wkoll “f’forma ta’ tabella”, tiddependi mill-mod kif inhija strutturata l-Qorti Ġenerali: pereżempju, permezz tal-provvista ta’ kmamar interni (l-awla ċivili Nru 1) jew l-istabbiliment ta’ entitajiet li jiffukaw fuq suġġetti speċifiċi (l-awla industrijali) jew inkella permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet separati. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni tal-kwistjonijiet ma jagħtix lok għal kwistjoni proċedurali li tikkonċerna l-ġuriżdizzjoni, iżda pjuttost problema organizzattiva fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-każ fi ħdan il-korp ġudizzjarju.

Fir-rigward tal-post fejn għandha tkun ibbażata t-tilwima, ħlief meta l-liġi tistipula mod ieħor, il-qorti kompetenti tkun dik tal-post tar-residenza jew tad-domiċilju tal-intimat; jekk dawn ma jkunux magħrufa, allura jkun dak tal-post fejn jgħix l-intimat. Jekk l-intimat ma jkollux residenza jew domiċilju jew ma jkunx jgħix fir-Repubblika Taljana jew jekk ma jkunx magħruf fejn jgħix, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tal-post ta' residenza tar-rikorrent. Ir-regoli li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fil-Artikoli 18 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Is-sistema tal-qorti ordinarja tinqasam f’żewġ setturi: is-settur kriminali, li jiddeċiedi dwar jekk il-kawżi kriminali mressqa mill-Prosekutur Pubbliku kontra individwu jew entità partikolari humiex ġustifikati sew; u s-settur ċivili, li għandu l-għan li jipproteġi legalment id-drittijiet inerenti għar-relazzjonijiet bejn l-individwi privati jew bejn individwu privat u awtorità pubblika, meta din tal-aħħar, fit-twettiq ta’ dmirijietha, tagħmel ħsara lid-drittijiet u l-intitolamenti personali ta’ persuni oħra. Fis-settur kriminali, il-persunal ġudizzjarju jeżegwixxi funzjonijiet ta' aġġudikazzjoni jew ta' prosekuzzjoni, fejn tal-ewwel jinvolvi t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-aħħar jinvolvi it-twettiq tal-investigazzjonijiet (taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Ladarba dawk l-investigazzjonijiet ikunu ġew konklużi, il-persunal tal-prosekuzzjoni jibda proċedimenti kriminali jew jiftaħ kawża biex jiġi miċħud, jappoġġa l-akkuża fil-qorti, u jwettaq proċedimenti ta’ prosekuzzjoni f’każijiet sussegwenti Skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 107 tal-Kostituzzjoni Taljana, il-proċessi kriminali jitressqu minn membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (anke jekk jiffurmaw parti mill-qrati ordinarji). Matul il-proċess kriminali, il-parti leża tista’ tiftaħ kawża ċivili sabiex tirċievi kumpens għad-danni li tkun ġarrbet; hija tista' wkoll tieħu azzjoni, separatament, quddiem il-qrati ċivili. Il-proċessi ċivili u kriminali huma rregolati minn żewġ settijiet separati ta’ regoli proċedurali: il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali. Il-ġuriżdizzjoni ordinarja hija amministrata minn imħallfin “professjonali” u minn imħallfin “onorarji”, li t-tnejn li huma jiffurmaw parti mill-ġudikatura.

Fl-ewwel istanza, il-ġuriżdizzjoni tiġi eżerċitata mill-korpi li ġejjin kemm f’kawżi ċivili kif ukoll f’dawk kriminali:

  • Il-Kummissarju tal-Ġustizzja — fejn ġudikant onorarju jippresjedi waħdu
  • Il-Qorti Ġenerali Ordinarja (Tribunale Ordinario), li hija komposta minn imħallef wieħed jew minn kulleġġ ġudikanti, skont in-natura tat-tilwima
  • Il-Qorti tal-Minorenni, li tikkonsisti minn kulleġġ ġudikanti assistit minn esperti
  • It-Tribunale di Sorverglianza, li huwa kompost minn imħallef wieħed jew minn kulleġġ ġudikanti (assistit minn esperti).

Fl-ewwel istanza, id-dmirijiet ta’ prosekuzzjoni jitwettqu:

  • mill-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Ġenerali Ordinarja (inkluż għal reati li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Kummissarju tal-Ġustizzja)
  • mill-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Minorenni
  • mill-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Appell, għall-proċedimenti mressqa quddiem it-Tribunale di Sorverglianza.

Fit-tieni istanza, il-ġuriżdizzjoni tiġi eżerċitata mill-korpi li ġejjin:

  • Il-Qorti tal-Appell, għall-appelli ppreżentati kontra sentenzi tal-Qorti Ordinarja u l-Qorti tal-Minorenni;
  • Il-Qorti Ġenerali Ordinarja, għal appelli ppreżentati kontra sentenzi mogħtija mill-Kummissarju tal-Ġustizzja (u wkoll għal appelli ppreżentati kontra ordnijiet relatati ma’ libertà personali);
  • It-Tribunale di Sorverglianza, għall-appelli ppreżentati kontra s-sentenzi tal-Imħallef tas-Superviżjoni tas-Sentenzi.

Fit-tieni istanza, il-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Appell iwettaq id-dmirijiet ta’ prosekuzzjoni. Il-ġuriżdizzjoni dwar il-leġittimità tas-sentenzi tiġi eżerċitata mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; fil-kuntest ta’ proċessi ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jwettaq id-dmirijiet ta’ prosekuzzjoni. Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li l-prosekuzzjoni fl-Italja tinkludi wkoll id-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Mafja u Kontra t-Terroriżmu (Direzione Nazionale Antimafia e Antiterrorismo), li jwettaq, kif stabbilit fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 160/06, kompiti ta’ prosekuzzjoni kkoordinati nazzjonalment.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Ħlief meta l-liġi tipprevedi mod ieħor, il-qorti kompetenti tkun dik tal-post tar-residenza jew tad-domiċilju tal-intimat; jekk dawn ma jkunux magħrufa, allura jkun dak tal-post fejn jgħix l-intimat. Jekk l-intimat ma jkollux residenza jew domiċilju jew ma jkunx jgħix fir-Repubblika Taljana jew jekk ma jkunx magħruf fejn jgħix, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tal-post ta' residenza tar-rikorrent. Madankollu, hemm regoli speċjali fis-seħħ biex jiġi ddeterminat il-post fejn it-tilwima tkun trid tkun ibbażata: ir-regoli ġenerali u speċjali huma mogħtija fl-Artikoli 18 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Madankollu, hemm ukoll regoli differenti mogħtija fil-liġijiet speċjali li jirregolaw, pereżempju, kwistjonijiet li jikkonċernaw familji jew tfal, l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, jew id-drittijiet tal-konsumaturi.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Għall-persuni fiżiċi, ħlief fejn il-liġi tipprevedi mod ieħor, il-qorti kompetenti tkun dik tal-post tar-residenza jew tad-domiċilju tal-intimat; jekk dawn ma jkunux magħrufa, allura jkun dak tal-post fejn jgħix l-intimat. Jekk l-intimat ma jkollux residenza jew domiċilju jew ma jkunx jgħix fir-Repubblika Taljana jew jekk ma jkunx magħruf fejn jgħix, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tal-post ta' residenza tar-rikorrent.

Għall-persuni ġuridiċi, ħlief fejn il-liġi tipprevedi mod ieħor, jekk l-intimat ikun persuna ġuridika, il-qorti kompetenti hija dik tal-kwartieri ġenerali tagħha. Jekk il-persuna ġuridika jkollha bini ieħor jew rappreżentant awtorizzat li jidher fil-qorti fir-rigward tar-rikors, il-qorti kompetenti tkun ukoll dik tal-post fejn ikun jinsab dak ir-rappreżentant jew dak il-bini. Għal finijiet relatati mal-ġuriżdizzjoni, il-kumpaniji mingħajr personalità ġuridika, l-assoċjazzjonijiet mhux inkorporati u l-kumitati għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-post fejn abitwalment iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

F’każijiet li jinvolvu intitolamenti kontra persuni speċifiċi (diritti di obbligazione), il-ġuriżdizzjoni hija wkoll tal-qorti tal-post fejn ikun beda jew fejn ikun irid jitwettaq l-obbligu.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Il-Qorti għall-każijiet li jikkonċernaw it-tfal (Foro per le cause relativa a bambini)

Fil-każ ta’ ordnijiet li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri, ir-residenza abitwali tal-minuri meta ġie ppreżentat ir-rikors tikkostitwixxi l-kriterju ewlieni. Ir-residenza abitwali tal-minuri għandha tiġi identifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi; jekk il-minuri jiġi trasferit, dan ma għandux jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tar-residenza l-ġdida tagħhom jekk ikun għadda perjodu minimu ta’ żmien mhux apprezzabbli, b’kont meħud tal-età tal-minuri.

Il-Qorti għal kawżi relatati ma’ żwieġ (Foro per le cause relative al matrimonio)

Separazzjoni. F’każijiet ta’ separazzjoni legali, ir-rikors jiġi ppreżentat fil-qorti tal-post fejn il-konjuġi għexu flimkien jew, jekk qatt ma għexu flimkien, tal-post ta’ residenza jew ta’ domiċilju tal-konjuġi intimat. Jekk il-konjuġi intimat ikun residenti barra mill-pajjiż, jew ma jkunx jista’ jiġi kkuntattat, ir-rikors jiġi ppreżentat fil-qorti tal-post tar-residenza jew tad-domiċilju tar-rikorrent; jekk dak il-konjuġi jkun jgħix barra mill-pajjiż ukoll, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat lil kwalunkwe qorti fl-Italja.

Divorzju. Il-qorti kompetenti biex tisma’ rikorsi għax-xoljiment ta’ żwieġ ċivili jew it-tmiem tal-effetti ċivili ta’ ftehim taż-żwieġ [rit Kattoliku] hija l-qorti tal-post ta’ residenza jew ta’ domiċilju tal-konjuġi intimat, minkejja l-kriterji l-oħra li jippermettu li tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni mogħtija bħala alternattivi mill-istess dispożizzjoni legali Ir-rikorsi konġunti, madankollu, jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-post ta’ residenza jew ta’ domiċilju ta’ kwalunkwe wieħed mill-konjuġi.

Il-Qorti għal każijiet industrijali (Foro per le cause di lavoro)

Fl-ewwel istanza, it-tilwim industrijali jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, li taġixxi bħala qorti industrijali. Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija tal-qorti tal-post fejn tkun bdiet ir-relazzjoni industrijalil jew fejn tkun tinsab il-kumpanija jew fergħa tagħha fejn kien jaħdem l-impjegat, jew fejn l-impjegat ikun ipprovda s-servizzi tiegħu fil-waqt li ntemmet ir-relazzjoni industrijali. Din il-ġuriżdizzjoni għandha tibqa’ fis-seħħ wara t-trasferiment tal-kumpanija jew l-għeluq tal-kumpanija jew il-fergħa tagħha, sakemm ir-rikors jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur minn tali trasferiment jew għeluq. Il-ġuriżdizzjoni territorjali fuq tilwim relatat ma’ relazzjonijiet industrijali f’fergħat ta’ korpi amministrattivi pubbliċi hija tal-qorti tal-post fejn ikun jinsab l-uffiċċju li fih ikun assenjat jew ġie assenjat l-impjegat fil-mument li tintemm ir-relazzjoni tax-xogħol. F’tilwim fejn waħda mill-partijiet tkun l-Amministrazzjoni tal-Istat, qorti ma tistax isservi bħala foro erariale (qorti li tittratta kwistjonijiet ta’ finanzi pubbliċi).

Il-Qorti għall-każijiet relatati ma’ drittijiet ta’ proprjetà immobbli u kawżi dwar il-pussess (Foro per le cause relative a diritti reali e ad azioni possessorie)

Għal każijiet relatati ma’ drittijiet ta’ proprjetà immobbli, każijiet li jikkonċernaw il-kiri u self gratwit għall-użu (commodate) ta’ bini u kirjiet ta’ negozju, kif ukoll każijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ termini u konformità mad-distanzi stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew mid-dwana dwar it-tħawwil ta’ siġar u sisien tal-ħaxix, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà tal-bini jew tan-negozju. Jekk il-bini jkun mifrux fuq aktar minn distrett legali wieħed, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti tad-distrett fejn il-parti inkwistjoni tħallas l-akbar ammont ta' taxxa lill-Istat; jekk il-parti ma tħallas l-ebda taxxa, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn kwalunkwe qorti għad-distrett fejn tinsab il-parti tal-bini. Għal evizzjoni jew preklużjoni ta’ dritt ipotekarju, u għal rapporti ta’ xogħlijiet ġodda u dannu potenzjali, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn ikun seħħ l-att li qed jiġi kkontestat.

Il-Qorti għall-kawżi relatati mar-suċċessjoni (Foro per le cause ereditarie)

Il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn ikunu nbdew il-proċedimenti tal-wirt, f’każijiet:

1) relatati ma' talbiet għal wirt jew għal kondiviżjoni ta’ patrimonju, jew fi kwalunkwe każ ieħor bejn il-werrieta konġunti li jkollhom l-għan li jaqsmu patrimonju;

2) relatati mal-annullament tal-kondiviżjoni tal-patrimonju u s-salvagwardja tal-ishma, sakemm dawn jinbdew fi żmien sentejn mid-diviżjoni tal-patrimonju;

3) relatati ma' self mogħti lill-mejjet jew għal legat dovut mill-werriet, sakemm dawn jinbdew qabel id-diviżjoni tal-patrimonju u fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn mill-ftuħ tal-proċedimenti tal-wirt;

4) kontra l-eżekutur tal-patrimonju, dment li jinbdew fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-punt preċedenti.

Il-Qorti għal każijiet bejn sħab tan-negozju u bejn ir-residenti ta' blokk ta’ appartamenti (Foro per le cause tra soci e tra condomini)

Għall-każijiet bejn is-sħab kummerċjali, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn il-kumpanija jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha; għal każijiet bejn ir-residenti tal-blokka ta’ appartamenti, jew bejn ir-residenti tal-blokka ta’ appartamenti u l-blokka ta’ appartamenti stess, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-qorti fid-distrett fejn ikunu jinsabu ż-żoni komunali (jew il-maġġoranza tagħhom).

Forum għall-każijiet li jinvolvu korpi amministrattivi pubbliċi (Foro della pubblica amministrazione)

Għal każijiet fejn waħda mill-partijiet tkun Amministrazzjoni tal-Istat, il-ġuriżdizzjoni tkun — skont il-liġijiet speċjali li jirregolaw ir-rappreżentanza u d-difiża tal-Istat fil-qorti u fil-każijiet previsti fiha — mal-qorti tal-post fejn jinsab l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (Ufficio dell’Avvocatura dello Stato), li l-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont ir-regoli ordinarji tkun ibbażata fih. Meta l-korp amministrattiv ikun l-intimat, dak id-distrett jiġi ddeterminat fir-rigward tal-qorti tal-post fejn ikun inħoloq l-obbligu jew fejn ikun irid isir, jew fejn ikunu jinsabu l-beni mobbli jew immobbli li jifformaw is-suġġett tar-rikors.

Il-Qorti tal-Eżekuzzjoni (Foro dell’Esecuzione Forzata)

Għall-eżekuzzjoni fuq beni mobbli jew immobbli, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn ikunu preżenti dawk il-beni. Għall-eżekuzzjoni fuq il-vetturi bil-mutur u t-trejlers, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tinsab ir-residenza, id-domiċilju, il-post fejn jgħix jew il-kwartieri ġenerali tad-debitur. Għall-eżekuzzjoni fuq obbligi biex jew jitwettaq jew ma jitwettaqx ċertu att, il-ġuriżdizzjoni taqa’ fuq il-qorti tal-post fejn għandu jiġi ssodisfat l-obbligu.

Il-Qorti tal-Konsumatur (Foro del Consumatore)

F’każijiet li jinvolvu konsumatur, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post fejn il-konsumatur ikun jirrisjedi jew ikun effettivament domiċiljat. Il-ġuriżdizzjoni ta’ din il-qorti hija esklużiva u obbligatorja, sakemm il-partijiet ma jkunux ingħaqdu flimkien biex jinnegozjaw l-involviment ta’ qrati oħra. L-aġir proċedurali tal-konsumatur, li b’mod ċar jiġi wara l-bidu tal-proċess, ma jistax jassumi valur ekwivalenti għan-negozjati u ma jistax jiġġustifika deroga mill-Qorti tal-Konsumatur.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

F’xi każijiet, tista’ titressaq tilwima quddiem diversi qrati differenti, li jissejħu qrati alternattivi. Dan ix-xenarju japplika, b’mod partikolari, għal każijiet li jinvolvu drittijiet kontra persuni speċifikati: f’dan il-każ, fir-rigward tal-qorti tal-post fejn l-intimat ikun domiċiljat, il-ġuriżdizzjoni taqa’ wkoll quddiem il-qorti tal-post fejn ikun inħoloq l-obbligu jew fejn ikun irid isir.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-qorti tal-post tar-residenza tal-intimat ma għandhiex ġuriżdizzjoni fil-każ li l-liġi Taljana tipprevedi qorti differenti u esklużiva. F’dan ir-rigward, jekk jogħġbok irreferi għall-kapitlu 2.2.2 (“Eċċezzjonijiet għar-regola bażika”).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Ħlief fejn ikun hemm ġuriżdizzjoni obbligatorja (dik li għaliha deroga permezz ta’ ftehim hija eskluża), il-partijiet jistgħu jaqblu dwar qorti differenti (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Jekk qorti speċjalizzata jkollha l-ġuriżdizzjoni, għandhom japplikaw il-kriterji ta’ kompetenza stabbiliti fil-liġijiet speċjali rilevanti.

Il-qrati amministrattivi. Il-ġuriżdizzjoni fuq tilwim relatat ma’ miżuri, atti, ftehimiet jew il-kondotta ta’ korpi amministrattivi pubbliċi dejjem taqa’ f’idejn il-Qorti Amministrattiva Reġjonali fid-distrett territorjali li dawk il-korpi jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fih. Fi kwalunkwe każ, il-ġuriżdizzjoni dejjem taqa’ quddiem il-Qorti Amministrattiva Reġjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe tilwim relatat ma’ miżuri, atti, ftehimiet jew il-kondotta ta’ korpi amministrattivi pubbliċi li l-effetti diretti tagħhom ikunu limitati għat-territorju tar-reġjun fejn tkun ibbażata dik il-Qorti. Għal tilwim relatat ma’ ħaddiema taċ-ċivil, il-ġuriżdizzjoni dejjem taqa’ f’idejn il-qorti fid-distrett territorjali fejn jinsab il-post tax-xogħol. F’każijiet oħra, il-ġuriżdizzjoni dejjem tkun — fir-rigward ta’ atti tal-Istat — tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio (li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Ruma) u — fir-rigward tal-atti ta’ entitajiet pubbliċi soprareġjonali — mal-Qorti Amministrattiva Reġjonali tar-Reġjun li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fih.

Il-qrati fiskali. Il-qrati fiskali provinċjali għandhom ġuriżdizzjoni fuq l-ilmenti kollha mressqa kontra l-awtoritajiet tat-taxxa u l-kolletturi tat-taxxa bbażati fid-distrett tagħhom. Jekk jitressaq ilment kontra xi dipartimenti tal-Uffiċċju tad-Dħul (Agenzia delle Entrate) li jkollhom ġuriżdizzjoni fuq l-Italja kollha jew parti minnha, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti fiskali provinċjali li l-uffiċċju inkarigat bid-dmirijiet stabbiliti fir-rapport ikkontestat huwa bbażat fid-distrett tagħha.

Ħoloq relatati

Il-Kostituzzjoni Taljana (EN)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.senato.it/sites/default/files/media-documents/COST_INGLESE.pdf

Il-Liġijiet u l-Kodiċijiet Taljani (IT)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.normattiva.it/?language=en

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Taljan (IT)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.altalex.com/documents/codici-altalex/2015/01/02/codice-di-procedura-civile

Il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva (EN)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia-amministrativa.it/cdsintra/wcm/idc/groups/public/documents/document/mday/mzk3/~edisp/nsiga_4276977.pdf

Code de justice administrative (FR)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia-amministrativa.it/cdsintra/wcm/idc/groups/public/documents/document/mday/njiz/~edisp/nsiga_4506451.pdf

Italienische Verwaltungsprozessordnung (DE)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia-amministrativa.it/cdsintra/wcm/idc/groups/public/documents/document/mday/nda5/~edisp/nsiga_4289867.pdf

Is-sistema ġudizzjarja Taljana (EN)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.csm.it/web/csm-international-corner/consiglio-superiore-della-magistratura/sistema-giudiziario-italiano?show=true&title=&show_bcrumb=

Il-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa (IT)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://def.finanze.it/DocTribFrontend/getAttoNormativoDetail.do?id=%7bECD81E71-D37B-4722-AA36-116B5BCB2232%7d

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (IT)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia.it/giustizia

L-aħħar aġġornament: 06/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Ċipru

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Qrati ċivili ordinarji (imsejħin qrati distrettwali fis-sistema ġuridika ta' Ċipru) għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu l-parti l-kbira tal-kawżi ċivili.

Fil-każ ta' tilwima ġudizzjarja speċifika, madankollu, għandek tressaq rikors quddiem qorti speċjalizzata b'ġuriżdizzjoni li tisma' l-kawża.

Pereżempju, tilwim familjari (eż. divorzju, manteniment, responsabbiltà tal-ġenituri, komunikazzjoni ma' minuri, tilwim fuq proprjetà, eċċ.) jinstemgħu mill-qrati tal-familja tar-Repubblika ta' Ċipru.

Fir-rigward ta' tilwim industrijali (relazzjonijiet bejn l-impjegatur u l-impjegat, pereż. tkeċċija illegali, sensja, eċċ.), ikollok tressaq rikors quddiem it-tribunal tat-tilwim industrijali tad-distrett fejn tkun qamet it-tilwima jew, fin-nuqqas ta' dan, fejn ir-rikorrent ikollu d-domiċilju abitwali jew il-post ta' residenza permanenti tiegħu. Madankollu, il-qrati ċivili ordinarji (qrati distrettwali) ikollhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi fejn id-danni mitluba jaqbżu s-salarji ta' sentejn u għalhekk għandek tressaq ir-rikors f'dawn il-qrati.

Fir-rigward ta' tilwim relatat ma' proprjetà mikrija (eż. żieda fil-kera, espulsjoni, eċċ.), għandek tressaq rikors quddiem it-tribunal tal-kontroll tal-kera tad-distrett fejn tinsab il-proprjetà.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 iktar 'l isfel.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn qrati ċivili ordinarji tal-ewwel istanza fis-sistema ġuridika Ċiprijotta. Madankollu, hemm distinzjoni bejn imħallfin distrettwali skont il-grad tagħhom (imħallef li jippresjedi l-qorti distrettwali, imħallef anzjan tal-qorti distrettwali, imħallef tal-qorti distrettwali), u l-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jisimgħu kawżi speċifiċi skont dak il-grad.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Qorti distrettwali (ċorti ċivili ordinarja) għandha ġuriżdizzjoni biex issolvi kull tilwima meta:

  • l-bażi għat-tilwima tkun qamet kompletament jew parzjalment ġol-konfini tad-distrett li l-qorti kienet stabbilita għalihom;
  • l-intimat, jew kwalunkwe wieħed mill-intimati, ikun għex jew ħadem fid-distrett fejn il-qorti kienet stabbilita fil-mument tat-tressiq tar-rikors;
  • il-partijiet kollha għall-kawża jkunu ċ-ċittadini Ċiprijotti u l-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żoni tal-Bażi Sovrana jew l-intimat (jew kwalunkwe wieħed mill-intimati) ikun jgħix jew jaħdem hemm;
  • il-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażijiet Sovrani minħabba l-użu ta' vettura minn persuna li kienet, jew kellha tkun, assikurata skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • il-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażi Sovrana minħabba inċident lil impjegat jew marda okkupazzjonali li seħħet waqt l-impjieg tiegħu fir-rigward tar-responsabbiltà tal-impjegatur li kien, jew kellu jkun, assikurat għalih skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • il-kawża tkun relatata mad-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kwalunkwe proprjetà immobbli jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata ma' proprjetà immobbli li tkun tinsab ġol-konfini tad-distrett li l-qorti kienet stabbilita għalihom.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Meta l-azzjoni tkun relatata ma' istituzzjoni karitatevoli jew privattiva jew marka kummerċjali li tkun responsabbli għaliha l-qorti distrettwali skont l-Artikolu 7 u l-Lista ta' Liġijiet 29/1983, il-kawża titressaq quddiem kwalunkwe qorti distrettwali.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Meta, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.2.1 ta' hawn fuq, diġà hemm ġuriżdizzjoni territorjali alternattivi jew fil-kawżi msemmija fil-paragrafu 2.2.2.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Fil-każ ta' ġuriżdizzjoni unika fuq il-proprjetà (ara l-aħħar punt tat-tweġiba għall-mistoqsija 2.2.1 hawn fuq).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Le.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Normalment, il-proċedura tinfetaħ minn avukat awtorizzat, li jkun jaf liema qorti jindirizza. Madankollu, fin-nuqqas ta' rappreżentant legali, tista' tikkuntattja lid-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni tal-Qorti Suprema għall-informazzjoni rilevanti.

Supreme Court of Cyprus

Charalambou Mouskou,

1404 Nicosia, Cyprus

Tel.: +357 22865741

Faks: +357 22304500

Posta elettronika: [email protected]

L-aħħar aġġornament: 11/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Latvja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) tiggarantixxi d-dritt ta’ kull persuna, fiżika jew ġuridika, għal protezzjoni tad-drittijiet ċivili tagħha permezz tal-qrati, jekk dawn jiġu miksura jew kontestati, u l-protezzjoni bil-qorti ta’ kull interess imħares mil-liġi. Bħala regola ġenerali, it-tilwim ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati, skont il-proċeduri ordinarji tal-qrati. F’każijiet eċċezzjonali, u fejn ikun speċifikat mil-liġi biss, it-tilwim ċivili jistgħu jiġu deċiżi permezz ta’ proċeduri ekstraġudizzjarji oħra. Fejn tipprovdi l-liġi, qorti tisma’ wkoll it-talbiet imressqa mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi li min-natura tagħhom ma jaqgħux fil-qasam ċivili. Madankollu, l-assenjazzjoni ta’ tilwima ssir dejjem minn qorti jew imħallef. Jekk il-qorti jew l-imħallef jagħraf li tilwima ma taqax fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti, id-deċiżjoni f’dan is-sens tindika l-korp responsabbli biex jiddeċiedi mit-tilwima.

Fl-istess ħin, ir-regoli ordinarji tal-ġuriżdizzjoni huma soġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet li jistabbilixxu liema qorti tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza.

Qorti speċjalizzata tal-Affarijiet Ekonomiċi, li tisma’ ċerti kategoriji tal-kawżi ċivili u kriminali, ilha topera fil-Latvja mill-31 ta’ Marzu 2021.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-qrati distrettwali (rajona tiesa) u l-qrati tal-ibliet (pilsētas tiesa) huma l-qrati tal-ewwel istanza f’kawżi ċivili. Il-Qorti tas-Subborg ta’ Vidzeme tal-Belt ta’ Riga (Rīgas pilsētas Vidzemes priekšpilsētas tiesa) teżamina każijiet fejn il-fajls jirreferu għal kwistjoni ta’ sigrieti tal-Istat u każijiet rigward il-protezzjoni ta’ privattivi, topografija tal-prodotti semikondutturi, diżinji, trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet ta’ qorti distrettwali (belt) teżamina r-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ obbligi (bezstrīdus piespiedu izpildīšana) u l-eżekuzzjoni obbligatorja ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšanu brīdinājuma kārtība), kif ukoll rikorsi għall-konferma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ subbasti (izsoles aktu apstiprināšana), ħlief għall-konferma f’każijiet rigward proċedimenti ta’ insolvenza.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-mertu tal-kawża ma jistax jiġi eżaminat minn qorti superjuri jekk il-kawża ma tkunx għadha nstemgħet minn qorti inferjuri. Il-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi ċivili hija l-qorti distrettwali jew tal-belt jew il-qorti reġjonali (apgabaltiesa). Fil-proċedimenti ċivili l-kawżi jiġu meqjusa fil-mertu mill-qorti tal-ewwel istanza b’ġuriżdizzjoni għal dak it-tip ta’ kawża, suġġett u post tat-tilwima.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-kawżi ċivili jiġu assenjati għas-smigħ fl-ewwel istanza lil qrati fi gradi differenti, skont is-suġġett: il-kawżi jiġu klassifikati skont il-kategorija jew in-natura tat-talba. Irid jingħad ukoll li anki qrati fl-istess grad għandhom il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom stess.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-proċeduri ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali jistabbilixxu li talba kontra persuna fiżika għandha titressaq quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tagħha (l-Artikolu 26 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili). Talba kontra persuna ġuridika għandha titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. B’hekk il-qorti xierqa tal-ewwel istanza tiġi determinata mis-suġġett tal-kawża u mir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tispeċifika wkoll l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali fil-kawżi ċivili, fejn ir-rikorrent jista’ jagħżel li jiftaħ kawża jew skont id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, jiġifieri jidher quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat jew l-uffiċċju reġistrat tal-intimat jew jiftaħ kawża quddiem qorti tal-ewwel istanza differenti, fl-istess grad, li l-liġi tindika bħala qorti alternattiva.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Talba kontra intimat li ma għandux post ta’ residenza ddikjarat titressaq quddiem qorti li tiġi magħżula skont il-post ta’ residenza de facto tal-intimat.

Jekk il-post ta’ residenza de facto tal-intimat ma jkunx magħruf, jew jekk l-intimat ma jkollux post ta’ residenza permanenti fil-Latvja, it-talba titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab kwalunkwe proprjetà immobbli tal-intimat, jew tal-aħħar post ta’ residenza magħruf tiegħu.

F’ċerti każijiet speċifikati mil-liġi, rikorrent għandu ċerti drittijiet biex jagħżel fejn iressaq talba, quddiem qorti magħżula skont il-post ta’ residenza ddikjarat tal-intimat jew l-uffiċċju reġistrat jew quddiem qorti oħra.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Ir-regoli dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni mir-rikorrent huma stabbiliti fl-Artikolu 28 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, li tagħti lista dettaljata tat-tip ta’ kawżi u qrati alternattivi li quddiemhom tista’ titressaq talba:

  • kawża minħabba l-attivitajiet ta’ sussidjarju jew uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna ġuridika tista’ titressaq ukoll fil-qorti fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat tas-sussidjarju jew tal-uffiċċju rappreżentattiv;
  • kawża għall-irkupru tal-manteniment tat-tfal jew tal-ġenituri jew tal-filjazzjoni tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent;
  • kawża dwar korriment personali (l-Artikoli 1635, 2347-2353 tal-Kodiċi Ċivili (Civillikums)) tista’ titressaq ukoll fil-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent jew il-post fejn seħħ il-korriment;
  • kawża dwar ħsara fuq proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika tista’ titressaq ukoll fil-qorti tal-post fejn saret il-ħsara;
  • kawża għar-restituzzjoni ta’ proprjetà, jew kumpens għall-valur tagħha, tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent;
  • kawżi marittimi jistgħu jitressqu wkoll fil-qorti tal-post fejn ġie sekwestrat il-bastiment proprjetà tal-intimat;
  • kawża kontra diversi intimati li jgħixu jew jinsabu f’diversi postijiet tista’ titressaq fil-qorti tal-post ta’ residenza jew l-uffiċċju reġistrat ta’ intimat minnhom;
  • kawża ta’ divorzju jew annullament taż-żwieġ tista’ titressaq quddiem il-qorti skont l-għażla tar-rikorrent jew tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent, iżda fin-nuqqas ta’ dan, quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza de facto tar-rikorrent, jekk:
    • il-minuri jgħixu mar-rikorrent;
    • iż-żwieġ li se jinħall ġie ċċelebrat ma’ persuna li qed tiskonta sentenza ta’ ħabs;
    • iż-żwieġ li se jinħall ġie ċċelebrat ma’ persuna li ma għandhiex post ta’ residenza ddikjarat, il-post ta’ residenza tagħha ma jkunx magħruf jew tgħix barra l-pajjiż;
  • kawża minħabba relazzjoni ta’ impjieg tista’ titressaq ukoll fil-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat jew tal-post tax-xogħol tar-rikorrent.

Jekk ir-rikorrent fil-każijiet imsemmija hawn fuq ma jkollux post ta’ residenza ddikjarat, tista’ titressaq talba quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza de facto tar-rikorrent.

Hemm ukoll dispożizzjoni rigward il-ġuriżdizzjoni esklussiva fil-kawżi ċivili, li tieħu preċedenza mhux biss fuq il-ġuriżdizzjoni territorjali ordinarja iżda wkoll fuq kull forma oħra ta’ ġuriżdizzjoni territorjali. Il-ġuriżdizzjoni hija determinata mit-tip ta’ kawża fil-każijiet li ġejjin:

  • kawża dwar id-drittijiet ta’ sjieda jew drittijiet ta’ proprjetà oħra fir-rigward ta’ proprjetà immobbli jew marbuta magħhom, jew kawża dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dawn id-drittijiet fir-reġistru tal-artijiet jew it-tneħħija ta’ dawn id-drittijiet u l-esklużjoni tal-proprjetà mir-rekord tal-istħarriġ, trid titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà;
  • meta l-kawża tinġieb kontra l-patrimonju tad-decujus, u ma hemmx eredi magħrufa li ġew konfermati jew aċċettaw il-wirt, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat jew tal-post ta’ residenza de facto tad-decujus, iżda jekk il-post ta’ residenza ddikjarat jew il-post ta’ residenza de facto ma jkunx fil-Latvja jew ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà tal-patrimonju jew parti minnha.

Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tinsab ukoll f’atti leġiżlattivi oħra.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll f’każijiet soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji speċjali:

rikors għall-approvazzjoni ta’ adozzjoni jrid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat ta’ min se jaddotta, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu; rikors għall-annullament ta’ adozzjoni jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu.

Rikors għall-approvazzjoni ta’ adozzjoni minn ċittadin barrani jew persuni li tgħix fi stat barrani jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tal-persuna adottata, iżda jekk il-persuna adottata tkun f’kustodja mhux fil-familja r-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post fejn qed tiġi pprovduta l-kura u l-kustodja. (l-Artikolu 259(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Rikors għall-interdizzjoni minħabba diżordni mentali jew diżordni tas-saħħa oħra jrid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat ta’ dik il-persuna, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tagħha; jekk il-persuna tkun ġiet trasferita f’istituzzjoni medika, ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab l-istituzzjoni medika. (l-Artikolu 264 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

  • rikors għall-inabilitazzjoni u għat-twaqqif ta’ trusteeship għal persuna minħabba l-istil ta’ ħajja mhux għaqli u ta’ tberbiq, jew użu eċċessiv ta’ alkoħol jew sustanzi intossikanti oħra, irid jiġi ppreżentat fil-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tal-persuna, jew fin-nuqqas, fil-post ta’ residenza de facto tagħha (l-Artikolu 271 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • kwistjonijiet dwar it-trusteeship għall-proprjetà ta’ persuna assenti jew mitlufa jridu jiġu deċiżi mill-qorti tal-aħħar post ta’ residenza tagħha (l-Artikolu 278 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikors sabiex persuna mitlufa tiġi ddikjarata mejta jrid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-aħħar post ta’ residenza tagħha (l-Artikolu 282 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikors sabiex jiġu stabbiliti l-fatti b’rilevanza legali minn qorti jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu (l-Artikolu 290 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikors sabiex jintemmu drittijiet fuq proprjetà immobbli jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà; rikors sabiex jintemm kull dritt ieħor jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu, jew f’każ ta’ persuna ġuridika l-uffiċċju reġistrat, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi (l-Artikolu 294(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikors għall-kanċellament ta’ dokument mitluf, misruq jew meqrud u t-tiġdid tad-drittijiet marbuta miegħu jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta’ ħlas indikat fuq id-dokument, jew, jekk ma jkunx magħruf, quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tad-debitur, jew f’każ ta’ persuna ġuridika, l-uffiċċju reġistrat tagħha; jekk il-post ta’ residenza de facto jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur ma jkunx magħruf, ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn inħareġ id-dokument (l-Artikolu 299 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikors għall-fidi taċ-ċens ta’ proprjetà immobbli jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà (l-Artikolu 336 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • il-qorti għandha teżamina kawża rigward proċedimenti għal protezzjoni legali skont l-indirizz legali tad-debitur kif reġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni tar-rikors lill-qorti (l-Artikolu 341.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • kawża rigward proċedimenti ta’ insolvenza għal persuna ġuridika wara rikors tad-debitur, il-kreditur, jew il-maġġoranza tal-kredituri kif speċifikat fl-Artikolu 42(3) tal-Liġi dwar l-Insolvenza (Maksātnespējas likums) għandha tiġi eżaminata mill-qorti skont l-indirizz legali tad-debitur kif irreġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni tar-rikors lill-qorti. F’kawża dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, hija l-qorti bbażata fil-post ta’ interess ewlieni tad-debitur li għandha ġuriżdizzjoni, iżda f’kawża ta’ bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-istess Regolament, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti bbażata fil-post tal-impriża tad-debitur (skont it-tifsira tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000) (l-Artikolu 363.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • kawża dwar l-insolvenza ta’ persuna fiżika fuq rikors minnha għandha tinstema’ mill-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tad-debitur kif reġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni tar-rikors lill-qorti, iżda fin-nuqqas skont il-post ta’ residenza de facto tad-debitur. Kawża dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000 għandha tiġi eżaminata mill-qorti skont il-post ta’ interess ewlieni tad-debitur, iżda f’kawża ta’ bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-istess Regolament, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti bbażata fil-post tal-impriża tad-debitur (skont it-tifsira tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000) (l-Artikolu 363.22 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • kwistjonijiet dwar l-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jridu jiġu deċiżi mill-qorti tal-post fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat l-istituzzjoni ta’ kreditu (l-Artikolu 364 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • impjegatur jista’ jressaq rikors sabiex strajk jew avviż ta’ strajk jiġi ddikjarat illegali, abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fil-Liġi dwar l-Istrajks (Streiku likums) u f’konformità mal-proċedura prevista hemmhekk. Ir-rikors għad-dikjarazzjoni ta’ illegalità ta’ strajk jew avviż ta’ strajk irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn se jinżamm l-istrajk (l-Artikolu 390 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jressqu rikors biex lock-out jew avviż ta’ lock-out jiġi ddikjarat illegali, abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fil-Liġi dwar it-Tilwim Industrijali (Darba strīdu likums) u skont il-proċedura prevista hemmhekk. Ir-rikors għad-dikjarazzjoni ta’ illegalità ta’ lock out jew ta’ avviż ta’ lock out irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn se jinżamm il-lock out (l-Artikolu 394.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Kawżi relatati mal-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ obbligi (saistību bezstrīdus piespiedu izpildīšana):

  • rikorsi għall-bejgħ volontarju ta’ proprjetà immobbli b’irkant il-qorti jridu jiġu ppreżentati lill-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 395 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ pagamenti ta’ flus jew ir-ritorn ta’ proprjetà mobbli jew għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ obbligi kuntrattwali li jiġu garantiti bi pleġġ kummerċjali jridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post ta’ residenza ddikjarat tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu (l-Artikolu 403(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
  • rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ dokumenti li jiggarantixxu proprjetà immobbli, jew l-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ obbligu għall-iżgumbrament jew r-ritorn ta’ proprjetà immobbli b’lokazzjoni mikrija, iridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk għadd ta’ proprjetajiet immobbli huma l-garanzija ta’ obbligu, u r-rikorsi jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet ta’ qrati distrettwali jew tal-belt differenti, ir-rikors għandu jinstema’ mill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, skont l-għażla tar-rikorrent (l-Artikolu 403(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
  • rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata abbażi ta’ obbligu ta’ ipoteka ta’ vapur iridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn hija reġistrata din l-ipoteka (l-Artikolu 403(3) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtība):

Rikors għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti jrid jiġi ppreżentat lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post ta’ residenza ddikjarat tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta’ residenza de facto tiegħu jew l-uffiċċju reġistrat (l-Artikolu 406.2 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Iva, din il-possibilità teżisti: Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana l-partijiet jistgħu jagħżlu l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali għall-kawża tagħhom bi ftehim bejniethom. Fil-konklużjoni ta’ kuntratt il-partijiet jistgħu jispeċifikaw il-qorti tal-ewwel istanza fejn jista’ jiġi deċiż tilwim futur marbut mal-kuntratt jew fil-kisba tat-termini tiegħu. Huma ma jistgħux ibiddlu l-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-suġġett ta’ tilwima, jiġifieri l-grad tal-qorti li se tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza (l-Artikolu 25 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili); lanqas jistgħu jbiddlu l-ġuriżdizzjoni esklussiva (l-Artikolu 29 tal-Att). Il-ġuriżdizzjoni bi ftehim hija soġġett għal żewġ kundizzjonijiet:

  • l-għażla tal-ġuriżdizzjoni tista’ ssir biss f’każ ta’ tilwim kuntrattwali;
  • il-ftehim li jiddetermina l-ġuriżdizzjoni territorjali jrid jintlaħaq meta jiġi konkluż il-kuntratt, u trid tiġi indikata l-qorti speċifika li tisma’ tilwima potenzjali fl-ewwel istanza.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, il-qrati b’ġuriżdizzjoni ġenerali jisimgħu kemm kawżi ċivili kif ukoll kriminali. Il-Latvja ma għandhiex qrati speċjalizzati, pereżempju qrati tal-familja, jew imħallfin li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet legali partikolari, kif inhu l-każ f’pajjiżi oħra.

Kif spjegat aktar ’il fuq, il-mertu ta’ kawża ċivili jitqies f’qorti tal-ewwel istanza u ma jistax jerġa’ jiġi eżaminat minn qorti ogħla sakemm il-qorti inferjuri tkun qatgħet il-kawża. Il-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi ċivili hija l-qorti distrettwali (belt) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha taqa’ l-kawża. Bħala regola ġenerali, il-kawżi ċivili kollha jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati, li jittrattawhom skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 27/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Litwanja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

L-Artikolu 12 tal-Liġi dwar il-Qrati (Lietuvos Respublikos teismų įstatymas) jistabbilixxi sistema tal-qrati uniformi li tinkludi qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali u qrati ta’ ġuriżdizzjoni speċjali.

Il-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali (il-qrati tal-prim’istanza, il-qrati kemm distrettwali kif ukoll reġjonali) jisimgħu l-kawżi ċivili li jinvolvu tilwim relatat ma’ jew li jirriżulta minn relazzjonijiet ċivili, familjari, ta’ impjieg, ta’ proprjetà intellettwali, ta’ falliment, ta’ ristrutturar jew relazzjonijiet privati oħra; dawn il-qrati jisimgħu wkoll kawżi fi proċeduri legali straordinarji u jiddeċiedu dwar rikorsi fir-rigward tal-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni, fir-Repubblika tal-Litwanja, ta’ sentenzi minn qrati barranin u qrati tal-arbitraġġ (l-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas).

Il-qrati speċjalizzati, jiġifieri l-qrati amministrattivi (qrati amministrattivi reġjonali), jisimgħu kawżi amministrattivi li jirriżultaw minn relazzjonijiet legali ta’ natura amministrattiva.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Rikorrent jista’ jippreżenta talba lil qorti tal-għażla tiegħu skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • talba kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza;
  • talba kontra konvenut li ma jkollux post ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja;
  • talba għall-għoti tal-manteniment u l-istabbiliment tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
  • talba għall-kumpens għall-ħsara lis-saħħa ta’ persuna, inkluża l-mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent jew il-post fejn tkun ġiet sofruta l-ħsara;
  • talba għall-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tar-rikorrent jew il-post fejn tkun saret il-ħsara;
  • talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn kundanna illegali, applikazzjoni illegali ta’ miżuri ta’ kustodja, detenzjoni illegali, applikazzjoni illegali ta’ mezzi proċedurali ta’ restrizzjoni jew piena amministrattiva illegali (arrest), inklużi d-danni li jirriżultaw mill-azzjonijiet illegali ta’ mħallef jew ta’ qorti waqt is-smigħ ta’ kawża ċivili, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
  • talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni indikat fil-ftehim/kuntratt;
  • talba relatata ma’ azzjoni fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur ta’ proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà;
  • talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-konsumatur;
  • talba relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa;
  • talba għall-kumpens għall-ħsarat li jirriżultaw minn kolliżjoni ta’ vapuri u l-eżekuzzjoni tal-kumpens għall-assistenza u s-salvataġġ fuq il-baħar, inkluż kwalunkwe każ ieħor fejn tinqala’ tilwima minn relazzjonijiet ġuridiċi li jinvolvu t-tbaħħir marittimu, tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post jew il-port tar-reġistrazzjoni tal-vapur tal-konvenut.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-kawżi ċivili jinstemgħu minn qrati distrettwali u reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Skont ir-regola ġenerali stabbilita f’dak il-Kodiċi, il-kawżi ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati distrettwali. Hemm ukoll eċċezzjoni għar-regola ġenerali li ċerti kawżi jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali jew il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.

Dan jiddependi mill-valur tat-talba kkontestata, fejn kawżi ċivili li jinvolvu talbiet li jaqbżu LTL 150 000, ħlief għal kawżi li jirrigwardaw relazzjonijiet familjari u ta’ impjieg u kawżi li jirrigwardaw kumpens għal dannu mhux materjali, jinstemgħu minn qrati reġjonali.

Il-ġuriżdizzjoni tiddependi wkoll fuq fatturi oħra għajr it-talba kkontestata.

Il-qrati reġjonali jisimgħu wkoll il-kawżi ċivili li ġejjin bħala qrati tal-prim’istanza:

kawżi rigward relazzjonijiet ġuridiċi ta’ drittijiet tal-awtur mhux ta’ proprjetà;

kawżi rigward relazzjonijiet ġuridiċi f’offerti pubbliċi ċivili;

kawżi rigward falliment jew ristrutturar, ħlief għall-kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;

kawżi fejn waħda mill-partijiet tkun stat barrani;

kawżi bbażati fuq talbiet li jirrigwardaw il-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (ishma, imgħaxijiet);

kawżi bbażati fuq talbiet li jirrigwardaw l-investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ entità ġuridika;

kawżi li jirrigwardaw il-kumpens għad-dannu materjali u mhux materjali li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet stabbiliti tal-pazjenti;

9) kawżi ċivili oħra li huma meħtieġa li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

Il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius għandha ġuriżdizzjoni unika bħala l-qorti tal-prim’istanza fil-kawżi ċivili li ġejjin:

kawżi dwar tilwim imsemmi fil-Liġi dwar il-Privattivi (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);

kawżi dwar tilwim imsemmi fil-Liġi dwar it-Trademarks (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);

kawżi li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ ċittadin Litwan residenti fir-Repubblika tal-Litwanja kif isir rikors għalihom minn ċittadini ta’ stati oħra;

kawżi ċivili oħra li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni unika tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Talba tiġi ppreżentata lil qorti skont il-post tar-residenza tal-konvenut. Talba kontra entità ġuridika tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-entità ġuridika kif indikat fir-Reġistru tal-Entitajiet Ġuridiċi. Meta l-konvenut ikun l-istat jew muniċipalità, it-talba tiġi ppreżentata skont is-sede tal-istituzzjoni li tirrappreżenta lill-istat jew lill-muniċipalità.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Rikorrent huwa intitolat li jagħżel bejn diversi qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni għall-kawża.

Il-partijiet jistgħu jaqblu wkoll dwar quddiem liema qorti għandha tiġi ppreżentata t-talba. L-Artikolu 32 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jispeċifika li l-partijiet jistgħu jibdlu l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-kawża tagħhom bi ftehim reċiproku, iżda l-kompetenza ta’ qorti determinata mill-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħha jew mis-suġġett tal-kawża, ma tistax tinbidel bil-ftehim tal-partijiet.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Kif speċifikat fl-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikorrent jista’ jagħżel liema qorti hija kompetenti fil-kawżi li ġejjin:

talba kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza tiegħu;

talba kontra konvenut li ma jkollux post ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza tiegħu fir-Repubblika tal-Litwanja;

talba relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa;

talba għall-għoti tal-manteniment jew għall-istabbiliment tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;

talba għall-kumpens għall-ħsara lis-saħħa ta’ persuna, inkluża l-mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent jew il-post fejn tkun ġiet sofruta l-ħsara;

talba għall-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tar-rikorrent jew il-post fejn ikun saret il-ħsara;

talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn kundanna illegali, applikazzjoni illegali ta’ miżuri ta’ kustodja, detenzjoni illegali, applikazzjoni illegali ta’ mezzi proċedurali ta’ restrizzjoni jew piena amministrattiva illegali (arrest), inklużi d-danni li jirriżultaw mill-azzjonijiet illegali ta’ mħallef jew ta’ qorti waqt is-smigħ ta’ kawża ċivili, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;

talba għall-kumpens għall-ħsarat li jirriżultaw minn kolliżjoni ta’ vapuri u l-infurzar tal-kumpens għall-assistenza u s-salvataġġ fuq il-baħar, inkluż kwalunkwe każ ieħor fejn tinqala’ tilwima minn relazzjonijiet legali li jinvolvu t-tbaħħir marittimu, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post jew il-port tar-reġistrazzjoni tal-vapur tal-konvenut.

talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim/kuntratt;

talba relatata ma’ azzjoni fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur ta’ proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà;

talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-konsumatur;

Barra minn hekk, talba kontra għadd ta’ konvenuti residenti jew li jkunu jinsabu f’postijiet differenti tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat ta’ wieħed mill-konvenuti, kif magħżul mir-rikorrent (l-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim/kuntratt, kif magħżul mir-rikorrent. Talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew tal-konsumatur.

Talba fir-rigward tal-għoti ta’ manteniment tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew tar-rikorrent, kif magħżul mir-rikorrent.

Tista’ tiġi ppreżentata talba ċivili fir-rigward ta’ kumpens għall-ħsara f’kawża kriminali sabiex tinstema’ skont ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jekk it-talba ma tkunx ġiet ippreżentata jew magħluqa bħala parti minn kawża kriminali.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

L-Artikolu 31(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi għall-eċċezzjonijiet li ġejjin għar-regola ġenerali tal-ġuriżdizzjoni territorjali li jorbtu rikorrent li jibda proċeduri legali:

it-talbiet għal drittijiet in rem fi proprjetà immobbli, l-użu ta’ proprjetà immobbli, ħlief għar-rikorsi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni ta’ proprjetà matrimonjali f’kawżi ta’ divorzju, u l-kanċellazzjoni tal-qbid ta’ proprjetà immobbli jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli jew il-parti prinċipali tal-proprjetà.

it-talbiet minn kredituri ta’ suċċessjoni ppreżentati qabel ma l-eredi jkunu aċċettaw wirt jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-wirt jew tal-parti prinċipali tal-wirt.

Għandu jiġi nnotat ukoll li, skont l-Artikolu 33(2)–(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja:

kontrotalba, irrispettivament minn fejn tkun il-ġuriżdizzjoni tagħha, trid tiġi ppreżentata fil-qorti tat-talba inizjali. Jekk il-valur tat-talba jiżdied, is-suġġett tagħha jinbidel, jew il-preżentazzjoni ta’ kontrotalba tibdel il-qorti kompetenti għall-kawża kif determinata mis-suġġett tagħha, il-qorti tat-talba inizjali trid tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mat-talba (kontrotalba) u tissetilja l-kawża sħiħa fuq il-merti tagħha.

Jekk xi waħda mit-talbiet tar-rikorrent tkun trid tiġi ppreżentata skont ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni esklużiva, ir-rikors ġenerali jrid jiġi ppreżentat skont dawk ir-regoli.

Jekk xi waħda mit-talbiet tar-rikorrent taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti reġjonali, ir-rikors ġenerali jrid jiġi eżaminat minn qorti reġjonali.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-partijiet jistgħu jibdlu l-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ kawża bi ftehim reċiproku bil-miktub. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-kompetenza ta’ qorti determinata mill-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħha jew is-suġġett tal-kawża permezz ta’ tali ftehim (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-ġuriżdizzjoni għas-smigħ ta’ kawża tista’ b’mod eċċezzjonali tkun ġustifikata mill-parteċipazzjoni tal-konvenut.

Qorti tista’ tittrasferixxi kawża lil qorti oħra meta konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma kienx magħruf jitlob biex il-kawża tiġi trasferita għall-qorti tal-post tar-residenza tiegħu (l-Artikolu 34(2)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-qrati amministrattivi speċjalizzati li joperaw fir-Repubblika tal-Litwanja ma jisimgħux kawżi ċivili, kummerċjali jew relatati mal-familja. Huma jisimgħu kawżi li jirriżultaw minn relazzjonijiet amministrattivi legali.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Lussemburgu

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-qorti ordinarja għall-materji ċivili u kummerċjali hija l-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement). Hemm żewġ distretti: qorti distrettwali fil-belt tal-Lussemburgu u qorti distrettwali f'Diekirch.

Il-qorti distrettwali hija kompetenti għall-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li l-liġi ma tattribwix il-kompetenza tagħhom lil qorti oħra.

Kuntrarjament għal pajjiżi oħrajn, il-Lussemburgu ma hemmx qorti speċifika għall-kwistjonijiet kummerċjali, li għalhekk jiġu ttrattati minn taqsimiet speċjalizzati tal-qorti distrettwali. Il-kwistjonijiet kummerċjali madankollu jsegwu proċedura ssemplifikata.

Il-qrati speċjalizzati huma prinċipalment kompetenti:

  • mit-talbiet iż-żgħar: Jekk it-talba ma tkunx taqbeż l-EUR 15 000, il-kompetenza tkun tal-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix). Hemm tliet kummissarji tal-ġustizzja fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li jinsabu fil-belt tal-Lussemburgu, f'Esch-sur-Alzette u f'Diekirch, b'kull wieħed minnhom ikun kompetenti għal territorju determinat.
  • mill-kwistjonijiet tal-liġi industrijali: Meta litiġju jkun jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' kuntratt tax-xogħol, il-kompetenza tkun tat-tribunal industrijali (tribunal du travail). Hemm tliet tribunali industrijali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li jinsabu fil-belt tal-Lussemburgu, f'Esch-sur-Alzette u f'Diekirch, b'kull wieħed minnhom ikun kompetenti għal territorju determinat. Fil-prattika, it-tribunal industrijali jiltaqa' fil-bini tal-qorti tal-kummissarju tal-ġustizzja.
  • mill-kwistjonijiet tal-kiri ta' proprjetà: Il-liġi tagħti lill-kummissarji tal-ġustizzja l-kompetenza li jiddeċiedu dwar kuntratti tal-kiri, ta' kull valur. Jekk il-litiġju jkun jikkonċerna l-iffissar tal-kera, il-liġi tipprevedi li trid tiġi kkonsultata kummissjoni dwar il-kera tal-muniċipalità kkonċernata qabel ma l-kawża titressaq il-qorti kompetenti.
  • mill-kwistjonijiet bejn il-ġirien: Il-parti l-kbira tal-kawżi bejn il-ġirien, li jittrattaw pereżempju servitujiet jew problemi ta' konfini, huma l-kompetenza tal-kummissarji tal-ġustizzja. Jekk il-kwistjoni tikber u jkun hemm talba għad-danni bl-imgħax, ikun l-ammont tat-talba li jiddetermina: jekk jaqbeż l-EUR 15 000, il-kompetenza tkun tal-qorti distrettwali.
  • mill-kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali: Il-liġi tassenja l-kompetenza f'kawżi dwar kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-Bord tal-Arbitraġġ tas-Sigurtà Soċjali (Conseil arbitral de la sécurité sociale). Dan il-Bord jiltaqa' l-Lussemburgu u l-kompetenza tiegħu testendi għall-pajjiż kollu.
  • mill-problemi ta' dejn żejjed: Il-liġi tagħti l-kompetenza mill-kwistjonijiet ta' dejn żejjed lill-kummissarju tal-ġustizzja.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma kompetenti biex jiddeċiedu kwistjonijiet ċivili u kummerċjali b'ammont ikkontestat (mingħajr imgħax u spejjeż) li ma jkunx jaqbeż l-EUR 15 000. Jekk jaqbiżhom il-kompetenza tkun tal-qorti distrettwali.

Il-qorti distrettwali għandha l-kompetenza f'kull każ li ma jinvolvix evalwazzjoni monetarja, bħal pereżempju affarijiet tal-familja.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Bħala regola ġenerali, il-qorti kompetenti hija l-qorti ta' fejn ikun jgħix il-konvenut. Din ir-regola qiegħda hemm biex tipproteġi lill-konvenut, billi wieħed jippreżumi li jkun jista' jiddefendi ruħu b'iktar faċilità quddiem l-eqreb qorti għad-domiċilju tiegħu.

Jekk il-konvenut ikun persuna fiżika, il-qorti kompetenti tkun dik ta' fejn ikun domiċiljat jew residenti.

F'każ li l-konvenut ikun għaqda jew kumpanija kummerċjali, il-qorti kompetenti ma tkunx biss dik ta' fejn ikollu s-sede uffiċjali tiegħu, imma wkoll dik fejn ikollu fergħa jew aġenzija, iżda f'dawn iż-żewġ każijiet, huwa jrid ikollu rappreżentant ikkwalifikat biex jittratta ma' terzi u l-litiġju jkun inqala' mill-attivitajiet ta' din il-fergħa jew aġenzija.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
  • F'każ ta' kuntratti, l-attur jista' jiftaħ il-kawża, kemm fil-post tad-domiċilju tal-konvenut, kif ukoll skont in-natura tal-kuntratt, fil-post tal-konsenja tal-oġġett jew fil-post tal-eżekuzzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz.
  • Fi kwistjonijiet ta' responsabilità minn delitti jew għal talba ċivili fl-ambitu ta' proċedura penali: it-talba tista' ssir quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-konvenut jew quddiem il-qorti tal-post fejn ġie subit id-dannu jew fejn sar l-att li ħoloq id-dannu.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
  • Fil-kwistjonijiet li ġejjin:

1) talbiet ta' awtorizzazzjoni ta' żwieġ ta' minuri, talbiet għall-annullament ta' żwieġ, talbiet għar-revoka ta' sospensjoni taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, talbiet għat-tiġdid tas-sospensjoni, talbiet ta' oppożizzjoni għaż-żwieġ u għar-revoka tas-sospensjoni;

2) talbiet relatati ma' kuntratti taż-żwieġ u mar-reġimi matrimonjali u mat-talbiet għas-seperazzjoni tal-beni;

3) talbiet li jikkonċernaw id-drittijiet u d-dmirijiet rispettivi tal-konjuġi u l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ u tal-unjoni ċivili;

4) ix-xoljiment ta' unjoni ċivili;

5) talbiet ta' manteniment;

6) talbiet relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, ta' abitazzjoni u ta' kontribut għall-manteniment u l-edukazzjoni tat-tfal;

7) talbiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, ħlief dawk relatati mar-revoka tal-awtorità tal-ġenituri;

8) deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni legali tal-beni tal-minuri u ta' dawk relatati mat-tutela tal-minuri;

9) talbiet ta' projbizzjoni ta' ritorn ta' persuni mkeċċija minn darhom fis-sens tal-Artikolu 1(1) tal-liġi emendata tat-8 ta' Settembru 2003 dwar il-vjolenza domestika; u l-prolongament tal-projbizzjonijiet li ġejjin minn dik it-tkeċċija fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta' dik il-liġi; kif ukoll rikorsi ppreżentati kontra dawk il-miżuri;

il-qorti distrettwali territorjalment kompetenti hija, ħlief meta jkun hemm dispożizzjonijiet partikolari li jgħidu mod ieħor:

1) il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-familja;

2) jekk il-ġenituri jkunu jgħixu separati, il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-ġenitur li t-tfal jgħixu abitwalment miegħu f'każ ta' eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri, jew il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-ġenitur li jeżerċita dik l-awtorità waħdu;

3) fil-każijiet l-oħrajn, il-qorti tal-post fejn jirrisjedi dak li ma jkunx ħa l-inizjattiva tal-proċedura.

F'każ ta' talba konġunta, il-qorti kompetenti tkun skont l-għażla tal-partijiet bejn il-postijiet fejn tkun domiċiljata parti jew oħra.

Madankollu meta l-litiġju jkun jikkonċerna biss il-manteniment bejn il-konjuġi , il-manteniment u l-edukazzjoni tat-tfal, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ jew miżuri urġenti u provviżorji f'każ ta' xoljiment ta' unjoni ċivili, il-qorti kompetenti tista' tkun dik tal-post fejn jgħix il-konjuġi jew l-ex sieħeb li jirċievi l-manteniment jew il-ġenitur li jassumi r-responsabbiltà tat-tfal, anke jekk ikunu tal-età.

Il-kompetenza territorjali tkun iddeterminata mid-domiċilju dakinhar tat-talba jew, fi kwistjoni ta' divorzju, dakinhar li tiġi ppreżentata t-talba inizjali.

  • F'każ ta' talba għal għajnuna legali fi kwistjoni ta' kustodja jew ta' dritt ta' aċċess għat-tfal, il-qorti kompetenti tkun il-qorti li t-tifel għandu r-residenza tiegħu jew huwa preżunt li jirrisjedi fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
  • Fi kwistjonijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni ġudizzjarja u l-konsegwenzi tagħhom, il-qorti kompetenti hija l-qorti li l-konjuġi jkollhom id-domiċilju komuni tagħhom fit-territorju tagħha, jew fin-nuqqas ta' dan, fejn ikollu d-domiċlju tiegħu l-konjuġi konvenut jew f'każ ta' divorzju kunsenswali, fejn ikollu d-domiċilju wieħed mill-konjuġi.
  • Fi kwistjoni ta' suċċessjoni, il-qorti kompetenti hija dik ta' fejn id-deċedut kien domiċiljat l-aħħar.
  • Fi kwistjoni ta' kera, il-qorti kompetenti hija dik ta' fejn tinsab il-proprjetà.
  • Fi kwistjoni tal-liġi industrijali, hija l-qorti tal-post tax-xogħol li tkun kompetenti. Madankollu, f'ċerti każijiet meta impjegatur jiftaħ kawża kontra impjegat li jgħix fi Stat Membru ieħor, il-kompetenza tkun attribwita lill-qorti tal-post ta' residenza tal-impjegat.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-liġi Lussemburgiża taċċetta l-validità ta' "klawżola li tattribwixxi l-ġuriżdizzjoni" li permezz tagħha l-partijiet f'kuntratt jiddeterminaw qorti għal kull litiġju li jista' jkollhom.

Dawn il-klawżoli huma partikolarment utli f'każ ta' żewġ partijiet li joqogħdu fi Stati differenti. Huma jippermettu li l-Qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun determinata minn qabel. Il-kundizzjonijiet ta' validità ta' klawżoli bħal dawn bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012.

Ftehim bejn il-partijiet dwar il-ġuriżdizzjoni kompetenti hija possibbli wkoll għal litiġji purament interni. F'dak il-każ il-partijiet jistgħu jiftħu kawża quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja li normalment ma jkunx kompetenti għaliha minħabba raġunijiet ta' valur tal-litiġju jew tar-regoli dwar il-kompetenza territorjali. Il-ftehim bejn il-partijiet jista' jkun espliċitu jew jirriżulta mill-fatt li l-konvenut deher għas-seduta u beda jittratta l-fatti mingħajr ma l-ewwel u qabel kull eċċezzjoni oħra jkun qajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta' kompetenza tal-qorti. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux jipproċedu bl-istess mod quddiem il-qrati distrettwali li r-regoli dwar il-kompetenza tagħhom, li hija bbażata fuq il-valur tal-litiġju, huma kwistjoni ta' ordni pubbliku.

Klawżola li tattribwixxi l-ġuriżdizzjoni ma tkunx valida sakemm ma tkunx effettivament aċċettata miż-żewġ partijiet. Il-prova ta' dan il-ftehim trid titressaq skont ir-regoli tad-dritt komuni.

Il-libertà tal-partijiet biex jagħżlu l-ġuriżdizzjoni f'xi każijiet hija limitata mil-liġi. Pereżempju, il-liġi dwar il-protezzjoni ġuridika tal-konsumatur tiddikjara nulli l-klawżoli fejn l-għan ikun li l-konsumatur jitteħidlu d-dritt li jiftaħ kawżi fil-qrati ordinarji.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-ġuriżdizzjonijiet speċjali organizzati mil-liġi Lussemburgiża (it-tribunal industrijali, il-kummissarju tal-ġustizzja b'kompetenza dwar il-kera, il-qorti amministrattiva, il-Bord tal-arbitraġġ tas-sigurtà soċjali) jisimgħu l-kawżi kollha fil-prim'istanza li jkunu assenjati lilhom, ikun xi jkun il-valur tal-litiġju.

Pereżempju, il-kummissarju tal-ġustizzja, li l-kompetenza ordinarja tiegħu hija limitata għall-kawżi b'valur li jaqbeż l-EUR 15 000, mhux marbut minn dawn il-limitu meta jingħata kawża relatata mal-kera.

Kompetenza territorjali:

  • Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali

Għalkemm fil-prinċipju l-qorti kompetenti tkun dik ta' fejn jirrisjedi l-konvenut, hemm xi eċċezzjonijiet li jikkonċernaw ġuriżdizzjonijiet speċjali.

Pereżempju, it-tribunal industrijali normalment ikun dak tal-post tax-xogħol u mhux dak tad-domiċilju ta' waħda mill-partijiet. Bl-istess mod, litiġju dwar kwistjonijiet tal-kera jridu jitressqu quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà mikrija.

Fir-rigward tal-qorti amministrattiva u l-Bord tal-arbitraġġ tas-sigurtà soċjali, il-kwistjoni ma tqumx peress li dawn għandhom kompetenza għat-territorju kollu tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

  • Eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali

Il-qrati speċjali għandhom il-kompetenzi li ġew attribwiti biss u bħala regola ġenerali il-partijiet ma jistgħux jagħżlu huma qorti oħra ħlief dik magħżula mil-liġi.

Ġeneralment, il-kompetenzi skont is-suġġett huma meqjusa kwistjonijiet ta' ordni pubbliku (pereżempju f'każ tal-liġijiet industrijali), li jfisser li anke f'każ li l-partijiet ma jgħidu xejn, l-imħallef xorta jkun obbligat iqajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta' kompetenza tiegħu ex officio. Kif intqal iktar 'il fuq, hemm eċċezzjoni għal dan il-prinċipju quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja meta l-litiġju jaqbeż il-valur tal-kompetenza tiegħu u jkun hemm ftehim espliċitu jew taċitu bejn il-partijiet dwar dan. F'dak il-każ, il-kompetenza ma tistax tiġi miċħuda ex officio.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

Dokumenti konnessi

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja PDF(147 Kb)fr

L-aħħar aġġornament: 22/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Ungerija

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Skont l-Att dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-Qrati, fl-Ungerija jeżisti tip wieħed biss ta’ qorti speċjalizzata: il-qrati amministrattivi u industrijali li jittrattaw kwistjonijiet industrijali u amministrattivi. Kwistjonijiet li mhumiex kwistjonijiet industrijali u amministrattivi huma ttrattati minn qrati ordinarji.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, tilwima amministrattiva tiġi ġġudikata f’kawża fil-qorti amministrattiva. Tilwima amministrattiva tirrigwarda l-legalità ta’ aġir jew nuqqas ta’ aġir ta’ korp amministrattiv, li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jibdlu s-sitwazzjoni ġuridika ta’ entità rregolata jew affettwata mid-dritt amministrattiv. Tilwimiet relatati ma’ relazzjonijiet tas-servizz pubbliku u kuntratti amministrattivi huma wkoll tilwimiet amministrattivi.

Kawża amministrattiva hija deċiża fl-ewwel istanza minn qorti amministrattiva u industrijali jew, fil-każijiet speċifikati mil-liġi, minn qorti reġjonali (törvényszék) jew mill-Kurja tal-Ungerija (Kúria).

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati amministrattivi u industrijali tkopri kawżi fil-qrati amministrattivi u proċeduri oħra fil-qrati amministrattivi fejn il-ġuriżdizzjoni ma tkunx konferita lil qrati reġjonali jew lill-Kurja tal-Ungerija bil-liġi.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq kawżi relatati ma’ attivitajiet amministrattivi ta’ korpi regolatorji indipendenti, korpi amministrattivi awtonomi tal-Istat u uffiċċji tal-gvern skont l-att dwar il-korpi tal-amministrazzjoni statali ċentrali, il-korp tal-amministrazzjoni ferrovjarja, l-awtorità tal-avjazzjoni u l-Bank Nazzjonali Ungeriż, ħlief f’kawżi relatati ma’ relazzjonijiet ta’ servizz pubbliku.

Il-qrati reġjonali jiddeċiedu fi proċeduri għall-ħatra ta’ korpi amministrattivi, fi proċeduri tal-qorti relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ assemblea, f’kawżi relatati mal-aċċess għal data klassifikata u f’tilwim legali li jikkonċerna korpi professjonali statutorji.

Il-Kurja tal-Ungerija għandha ġuriżdizzjoni għal proċeduri għall-valutazzjoni ta’ kunflitt bejn digriet tal-gvern lokali u leġiżlazzjoni oħra, proċeduri li jikkonċernaw in-nuqqas min-naħa ta’ gvern lokali li jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jilleġiżla, u proċeduri għall-istabbiliment ta’ mezzi proċedurali biex jiġi solvut ilment kostituzzjonali.

Kawżi tal-liġi industrijali jinkludu kawżi li jirriżultaw minn relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti skont l-Att dwar il-Kodiċi Industrijali, impjieg fis-settur pubbliku, relazzjonijiet ta’ servizz, ħlief kif previst fil-liġi, parteċipazzjoni fi skemi ta’ impjieg pubbliku, kuntratti tax-xogħol konklużi skont l-Att dwar l-Isport, kuntratti ta’ apprendistat konklużi fit-taħriġ vokazzjonali, kuntratti ta’ internships tal-istudenti skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja Nazzjonali, relazzjonijiet ta’ xogħol stabbiliti ma’ kooperattivi soċjali jew kooperattivi tal-impjieg mill-membri ta’ tali kooperattivi, u azzjonijiet imressqa għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet oħra skont il-liġi tax-xogħol, kif speċifikat fl-Att dwar il-Kodiċi tax-Xogħol. Kawża tal-liġi tax-xogħol tibqa’ tali wkoll jekk ikun hemm bidla fil-persuna ta’ kwalunkwe parti minħabba ċessjoni, teħid ta’ dejn, suċċessjoni tal-impjegatur, jew bidla fil-persuna tal-impjegatur. Jekk impjegat ikollu pretensjoni finanzjarja kontra impjegatur insolventi, li tirriżulta minn pretensjoni skont il-liġi tax-xogħol u relatata mal-assi li jifformaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza, u din tkun ikkontestata mill-amministratur tal-insolvenza, l-impjegat jista’ jressaq kawża tal-liġi tax-xogħol kontra l-impjegatur wara l-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Skont l-Att dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati, is-sentenzi tal-ewwel istanza jingħataw mill-qrati distrettwali (járásbíróság) u l-qrati reġjonali. Il-qrati reġjonali jiddeċiedu fl-ewwel istanza f’kawżi fejn il-ġuriżdizzjoni ma tkunx konferita lill-qrati distrettwali bil-liġi. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fuq dawn li ġejjin:

(a) kawżi relatati ma’ drittijiet tal-proprjetà fejn il-valur tal-proprjetà ma jkunx jaqbeż il-HUF 30 miljun jew ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat il-valur tal-pretensjoni abbażi ta’ dritt tas-sjieda, ħlief għal

(aa) kawżi relatati mad-drittijiet tal-awtur, drittijiet relatati u drittijiet tas-sjieda industrijali,

(ab) kawżi mressqa għall-ħlas ta’ danni relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, u ta’ għotjiet ta’ restituzzjoni,

(ac) kawżi mressqa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku,

(ad) kawżi relatati mal-ħolqien u l-operazzjoni legali ta’ persuna ġuridika,

(ae) tilwim bejn persuni ġuridiċi u l-membri attwali jew preċedenti tagħhom, u tilwim bejn membri attwali jew preċedenti, li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ sħubija tagħhom,

(b) kawżi relatati mal-istatus personali,

(c) kawżi ta’ eżekuzzjoni.

Il-qrati reġjonali jiddeċiedu mhux biss fl-ewwel istanza iżda wkoll fit-tieni istanza, jiġifieri fir-rigward ta’ appelli kontra deċiżjonijiet maħruġa minn qrati distrettwali u qrati amministrattivi u industrijali.

Il-qrati tal-appell reġjonali (ítélġtábla) jiddeċiedu dwar rikorsi għal rimedju ġuridiku kontra deċiżjonijiet minn qrati reġjonali, u jittrattaw kawżi oħra li huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Il-qorti suprema tal-Ungerija hija l-Kurja tal-Ungerija. Fil-każijiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni, il-Kurja tiddeċiedi dwar rikorsi għal rimedju ġuridiku kontra deċiżjonijiet minn qrati reġjonali u qrati reġjonali ta’ appell, tiddeċiedi dwar rikorsi għal stħarriġ ġudizzjarju, tiddeċiedi dwar konflitti bejn digrieti tal-gvern lokali u leġiżlazzjoni oħra u tirrevoka tali digrieti fejn meħtieġ, tistabbilixxi kwalunkwe nuqqas ta’ gvernijiet lokali li jissodisfaw l-obbligu statutorju tagħhom li jilleġiżlaw, u tindirizza kawżi oħra li huma fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-konvenut għandha ġuriżdizzjoni fil-kawżi kollha fejn l-ebda qorti oħra ma jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva.

Jekk il-konvenut ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata mill-post tas-soġġorn tal-konvenut fl-Ungerija. Jekk il-post tas-soġġorn tal-konvenut ma jkunx magħruf jew ikun jinsab barra mill-pajjiż, jitqies l-aħħar post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi determinat jew jekk il-konvenut ma kellux post tar-residenza, il-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija. Jekk ir-rikorrent ma jkunx persuna fiżika, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede tiegħu fl-Ungerija.

Jekk il-post tax-xogħol tal-konvenut ma jkunx l-istess bħall-post tar-residenza tiegħu jew tagħha, il-qorti, fuq talba tal-konvenut ippreżentata bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ difiża bil-miktub tiegħu jew tagħha, tittrasferixxi l-kawża għas-smigħ u l-aġġudikazzjoni lill-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Jekk titressaq kawża kontra persuna li ma tkunx persuna fiżika, il-ġuriżdizzjoni ġenerali ma tiddependix biss fuq is-sede ta’ dik il-persuna iżda wkoll fuq il-post tal-operat tal-korp jew tal-unità organizzattiva intitolata li tirrappreżentaha u li tkun qed jaġixxi fit-tilwima legali. F’każ ta’ dubju, il-post tan-negozju jrid jitqies bħala s-sede. Jekk is-sede ta’ persuna mhux fiżika tkun tinsab f’Budapest iżda l-operazzjonijiet tagħha jkunu jestendu għat-territorju tal-Kontea ta’ Pest, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-Kontea ta’ Pest tittratta l-kawża.

Jekk persuna mhux fiżika ma jkollhiex sede fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-kawżi imressqa minn rikorrent Ungeriż li ma jkunx persuna fiżika tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede jew għall-post tal-operat tar-rikorrent. Jekk ir-rikorrent ikun persuna fiżika Ungeriża, il-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita jew fil-post tar-residenza tar-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tas-soġġorn tiegħu jew tagħha.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Fin-nuqqas ta’ qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva, ir-rikorrent jista’ jagħżel li jiftaħ kawża quddiem qorti li ma tkunx dik li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġenerali fir-rigward tal-konvenut. B’mod aktar speċifiku, kawża għall-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ manteniment preskritt bil-liġi tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent; kawża relatata mas-sjieda jew mal-pussess ta’ proprjetà immobbli, jew ma’ dritt in rem fi proprjetà immobbli, tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli; kawża għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni kuntrattwali tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni jew fejn ikollu jiġi pprovdut is-servizz; kawża għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni kuntrattwali ta’ konsumatur kontra impriża tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-post tas-soġġorn tiegħu jew tagħha fl-Ungerija; u kawża fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ġeografiku fejn ikun ġie kkawżat jew ikun seħħ id-dannu.

Jekk ma jkunx hemm qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva f’tilwima dwar il-proprjetà, il-ġuriżdizzjoni hija wkoll f’idejn il-qorti li l-konvenut ikun qed joqgħod fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha għal perjodu prevedibbilment twil (pereżempju, bħala impjegat jew bħala student). Il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi stabbilita għal dawn ir-raġunijiet fil-każ ta’ konvenuti li ma għandhomx il-kapaċità li jaġixxu f’kawża.

Kawża ġuridika relatata mal-proprjetà diretta kontra persuna barranija li ma tkunx persuna fiżika tista’ wkoll titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-persuna inkarigata bil-ġestjoni tal-affarijiet tal-persuna mhux fiżika barranija. Il-qorti kompetenti għas-sede tal-fergħa jew l-aġenzija kummerċjali Ungeriża tal-persuna mhux fiżika barranija wkoll għandha ġuriżdizzjoni għal tali tilwim dwar proprjetà.

Kawża konġunta tista’ titressaq kontra debitur sekondarju u debitur prinċipali quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe bażi għall-kawża kontra d-debitur prinċipali.

Il-ġuriżdizzjoni għal kawża mressqa għal tqegħid taħt kustodja hija wkoll f’idejn il-qorti li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha l-konvenut ikollu akkomodazzjoni f’istituzzjoni soċjali residenzjali jew ikun jirċievi kura in-patient fuq perjodu twil ta’ żmien, jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu.

Fi kwistjonijiet matrimonjali, il-qorti tal-aħħar residenza abitwali komuni tal-miżżewġin għandha ġuriżdizzjoni wkoll.

Il-kawżi imressqa għall-istabbiliment tad-dixxendenza, li jiddeċiedu l-eżerċizzju tal-kustodja mill-ġenituri, it-tqegħid ta’ minorenni ma’ parti terza, it-terminazzjoni tal-kustodja mill-ġenituri, it-terminazzjoni tal-adozzjoni jew il-manteniment tat-tfal minorenni jistgħu wkoll jinbdew fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni dwar il-post tar-residenza jew il-post tas-soġġorn tat-tfal minorenni involuti.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Meta l-leġiżlazzjoni tipprovdi li qorti speċifika għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva fil-kawża. Dan japplika, pereżempju, fil-każijiet ta’ hawn taħt.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, minn att ġuridiku vinkolanti tal-Unjoni jew minn konvenzjoni internazzjonali, il-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut fl-Ungerija għandha ġuriżdizzjoni esklużiva għal kawżi ppreżentati minn impriża kontra konsumatur għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni li tirriżulta minn relazzjoni kuntrattwali. Jekk il-konvenut ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni esklużiva hija rregolata mill-post tas-soġġorn tal-konvenut fl-Ungerija. Jekk il-post tas-soġġorn tal-konvenut ma jkunx magħruf jew ikun jinsab barra mill-pajjiż, l-aħħar post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija jkun il-kriterju ta’ referenza. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, il-ġuriżdizzjoni trid tiġi stabbilita skont ir-regoli ġenerali.

Jekk persuna korruta tkun tista’, skont dispożizzjoni legali relatata ma’ kuntratti tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà, titlob ukoll danni jew restituzzjoni mingħand parti terza li ma tkunx il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu, il-kawża mressqa kontra l-parti terza tkun fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, minn att legali vinkolanti tal-Unjoni Ewropea jew minn konvenzjoni internazzjonali. Jekk ir-rikorrent ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-qorti tal-post ta’ permanenza tar-rikorrent fl-Ungerija teżerċita ġuriżdizzjoni esklużiva. Jekk ir-rikorrent ma jkunx persuna fiżika, il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede tiegħu fl-Ungerija. Jekk ir-rikorrent ma jkollux post tar-residenza, post ta’ soġġorn jew sede fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni trid tiġi stabbilita skont ir-regoli ġenerali.

Kawża għal terminazzjoni jew restrizzjoni ta’ eżekuzzjoni hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti distrettwali li tkun ordnat l-eżekuzzjoni. Jekk l-eżekuzzjoni ma tkunx ġiet ordnata minn qorti distrettwali, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti distrettwali tal-post tar-residenza tad-debitur.

Kawża replevin ( għar-rilaxx ta’ proprjetà ssekwestrata b’mod illeċitu) hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti distrettwali li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha jkun seħħ is-sekwestru.

Kawża għal permess għal parteċipazzjoni fi proċedura ta’ eżekuzzjoni hja fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun ċaħdet it-talba tad-detentur ta’ pleġġ fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ġudizzjarja.

Kawża li ssir biex tinbidel id-deċiżjoni ta’ skrivan tal-gvern lokali dwar kwistjoni ta’ pussess hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti tas-sede tar-reġistratur tal-gvern lokali li jadotta d-deċiżjoni ta’ pussess.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà, il-partijiet jistgħu jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni lil qorti partikolari biex issolvi t-tilwima attwali tagħhom jew kwalunkwe tilwima futura li tista’ tirriżulta minn relazzjoni ġuridika partikolari, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Ftehim dwar l-għażla tal-qorti jista’ jsir bil-miktub, bil-fomm b’konferma bil-miktub, f’forma li taqbel mal-prattiki tan-negozju żviluppati bejn il-partijiet, jew, fil-każ ta’ kummerċ internazzjonali, f’forma li taqbel mal-prattiki kummerċjali tas-soltu li huma magħrufa jew li għandhom ikunu magħrufa mill-partijiet u li huma ġeneralment magħrufa u użati regolarment fil-qasam speċifiku minn partijiet li jidħlu fi ftehim ta’ din in-natura.

F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti partikolari, il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi attribwita lil qorti oħra. Il-qorti magħżula għandha ġuriżdizzjoni esklużiva sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi jew miftiehem mod ieħor mill-partijiet. Ftehim dwar l-għażla tal-qorti japplika għas-suċċessuri ġuridiċi. L-għażla tal-ġuriżdizzjoni ma tistax tkun tali li tipprevjeni lill-konsumaturi milli jeżegwixxu pretensjonijiet kuntrattwali kontra impriża quddiem il-qorti tal-post tar-residenza tal-konsumatur fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tas-soġġorn tal-konsumatur fl-Ungerija.

Fi kwistjonijiet relatati ma’ proprjetà, il-partijiet ma jistgħux jattribwixxu ġuriżdizzjoni għat-tilwim ġuridiku tagħhom jew għal kwalunkwe tilwima futura li tirriżulta minn relazzjoni ġuridika partikolari quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest-Kapitali jew il-Qorti Reġjonali tad-Dintorni ta’ Budapest f’kawżi fejn ikollhom ġuriżdizzjoni l-qrati reġjonali, jew quddiem il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest f’kawżi fejn ikollhom ġuriżdizzjoni l-qrati distrettwali.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-qrati amministrattivi u industrijali huma l-uniċi qrati speċjalizzati fl-Ungerija.

Il-kawżi tal-liġi tax-xogħol huma bażikament regolati mir-regoli ġenerali tal-ġuriżdizzjoni deskritti fil-punt 2.2.1. Impjegat li jressaq kawża jista’ jagħżel bejn il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġenerali fuq il-konvenut u l-qorti amministrattiva u industrijali li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-impjegat jew, fin-nuqqas ta’ dan, fuq il-post tas-soġġorn fl-Ungerija, jew il-qorti amministrattiva u industrijali li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn l-impjegat ikun ħadem jew ikun ilu jaħdem għal perjodu twil ta’ żmien. Jekk kolitigant jew pretensjoni jkunu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti li jkollha ġuriżdizzjoni għal kawżi tal-liġi tax-xogħol, filwaqt li kolitigant jew pretensjoni oħra jkunu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti distrettwali jew qorti reġjonali, il-kawża taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti industrijali, dment li l-leġiżlazzjoni tkun tippermetti li l-partijiet jew il-pretensjonijiet jingħaqdu.

Il-kawżi amministrattivi jridu jitressqu quddiem il-qorti li fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha tkun twettqet l-attività amministrattiva soġġetta għat-tilwim, sakemm il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti oħra ma tkunx stabbilita mil-liġi. Jekk l-att amministrattiv inkwistjoni jkun twettaq fi proċeduri ta’ iktar minn istanza waħda, il-kawża tkun fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti tal-post fejn ikun sar l-att amministrattiv fl-ewwel istanza.

Fil-każ ta’ drittijiet, obbligi u relazzjonijiet ġuridiċi relatati mal-proprjetà immobbli, il-post tat-twettiq tal-attività amministrattiva huwa l-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Fil-każ tan-notifika jew l-awtorizzazzjoni ta’ attività, huwa l-post fejn tiġi segwita jew ikun maħsub li tiġi segwita l-attività. Ħlief fiż-żewġ każijiet imsemmija qabel, il-post tal-eżekuzzjoni tal-attività amministrattiva ta’ korp amministrattiv tal-Istat b’ġuriżdizzjoni nazzjonali huwa l-post tar-residenza jew il-post tas-soġġorn tar-rikorrent jew, għal persuni ġuridiċi u entitajiet mingħajr personalità ġuridika, is-sede tal-entità jew, fin-nuqqas ta’ dan, is-sede tal-korp amministrattiv. Il-Kontea ta’ Pest hija l-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet amministrattivi mwettqa fis-sede ta’ korp amministrattiv tal-istat li jkollu s-sede tiegħu f’Budapest iżda li l-ġuriżdizzjoni tiegħu tkun tkopri primarjament il-kontea ta’ Pest jew parti minnha. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, il-post tat-twettiq tal-attività amministrattiva huwa s-sede tal-korp amministrattiv, ħlief fl-ewwel tliet każijiet speċifikati hawn fuq.

Ċerti qrati amministrattivi u industrijali għandhom ġuriżdizzjoni territorjali għal reġjun speċifikat. Dawn huma l-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali tad-Dintorni ta’ Budapest, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Debrecen, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Győr, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Miskolc, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Pécs, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Szeged, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Veszprém.

Il-ġuriżdizzjoni għal kawżi relatati mas-sigurtà soċjali, mal-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali jew tat-tfal u mal-benefiċċji jew l-appoġġ ipprovdut mis-servizz tal-istat għall-impjiegi hija f’idejn il-qorti amministrattiva u industrijali b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent jew, jekk ir-rikorrent ikun persuna ġuridika jew entità mingħajr personalità ġuridika, is-sede tar-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, is-sede tal-korp amministrattiv.

Kawżi relatati ma’ kuntratti amministrattivi jridu jitressqu quddiem il-qorti reġjonali li fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha jkun ġie konkluż il-kuntratt. Il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe bażi fuq id-debitur prinċipali jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-pretensjoni kontra d-debitur sekondarju.

Jekk l-attività amministrattiva tkun twettqet barra mill-pajjiż, il-kawża tkun fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-partijiet f’kuntratt amministrattiv jistgħu jadottaw klawżola dwar l-għażla tal-qorti li tkun innegozjata b’mod individwali, li fiha jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe tilwima ġuridika futura li tinħoloq bejniethom b’rabta mal-kuntratt amministrattiv għal qorti amministrattiva u industrijali b’ġuriżdizzjoni territorjali għal reġjun speċifiku. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew miftiehem mill-partijiet, il-qorti magħżula jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva għall-kawżi kollha relatati mal-kuntratt amministrattiv. Il-ftehim dwar l-għażla tal-qorti japplika wkoll għas-suċċessuri ġuridiċi.

F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti partikolari, il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi attribwita lil qorti oħra.

Il-partijiet ma jistgħux jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni għat-tilwim futur tagħhom li jirriżulta mill-kuntratt amministrattiv lill-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali.

Kawżi relatati mar-relazzjonijiet ta’ servizz pubbliku jridu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali għall-post fejn ikun twettaq ix-xogħol. Jekk ir-rikorrent ikun persuna fiżika, il-kawża tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent.

Il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest-Kapitali għandha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi u industrijali u fuq kawżi li huma fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati reġjonali.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Malta

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

L-għażla tal-Qorti jew Tribunal jiddependi mill-fattispecie tal-każ tiegħek. Il-maġġoranza assolouta tal-każijiet ċivili u kummerċjali taqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ċivili ordinarji, billi ma hemm l-ebda qorti kummerċjali. Hemm biss ftit tribunali speċjalizzati, li fosthom nsibu:

Tribunal Industrijali  - jisma’ kawżi marbuta mat-tkeċċija inġusta u mat-trattament diskriminatorju jew trattament illegali fuq il-post tax-xogħol.

Il-Bord li jirregola l-Kera – jisma kawżi marbuta mat-tibdil fil-kunidzzjonijiet tal-kera inkluż iż-żieda fil-kera u t-terminazzjoni tal-kera. Dawn il-każijiet iridu jkunu marbuta ma’ ftehim dwar il-kera li jkun sar qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.

Il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet – jisma’ kawżi li jittrattaw il-klassifikazzjoni ta’ art esproprijata u l-ammont ta’ kumpens dovut lis-sid.

Dawn it-Tribunali kollha jagħmlu s-seduti tagħhom il-Belt fl-istess bini fejn jinsabu l-Qrati ordinarji.

Ara wkoll ir-risposta għall-mistoqsija numru 4 tas-sezzjoni “Ftuħ ta’ Kawżi fil-Qorti”.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Sabiex wieħed jiddetermina quddiem liema Qorti għandu jippreżenta l-każ tiegħu, huwa importanti li jagħti ħarsa lejn il-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta msejjaħ Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Iva ssir differenza bejn il-Qrati Superjuri u dawk Inferjuri. Id-differenza bejniethom hija li l-Qrati Inferjuri jisimgħu u jiddeċiedu każijiet ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha sa’ l-ammont ta’ €15,000. Il-Qrati Superjuri minn naħa ‘l-oħra jisimgħu u jiddeċiedi każijiet ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn €15,000, kif ukoll kwalunkwe kawżi (indipendentement mill-valur tat-talba) li fihom jidħlu kwistjonijiet dwar il-proprjeta’ ta’ beni immobbli, jew li għandhom x’jaqsmu ma’ servitujiet, piżijiet jew drittijiet oħra mgħaqqdin mal-beni immobbli, inkluża kull talba għal żgumbrament jew tkeċċija minn beni immobbli kemm urbali kif ukoll rurali, mikrija jew okkupati minn persuni li joqgħdu jew li għandhom l-abitazzjoni ordinarja tagħhom. Ara wkoll ir-risposta għall-mistoqsija numru 4 tas-sezzjoni “Ftuħ ta’ Kawżi fil-Qorti”.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali hija l-post fejn joqgħod il-konvenut. F’Malta il-ġurisdizzjoni tinqasam bejn Malta u Għawdex. M’hemm l-ebda qrati relatati ma’ bliet differenti. Għall-persuni li joqgħdu jew għandhom ir-residenza tagħhom f’Malta, il-kawża għandha tinfetaħ fil-Qorti Maltija. Minn naħa ‘l oħra għall-persuni li joqgħdu jew li għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom ġewwa l-Gżira t’Għawdex il-kawża għandha tinfetaħ fil-Qorti Għawdxija.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ara r-risposta għall-mistoqsija numru 2.2.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Eċċezzjoni għar-regola bażika hija fejn l-obbligu jkollu jitwettaq fi gżira partikolari. Per eżempju jekk il-konvenut ikun jgħix Għawdex imma l-obbligu suġġett għat-talba jkollu jitwettaq Malta, il-Qrati Maltin ikollhom ġuridizzjoni u l-kawżi kollha jkunu preżentati fil-Qrati Maltin minkejja li l-konveut ikun jgħix Għawdex.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Ir-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali skont il-liġi Maltija ma jaħsbux għall-għażla tal-Qorti bejn il-partijiet.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Dan għandu jsir meta l-obbligu jkun eżegwibbli fi gżira partikolari.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

M’hemm l-ebda dispożizzjoni legali li taħseb għal dan. Skont il-liġi Maltija, l-partijiet ma jistgħux jagħżlu li jagħtu ġurisdizzjoni lil Qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti, lanqas bi ftehim bejn il-partijiet. L-inkompetenza tal-Qorti tista’ titqajjem mill-Qorti stess għax hija punt/regola ta’ ordni pubblika.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-website  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://judiciary.mt/il-qrati/ tagħti ċertu informazzjoni quddiem liema qorti wieħed għandu jippreżenta l-każ tiegħu. Barra minn hekk wieħed jista jidħol fil-website Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://legislation.mt/ fejn hemmhekk ikollu aċċess għall-liġijiet Maltin u għaldaqstant ikun jista’ jfittex fejn għandu jippreżenta l-każ tiegħu. Wieħed għandu jieħu parir mingħand avukat jew prokuratur legali li jiffirma l-atti. Fir-rigward tat-Tribunali speċjalizzati, il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tagħhom hija mfissra fil-liġijiet li jistabbiluhom.

Links relatati

http://www.justice.gov.mt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEnglish

L-aħħar aġġornament: 28/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Olanda

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Ma hemmx qrati speċjalizzati, bħal qorti kummerċjali jew tribunal industrijali, skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża. Il-qorti distrettwali fil-prinċipju għandha l-ġuriżdizzjoni fil-proċeduri kollha ta’ qorti ċivili.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-qrati tal-prim’istanza jeżaminaw il-materji ċivili kollha, bl-eċċezzjoni tal-kawżi speċifikati mil-liġi. Il-qorti ċivili tittratta kawżi bejn żewġ partijiet (individwi jew entitajiet legali). Il-qorti ċivili ma għandhiex ġuriżdizzjoni f’tilwim li l-qorti amministrattiva tkun ġiet deżinjata bħala li għandha l-ġuriżdizzjoni għalih. Din tirreferi għat-tilwim mal-amministrazzjoni (l-awtoritajiet pubbliċi). Is-sistema ġudizzjarja Netherlandiża tipprevedi tliet tipi ta’ qrati fil-qasam tad-dritt privat: il-qrati distrettwali (rechtbanken), il-qrati tal-appell (gerechtshoven) u l-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad Nederlanden).

Mill-1 ta’ April 2013, in-Netherlands inqasmu f’għaxar distretti ġudizzjarji, kull wieħed bil-qorti tiegħu: ħdax-il qorti b’ġuriżdizzjoni f’erba’ oqsma. Barra minn hekk, hemm erba’ qrati tal-appell u Qorti Suprema waħda tan-Netherlands.

Fi ħdan il-qrati distrettwali, ġew stabbiliti unitajiet organizzattivi, magħrufa bħala “setturi”. Dawn huma s-setturi sottodistrettwali, tad-dritt amministrattiv, tad-dritt ċivili u tad-dritt kriminali. Il-qorti għandha diviżjonijiet bi mħallef wieħed u grupp ta' mħallfin. Diviżjoni bi mħallef wieħed tikkonsisti fi mħallef wieħed; diviżjoni bi grupp ta' mħallfin tikkonsisti fi tliet imħallfin. Il-prinċipju bażiku huwa li kawżi fi qrati sottodistrettwali, kawżi sempliċi u kawżi urġenti jinstemgħu minn imħallef wieħed. Ħafna kawżi tal-familja wkoll jiġu ttrattati minn imħallef wieħed. Eżempju ta’ diviżjoni bi mħallef wieħed hija l-qorti tal-minorenni għal ċerti materji li jirrigwardaw it-tfal. Kawżi legalment kumplessi jinstemgħu minn diviżjoni bi tliet imħallfin.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Kawża l-qorti ġeneralment tibda fil-qorti distrettwali. Hemm erba’ tipi ta’ qrati distrettwali:

  • tad-Dritt ċivili (ċittadin kontra ċittadin)
  • tad-Dritt amministrattiv (ċittadin kontra awtorità pubblika)
  • tad-Dritt kriminali (vjolazzjonijiet u reati kriminali)
  • Settur sottodistrettwali

Il-qrati tal-appell

Kull min ma jaqbilx ma’ sentenza tal-qorti jista’ jappella. Il-kawżi kriminali u l-kawżi ċivili jitressqu quddiem waħda mill-erba’ qrati tal-appell. F’kawżi amministrattivi, l-appell, jiddependi mis-suġġett, jista’ jinstema’ minn:

  • il-qrati tal-appell (gerechtshoven)
  • il-qorti tal-aħħar istanza f’materji tas-sigurtà soċjali (Centrale Raad van Beroep)
  • il-qorti amministrattiva tal-aħħar istanza f’materji relatati mal-kummerċ u l-industrija (College van Beroep voor het Bedrijfsleven)
  • il-Kunsill tal-Istat (Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva) (Raad van State (afdeling bestuursrechtspraak))

Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-korp ġudizzjarju suprem fin-Netherlands fl-oqsma tad-dritt ċivili, tad-dritt kriminali u tad-dritt fiskali. Il-Qorti Suprema tista’ twarrab sentenzi b’mod partikolari tal-qrati tal-appell (dan huwa magħruf bħala kassazzjoni). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tippreserva l-unità legali u biex tmexxi l-iżvilupp tal-liġi Netherlandiża.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Fin-Netherlands, hemm qrati distrettwali (arrondissementsrechtbanken) tal-prim’istanza. Jista’ jiġi ppreżentat appell fil-qorti tal-appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. Barra minn hekk, il-“ġuriżdizzjoni relattiva” hija importanti fir-rigward tal-kwistjoni ta’ liema mill-għaxar qrati distrettwali jkollha l-ġuriżdizzjoni: pereżempju, il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam jew il-Qorti Distrettwali ta’ Leeuwarden - il-ġuriżdizzjoni ġeografika tal-qorti fejn tinstema’ l-kawża tiegħek.

Għall-kawżi internazzjonali, jiġifieri kawżi ta’ natura transfruntiera, ladarba jiġi stabbilit li l-qorti Netherlandiża jkollha l-ġuriżdizzjoni, il-ġuriżdizzjoni lokali tiġi determinata skont il-liġi Netherlandiża, sakemm ir-regola li tistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni internazzjonali ma tagħżilx ukoll il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni lokali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) jew (3) ta’ Brussell I (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali).

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ir-regola bażika fi proċeduri mibdija b’ċitazzjoni fil-prim’istanza hija li l-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 99 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering)). Jekk ma jkun magħruf l-ebda post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti tal-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod (fin-Netherlands) il-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni.

Il-qorti fi ħdan distrett ġudizzjarju fejn tkun trid tinstema’ kawża sottodistrettwali tista’ tiġi determinata abbażi tal-Anness tad-Digriet dwar il-Postijiet Sussidjarji ta’ Sessjoni (Qrati) (Besluit nevenvestigings- en nevenzittingsplaatsen) tal-10 ta' Diċembru 2001 (  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.overheid.nl/).

Ir-regoli għall-ġuriżdizzjoni lokali tal-qrati distrettwali japplikaw mutatis mutandis.

Ir-regola bażika fi proċeduri mibdija b’rikors fil-prim’istanza hija li l-qorti għall-post tar-residenza tar-rikorrent (jew ta’ wieħed mir-rikorrenti jew ta’ xi waħda mill-partijiet interessati msemmija fir-rikors) ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 262 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk ma jkun magħruf l-ebda post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod (fin-Netherlands) ir-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni. Jekk ir-rikors ikun kombinat ma’ proċeduri mibdija b’ċitazzjoni, il-qorti li tkun qiegħda teżamina din tal-aħħar ukoll ikollha ġuriżdizzjoni.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Ir-regoli stabbiliti fil-punti 2.2.2.1, 2.2.2.2 u 2.2.2.3 hawn taħt jirreferu primarjament għall-proċeduri mibdija b’ċitazzjoni.

Fi proċeduri mibdija b’rikors, fejn b’mod ġenerali l-qorti tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni, japplikaw regoli differenti għar-rikorsi għall-modifika tal-manteniment.

Rikors għall-modifika tal-manteniment tas-sieħeb irid isir mir-rikorrent lill-qorti tal-post tar-residenza tad-debitur ta’ manteniment. Debitur ta’ manteniment li jkun jixtieq jippreżenta rikors għall-modifika jrid jippreżenta r-rikors lill-qorti distrettwali għall-post tar-residenza tal-kreditur ta’ manteniment.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Fir-rigward tal-proċeduri mibdija b’ċitazzjoni, il-liġi proċedurali Netherlandiża tinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet li fihom qorti tiġi deżinjata bħala li għandha ġuriżdizzjoni flimkien mal-qorti kompetenti maħtura skont ir-regola bażika (il-qorti għall-post tar-residenza jew tas-soġġorn attwali tal-konvenut). Din hija ġuriżdizzjoni alternattiva. Ir-rikorrent għandu għażla bejn il-qorti tar-regola bażika u dik tar-regola alternattiva. L-alternattiva hija espressa hawn taħt bl-użu tal-kelma “wkoll”.

F’kawżi mibdija b’ċitazzjoni, ir-regoli li ġejjin huma rilevanti:

  • Kawżi dwar impjieg/aġenzija

F’kawżi dwar impjieg/aġenzija, il-qorti għall-post fejn ġeneralment jitwettaq ix-xogħol, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 100 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Kawżi tal-konsumatur

F’kawżi tal-konsumatur, il-qorti għall-post tar-residenza, jew, fin-nuqqas tagħha, il-qorti għall-post fejn il-konsumatur fil-fatt ikun qiegħed joqgħod, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 101 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Delitt jew kważi delitt

F’materji rigward delitt jew kważi delitt, il-qorti għall-post fejn ikun seħħ l-avveniment ta’ ħsara, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 102 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Proprjetà immobbli

F’materji relatati ma’ proprjetà immobbli, il-qorti li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà, jew il-biċċa l-kbira tagħha, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 103 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). F’materji relatati ma’ kiri ta’ djar jew bini ta’ postijiet kummerċjali, il-qorti sottodistrettwali li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà mikrija, jew il-biċċa l-kbira tagħha, ikollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva.

  • Wirt

F’materji relatati ma’ wirt, il-qorti għall-aħħar post ta’ residenza tal-mejjet, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 104 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Entitajiet ġuridiċi

F’materji relatati ma’ entitajiet ġuridiċi (pereżempju, materji relatati max-xoljiment ta’ entitajiet ġuridiċi, in-nullità jew il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ entitajiet ġuridiċi, id-drittijiet u l-obbligi tal-membri jew is-sħab), il-qorti għall-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tal-entità ġuridika jew il-kumpanija, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll.

  • Falliment, sospensjoni tal-pagament u skedar mill-ġdid tad-dejn

F’materji relatati mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rigward falliment, sospensjoni tal-pagament u skedar mill-ġdid tad-dejn ta’ persuni fiżiċi, il-qorti li minnha jifforma parti l-imħallef superviżorju, jew jekk ma jkun ġie maħtur l-ebda mħallef superviżorju, il-qorti li tkun iddikjarat is-sospensjoni tal-pagament, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 106 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-Att dwar il-Fallimenti (Faillissementswet) jinkludi regoli speċjali rigward il-ġuriżdizzjoni wkoll u dawn jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni bbażati fuq il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

  • Għażla tal-qorti

Fil-kuntratt bejniethom, il-partijiet xi drabi jagħżlu qorti differenti mill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont id-dispożizzjonijiet statutorji (l-Artikolu 108(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Hemm eċċezzjonijiet għal din il-libertà tal-għażla (l-Artikolu 108(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), fir-rigward ta’ materji tal-konsumatur, materji ta’ kiri u kuntratti ta’ impjieg. F’dawn il-każijiet, il-qorti teżamina jekk hemmx klawżola valida dwar l-għażla tal-qorti (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Residenza tar-rikorrent

Jekk, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel dwar il-ġuriżdizzjoni lokali, ma tkun tista’ tiġi deżinjata l-ebda qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fin-Netherlands, l-Artikolu 109 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprevedi li, f'każijiet eċċezzjonali, il-qorti tal-post tar-residenza tar-rikorrent jista’ jkollha l-ġuriżdizzjoni. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq jekk impjegat ikun jixtieq isejjaħ lill-impjegatur barrani quddiem il-qorti fin-Netherlands, filwaqt li x-xogħol ma jkunx limitat għal post speċifiku iżda jitwettaq madwar il-pajjiż kollu. Jekk ma tkunx tista’ tinstab qorti li jkollha ġuriżdizzjoni b’dan il-mod lanqas, il-kawża tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti Distrettwali tal-Aja.

Huwa rrimarkat ukoll dan li ġej fir-rigward tad-divorzju:

Il-ġuriżdizzjoni lokali tal-qorti tad-divorzju hija regolata fl-Artikolu 262 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-regola bażika hi: il-qorti għall-post tar-residenza tar-rikorrent (jew ta’ wieħed mir-rikorrenti jew ta’ waħda mill-partijiet interessati msemmija fir-rikors) ikollha l-ġuriżdizzjoni, u jekk din il-persuna ma jkollha l-ebda post ta’ residenza magħruf fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt tkun qiegħda toqgħod din il-persuna (fin-Netherlands).

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-liġi proċedurali Netherlandiża tinkludi ftit regoli speċjali rigward il-ġuriżdizzjoni lokali li jiddevjaw mir-regola bażika. Trid tiġi applikata r-regola speċjali. Fil-kawżi speċjali deskritti hawn taħt, trid tintgħażel qorti għajr dik tal-post tar-residenza tal-konvenut.

  • Minorenni

F’materji relatati ma’ minorenni, il-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod il-minorenni, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 265 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Din mhijiex alternattiva, iżda regola speċjali li tissostitwixxi r-regola bażika. Mhijiex il-qorti għall-post tar-residenza jew għall-post tas-soġġorn tar-rikorrent li jkollha l-ġuriżdizzjoni (ir-regola bażika għall-proċeduri mibdija b’rikors), iżda l-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qiegħed joqgħod il-minorenni. Jekk din ir-regola ma twassalx għal qorti speċifika, il-Qorti Distrettwali tal-Aja jkollha l-ġuriżdizzjoni.

  • Stat ċivili

F’materji relatati mas-supplimentazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-kanċellazzjoni jew modifika ta’ reġistri tal-istat ċivili jew ta’ ċertifikati li jridu jiġu rreġistrati jew li diġà jkunu rreġistrati fihom, il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha jkun ġie rreġistrat jew ikun irid jiġi rreġistrat iċ-ċertifikat, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 263 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). F’materji relatati ma’ ċertifikati li jridu jiġu rreġistrati jew li diġà jkunu rreġistrati fir-reġistri tal-istat ċivili tal-muniċipalità tal-Aja, skont l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek), il-Qorti Distrettwali tal-Aja jkollha l-ġuriżdizzjoni.

  • Kiri ta’ proprjetà immobbli mibnija

F’materji relatati mal-kiri ta’ proprjetà immobbli mibnija jew ta’ parti minnha, il-qorti li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà mikrija, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 264 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Kurazija ta’ persuna adulta, amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà, konsulenza

F’materji relatati ma’ kurazija ta’ persuna adulta, amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà f’isem persuni adulti u konsulenza, il-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt tkun qiegħda toqgħod il-persuna li l-kurazija jew il-proprjetà jew il-konsulenza tagħha tkun ikkonċernata, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 266 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

  • Persuni assenti jew neqsin; konferma tal-mewt (l-Artikolu 267 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

F’materji relatati ma’ wirt, il-qorti għall-aħħar post ta’ residenza tal-mejjet ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 268(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

F’materji relatati ma’ persuni assenti jew neqsin, il-qorti għall-post tar-residenza mħolli mill-persuni assenti jew nieqsa, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Fir-rigward ta’ konferma tal-mewt, il-Qorti Distrettwali tal-Aja għandha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 269 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-Artikolu 269 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għalhekk iservi bħala xibka ta’ sikurezza.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu jagħmlu l-għażla tal-qorti bil-miktub. L-għażla tal-qorti hija possibbli biss fir-rigward ta’ relazzjonijiet legali li jistgħu jiġu determinati liberament mill-partijiet. Għalhekk f’kawżi li jinvolvu l-ordni pubbliku, l-għażla tal-qorti mhijiex possibbli. Eżempji ta’ dawn jinkludu ċerti materji tal-liġi tal-familja u kawżi ta’ falliment u ta’ sospensjoni tal-pagament. F’kawżi ta’ qrati sottodistrettwali, l-għażla tal-qorti hija limitata. Pereżempju, mhix possibbli għażla tal-qorti għal talbiet sa EUR 25 000 (irrispettivament min-natura tat-talba).

Fil-prinċipju, il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni abbażi ta’ għażla tal-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva. Il-partijiet jistgħu jaqblu espressament li jipprekludu l-ġuriżdizzjoni esklużiva.

F’materji ta’ divorzju (divorzju, separazzjoni legali, xoljiment ta’ sħubija rreġistrata, xoljiment taż-żwieġ wara separazzjoni legali), tapplika r-regola speċjali prevista fl-Artikolu 270(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Skont dan l-artikolu, il-qorti mingħajr ġuriżdizzjoni lokali tirrinvija l-kawża b’mod ġenerali lill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni lokali. Skont l-Artikolu 270(2) tal-Proċedura tal-Kodiċi Ċivili, dan iseħħ f’kawżi ta’ divorzju biss jekk il-konvenut (il-konjuġi li jitressqu l-proċeduri kontrih) jikkontesta l-ġuriżdizzjoni tal-qorti. Hija possibbli l-għażla taċita tal-qorti jekk il-partijiet interessati msejħa jidhru kollha u ħadd minnhom ma jinvoka n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni, jew jekk il-konjuġi l-ieħor ma jidhirx.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Ma hemmx qrati speċjalizzati skont il-liġi proċedurali Netherlandiża.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Awstrija

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

F’kawżi ċivili, il-ġurisdizzjoni bħala regola tiġi eżerċitata fl-ewwel istanza mill-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichten) u l-Qrati Reġjonali (Landesgerichten). Barra Vjenna, il-Qrati Distrettwali u l-Qrati Reġjonali jiddeċiedu wkoll f’każijiet kummerċjali, il-qrati reġjonali jiddeċiedu wkoll f’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet ta’ xogħol u kwistjonijiet soċjali. Vjenna biss għandha Qorti Distrettwali indipendenti għall-kwistjonijiet kummerċjali (Bezirksgericht für Handelssachen), Qorti Kummerċjali indipendenti (Handelsgericht) u Qorti tax-Xogħol u Soċjali indipendenti (Arbeits- und Sozialgericht).

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qrati Distrettwali u Reġjonali u tal-Qrati li jaġixxu fi kwistjonijiet kummerċjali, tax-xogħol u soċjali, qed issir referenza għan-nota ta’ spjegazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Id-delimitazzjoni tal-kompetenzi hija, fil-prinċipju, ibbażata fuq in-natura tat-tilwima (responsabbiltà proprja), għall-materji kollha mhux attribwiti lill-Qrati Distrettwali jew lill-Qrati Reġjonali, fuq il-bażi tal-valur tal-kwistjoni (kompetenza skont il-valur tal-litiġju). Il-kompetenza skont l-oġġett dejjem tieħu preċedenza fuq il-kompetenza skont il-valur.

Il-qrati distrettwali huma responsabbli għall-maġġoranza tat-tilwim dwar il-liġi tal-familja jew dwar il-lokazzjoni, waqt li l-qrati reġjonali għal tilwim li jirrigwarda l-Att dwar ir-Responsabbiltà Nukleari, l-Att dwar ir-Responsabbiltà Ċivili, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-kompetizzjoni u t-tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur. Il-kompetenza tal-qrati distrettwali tiġi eżerċitata f’kawżi li fihom il-valur fit-tilwima jasal sa 15,000 EUR, u l-qrati reġjonali għandhom ġurisdizzjoni f’kawżi li fihom il-valur fit-tilwima huwa ’l fuq minn 15,000 EUR.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Kulħadd għandu ġurisdizzjoni ġenerali bbażata fuq ir-relazzjoni personali tiegħu bejnu u bejn qorti distrettwali. Fil-prinċipju, ir-rikorsi jridu jitressqu fil-qorti ordinarja ta’ ġurisdizzjoni tal-konvenut. Il-qorti ordinarja ta’ ġurisdizzjoni ta’ persuna fiżika normalment tkun stabbilita fid-domiċilju legali jew ir-residenza abitwali tagħha; persuna jista’ jkollha wkoll iktar minn qorti kompetenti waħda. Il-qorti kompetenti ta’ persuna ġuridika, fil-parti l-kbira, tiddependi fuq is-sede tagħha.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

F’xi każijiet, il-kawżi jistgħu jsiru mhux biss f’post ordinarju ta’ ġurisdizzjoni tal-konvenut iżda wkoll, alternattivament, f’qorti oħra tal-għażla tiegħu jew qrati elettorali oħra. Għall-proċedimenti ċivili biss, il-liġi Awstrijaka dwar il-ġurisdizzjoni tirrikonoxxi aktar minn għoxrin qorti elettorali differenti għal obbligazzjonijiet kuntrattwali u mhux kuntrattwali, f’sitwazzjonijiet differenti, u bosta talbiet taħt il-liġi dwar il-proprjetà legali u qrati elettorali oħra għall-finijiet ta’ tip proċedurali. Pereżempju, tista’ tkun il-qorti ta’ ġurisdizzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni, jew tal-post imsemmi fuq fattura, il-qorti tal-post fejn huwa allokat is-suġġett tat-tilwima, il-ġurisdizzjoni tal-post fejn sar id-dannu, jew il-qorti li fiha tkun saret il-kontrotalba; ir-regoli tal-qrati ta’ ġurisdizzjoni jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli meta mqabbla ma’ dawk li jaqgħu taħt il-liġi Ewropea jew il-liġi nazzjonali ta’ Stati Membri oħra.

Pereżempju, il-liġi Awstrijaka tipprevedi l-qrati ta’ ġurisdizzjoni li ġejjin għat-talbiet segwenti:

Għal talbiet kuntrattwali (ħlief għal talbiet marbuta ma’ kuntratti ta’ impjieg): Kawżi biex tiġi stabbilita l-eżistenza jew le ta’ kuntratt, kawżi li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni jew it-tħassir ta’ kuntratt, talbiet għall-kumpens tad-danni, għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni mhux xierqa ta’ kuntratt jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-post fejn, skont ftehim bejn il-partijiet, il-konvenut irid jesegwixxi l-kuntratt (il-Qorti tal-post tal-eżekuzzjoni). Il-ftehim irid ikollu evidenza dokumentata.

Għal talbiet ta’ manutenzjoni: ara d-dokument dwar it-“Talbiet għall-Manteniment - L-Awstrija”.

Għat-talbiet għad-danni: Tilwim relatat ma’ kumpens għad-dannu għal mewt jew korrimenti ta’ persuna waħda jew aktar, jew ċaħda tal-libertà falza, jew ħsara għal proprjetà tanġibbli, jista’ jitressaq ukoll quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun saret l-imġiba li kkawżat it-telf jew id-dannu (il-post fejn sar id-dannu). Barra minn hekk, talbiet għal kumpens għal reati kriminali jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali miġjuba kontra l-awtur tar-reat.

Għal kawżi jew talbiet għal divorzju: ara d-dokument intitolat “Id-Divorzju - l-Awstrija”.

Għal applikazzjonijiet għal trasferiment ta’ kustodja: ara “Ir-responsabbiltà tal-ġenituri — l-Awstrija”.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

F’xi każijiet, teżisti qorti ta’ ġurisdizzjoni partikolari li fiha trid tiġi ppreżentata kawża, li teskludi kemm il-qorti ordinarja ta’ ġurisdizzjoni, kif ukoll il-qorti elettorali. Tali qorti tissejjaħ “post esklużiv ta’ ġurisdizzjoni”, fejn tali ġurisdizzjoni esklużiva ma tkunx tista’ tiġi derogata lanqas bi ftehim bejn il-partijiet, u għalhekk tissejjaħ ġurisdizzjoni koerċittiva. Il-ġurisdizzjoni esklużiva teżisti prinċipalment, iżda mhux biss, fid-dritt matrimonjali jew tal-familja. Eżempji ta’ postijiet ta’ ġurisdizzjoni esklużiva huma l-qrati ta’ ġurisdizzjoni għat-tilwim bejn il-konjuġi jew bejn is-sħab reġistrati jew kwistjonijiet dwar wirt, u għal tilwim li jirriżulta minn bonds parzjali jew tilwim li jirriżulta mir-relazzjoni ta’ assoċjazzjoni; ir-regoli tal-qrati ta’ ġurisdizzjoni jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli meta mqabbla ma’ dawk li jaqgħu taħt il-liġi Ewropea jew il-liġi nazzjonali ta’ Stati Membri oħra.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Fin-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni koerċittiva (ara l-punt 2.2.2.2 iktar’ il fuq), il-partijiet jistgħu wkoll, bi ftehim komuni, jippreżentaw it-tilwima quddiem qorti waħda jew iktar tal-ewwel istanza, f’postijiet (qrati) speċifikati jew jeskludu qrati li b’mod ieħor kien ikollhom il-ġurisdizzjoni. Il-ftehim irid jirreferi jew għal tilwim legali speċifiku jew għal tilwim li jirriżulta minn tilwim legali jew relazzjoni legali partikolari. Ma hemm l-ebda rekwiżit formali għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ġurisdizzjoni, iżda jrid ikun possibbli li l-ftehim jiġi pruvat b’evidenza dokumentata f’każ li jiġi kkontestat matul il-proċedimenti.

Il-partijiet jistgħu għalhekk jimmodifikaw il-kompetenza legali (abbażi tas-suġġett jew il-lokalità). Tali ftehim ta’ responsabbiltà huwa permess qabel jibdew il-proċedimenti, jew fil-bidu tal-proċedimenti. Meta qorti tal-ewwel istanza jkollha ġurisdizzjoni abbażi tal-valur tat-tilwima, jista’ jsir trasferiment tal-ġurisdizzjoni tas-suġġett mill-Qorti tal-Ewwel Istanza għall-Qorti Distrettwali, kif ukoll bejn il-ġurisdizzjoni ordinarja u l-qrati kummerċjali.

Huwa possibbli li l-ġurisdizzjoni lokali tinbidel jekk ma tkunx espliċitament eskluża; jekk bidla ta’ kompetenza tiġi ddikjarata inammissibbli, irid ikun hemm soluzzjoni legali obbligatorja. Pereżempju, il-ġurisdizzjoni territorjali mhijiex permessa, jew permessa biss sa ċertu punt, fejn il-ġurisdizzjoni hi determinata skont it-Taqsima 14 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (KSchG), it-Taqsima 83a jew 83b tar-Regoli dwar il-Ġurisdizzjoni (JN), it-Taqsima 532 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ZPO), it-Taqsima 9 tal-Att dwar ix-Xogħol u l-Qrati Soċjali (ASGG), it-Taqsima 51 tar-Regolamenti dwar il-Kumpens tal-Introjtu (EO) jew it-Taqsima 253 tal-Kodiċi dwar il-Falliment (IO).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Vjenna biss għandha qrati speċjali għal kwistjonijiet kummerċjali jiġifieri l-Qorti Distrettwali għal Kwistjonijiet Kummerċjali, (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna) u qorti ċivili speċjalizzata għal kawżi li jinvolvu l-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (il-Qorti Soċjali u tax-Xogħol ta’ Vienna). Fl-oqsma l-oħrajn kollha, il-kwistjonijiet kummerċjali, tal-impjiegi u dawk li jinvolvu s-sigurtà soċjali jiġu ttrattati fil-qrati ġenerali. Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni territorjali fi kwistjonijiet kummerċjali u kwistjonijiet li jinvolvu l-liġi marbuta max-xogħol u s-sigurtà soċjali huma ġeneralment segwiti mill-proċedura ċivili ġenerali.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Polonja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fil-Polonja, il-kawżi ċivili jiġu ttrattati mill-qrati ordinarji (sądy powszechne) u mill-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) (ara: Is-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri - Il-Polonja), sakemm ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ qrati speċjalizzati.

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati huma stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (KPĊ, Kodeks Postępowania Cywilnego), fl-Artikoli 16-18 u fl-Artikoli 27-46.

Fil-qrati distrettwali (sądy rejonowe), il-kawżi tad-dritt ċivili jiġu eżaminati mid-diviżjonijiet li ġejjin:

  • Ċivili;
  • Familja u Minorenni (qrati tal-familja, sądy rodzinne) – għal kawżi relatati mal-familja u mat-tutela; kawżi li jikkonċernaw il-korruzzjoni morali ta’ minorenni u atti punibbli mwettqin minnhom; kawżi li jikkonċernaw it-trattament ta’ persuni b’dipendenza fuq l-alkoħol, fuq id-droga jew fuq sustanzi psikotropiċi; kif ukoll kawżi li, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra, jaqgħu fi ħdan il-kompetenza ta’ qorti tat-tutela;
  • Xogħol u Sigurtà Soċjali (tribunali industrijali, sądy pracy) – għal kawżi dwar il-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali;
  • Kummerċjali (qrati kummerċjali, sądy gospodarcze) għal kawżi dwar id-dritt kummerċjali u d-dritt ċivili bejn entitajiet tan-negozju, li jikkonċernaw l-attivitajiet tan-negozju tagħhom; kawżi li jikkonċernaw relazzjonijiet bejn kumpaniji jew ta’ sħubija; kawżi kontra membri ta’ bords maniġerjali ta’ kumpaniji, kawżi li jikkonċernaw talbiet li jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet foloz sottomessi minn membri tal-bords maniġerjali lir-Reġistru tal-Qrati Nazzjonali; kawżi kontra entitajiet tan-negozju, li jitolbu ordni li tesiġi li jwaqqfu ħsara lill-ambjent jew jikkumpensaw għall-ħsara li tirriżulta minnhom, u jipprojbixxu jew jirrestrinġu attivitajiet li jirrappreżentaw theddida għall-ambjent; kawżi li jikkonċernaw kuntratti għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u kuntratti marbutin mill-qrib mal-proċess ta’ kostruzzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni; kawżi li jikkonċernaw kuntratti ta’ lokazzjoni; kawżi kontra persuni responsabbli, kemm jekk bħala alternattiva jew in solidum, għad-dejn tal-entità tan-negozju skont l-operat tal-liġi jew att legali; kawżi bejn korpi ta’ intrapriżi tal-Istat; kawżi bejn intrapriża tal-Istat jew il-korpi regolatorji tagħha u l-korp kostitwenti jew superviżorju tagħha; kawżi dwar falliment u ristrutturar; kawżi għall-inkorporazzjoni ta’ klawżola ta’ eżegwibilità f’titolu eżegwibbli li jkun finali jew deċiżjoni tal-qorti kummerċjali immedjatament eżegwibbli jew ftehim konkluż quddiem dik il-qorti; kawżi għar-revoka ta’ klawżola ta’ eżegwibilità minn titolu eżegwibbli li jkun finali jew deċiżjoni tal-qorti kummerċjali immedjatament eżegwibbli jew ftehim konkluż quddiem dik il-qorti; u kawżi dwar falliment;
  • Reġistru tal-Artijiet – sabiex iżomm ir-reġistri tal-artijiet u jittratta materji ċivili oħrajn relatati mal-proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet.

Il-qrati reġjonali (sądy okręgowe) fil-Polonja għandhom diviżjonijiet korrispondenti, ħlief għad-diviżjonijiet tar-reġistru tal-artijiet u d-diviżjonijiet tal-familja u tal-minorenni. Il-qrati reġjonali fil-Polonja għandhom diviżjonijiet ċivili tal-familja kompetenti sabiex jisimgħu, b’mod partikolari, kawżi għad-divorzju, għas-separazzjoni legali u għat-terminazzjoni tas-separazzjoni legali, għall-annullament taż-żwieġ, għall-istabbiliment tal-eżistenza jew tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ, jew sabiex jiddikjaraw l-eżegwibilità tas-sentenzi ta’ qrati barranin f’kawżi tal-familja.

Il-Qorti Reġjonali f’Varsavja għandha d-diviżjoni addizzjonali li ġejja:

il-Qorti tal-Kompetizzjoni u tal-Protezzjoni tal-Konsumatur (Sąd Ochrony Konkurencji i Konsumentów), li l-firxa tal-operat tagħha tinkludi s-smigħ ta’ kawżi li jirrigwardaw il-prevenzjoni ta’ prattiki monopolistiċi u kawżi regolatorji dwar l-enerġija.

Barra minn hekk, il-qrati reġjonali fi: Gdańsk, Katowice, Lublin, Poznań u Varsavja għandhom diviżjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali, li jisimgħu kawżi li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali (inklużi, fil-Qorti Reġjonali f’Varsavja, kawżi li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ trademarks tal-UE u disinji Komunitarji, kawżi li jikkonċernaw ksur, theddid, nuqqas ta’ ksur ta’ disinji u ta’ trademarks industrijali, kawżi li jikkonċernaw l-invalidità ta’ disinji Komunitarji, kawżi li jikkonċernaw l-iskadenza u l-invalidazzjoni ta’ trademarks, u kawżi li jikkonċernaw l-effetti ta’ ksur ta’ trademarks.

Barra minn hekk, fl-1 ta’ Jannar 2010, il-Qorti Distrettwali f’Lublin (bħalissa: il-Qorti Distrettwali ta’ Lublin-Zachód [tal-Punent ta’ Lublin]) ġiet assenjata bħala l-qorti kompetenti sabiex tisma’ kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati distrettwali oħrajn fi proċedura elettronika b’talba għall-ħlas.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Bħala regola ġenerali, il-qrati distrettwali għandhom il-ġuriżdizzjoni f’kawżi ċivili fil-prim’istanza. Il-qrati distrettwali (sądy rejonowe) għandhom ġuriżdizzjoni fil-kawżi kollha ħlief għall-kawżi riżervati mil-liġi (l-Artikoli 16 u 507 tal-KPĊ) għall-qrati reġjonali.

Il-qrati reġjonali (sądy okręgowe) għandhom ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza fuq il-kawżi elenkati fl-Artikolu 17 tal-KPĊ, jiġifieri:

  1. għal drittijiet mhux ta’ proprjetà u għal talbiet ta’ proprjetà mitlubin flimkien ma’ dawk id-drittijiet, ħlief għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakawżi sabiex tiġi stabbilita jew ikkontestata l-filjazzjoni ta’ minorenni, kawżi għall-annullament ta’ rikonoxximent tal-paternità u għax-xoljiment tal-adozzjoni;
  2. għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprotezzjoni tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, kif ukoll kawżi dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainvenzjonijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamudelli ta’ utilità, disinji industrijali, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi u topografiji ta’ ċirkwiti integrati u kawżi għall-protezzjoni ta’ drittijiet oħrajn ta’ proprjetà intanġibbli;
  3. għal talbiet skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi tal-Istampa;
  4. għad-drittijiet ta’ proprjetà meta l-valur tas-suġġett tat-tilwima jaqbeż il-100 000 zloty, ħlief għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakawżi dwar manteniment, kawżi għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaksur ta’ pussess, kawżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħall-istabbiliment tas-separazzjoni tal-proprjetà ta’ konjuġi, u kawżi eżaminati fi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura elettronika b’talba għall-ħlas;
  5. għall-ħruġ ta’ sentenza minflok riżoluzzjoni sabiex issir diviżjoni ta’ kooperattiva;
  6. għat-tħassir, għall-annullament jew għall-istabbiliment tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza ta’ entitajiet ġuridiċi jew ta’ unitajiet organizzazzjonali li ma humiex persuni ġuridiċi iżda li ngħataw personalità ġuridika bil-liġi;
  7. għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;
  8. għall-kumpens minħabba ħsara kkawżata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-ħruġ ta’ sentenza finali illegali;
  9. għal talbiet li jirriżultaw minn ksur tad-drittijiet mogħtijin permezz ta’ regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

Barra minn hekk, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali tkopri pereżempju:

  1. kawżi relatati ma’ inkapaċità;
  2. kawżi għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar l-operat ta’ intrapriżi tal-Istat: bejn il-bord tal-intrapriża u d-direttur tal-intrapriża, il-korpi regolatorji tal-intrapriża u l-korpi fundaturi tagħha, u bejn il-korpi regolatorji tagħha u l-korp li jeżerċita superviżjoni fuq l-intrapriża;
  3. għar-rikonoxximent tas-sentenzi ta’ qrati barranin u għad-dikjarazzjoni tagħhom bħala eżegwibbli (l-Artikolu 11481 u l-Artikolu 11511 tal-KPĊ).

F’kawżi dwar id-drittijiet ta’ proprjetà, ir-rikorrent huwa obbligat jispeċifika l-valur tas-suġġett tat-tilwima fid-dikjarazzjoni tat-talba, sakemm is-suġġett tat-tilwima ma jkunx ammont ta’ flus speċifikat.

F’kawżi li jirrigwardaw talbiet monetarji, anki jekk jitqajmu bħala alternattiva għal talba oħra, l-ammont ta’ flus speċifikat jikkostitwixxi l-valur tas-suġġett tat-tilwima.

F’kawżi ta’ proprjetà oħrajn, ir-rikorrent ikun obbligat jispeċifika l-valur tas-suġġett tat-tilwima billi jindika l-ammont ta’ flus fid-dikjarazzjoni tat-talba, f’konformità mal-Artikoli 20-24 tal-KPĊ.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Ara l-paragrafu 2.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Polonja jiddistingwi bejn it-tipi li ġejjin ta’ ġuriżdizzjoni tal-qrati: ġenerali (l-Artikoli 27-30), alternattiva (l-Artikoli 31-37) u esklużiva (l-Artikoli 38-42). Materji addizzjonali relatati mal-ġuriżdizzjoni ratione loci huma rregolati b’dispożizzjonijiet speċjali (l-Artikoli 43-46 tal-KPĊ).

Il-ġuriżdizzjoni ratione loci ġiet deskritta fid-dettall fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.3.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali

L-azzjonijiet iridu jitressqu quddiem il-qorti tal-prim’istanza li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione loci fuq id-domiċilju tal-intimat (l-Artikolu 27 tal-KPĊ).

F’konformità mal-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili, id-domiċilju ta’ persuna fiżika huwa r-raħal/belt fejn toqgħod din il-persuna bl-intenzjoni li toqgħod hemm fuq bażi permanenti. Jekk l-intimat ma jkunx residenti fil-Polonja, il-ġuriżdizzjoni ġenerali tiġi ddeterminata skont il-post tas-soġġorn tiegħu, jew meta dak il-post ma jkunx magħruf jew ikun barra mill-Polonja, l-azzjonijiet iridu jiġu ppreżentati skont l-aħħar domiċilju tal-intimat fil-Polonja.

L-azzjonijiet kontra t-Teżor tal-Istat iridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-unità organizzazzjonali li lilha tkun tikkonċerna t-tilwima. Meta t-Teżor tal-Istat ikun rappreżentat mill-Avukat tal-Istat tar-Repubblika tal-Polonja (Prokuratoria Generalna Rzeczypospolitej Polskiej), l-azzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tal-fergħa tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali responsabbli għall-unità organizzazzjonali li t-talba tkun tikkonċerna lilha.

L-azzjonijiet kontra persuni ġuridiċi oħrajn u entitajiet oħrajn li ma jkunux persuni fiżiċi għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tagħhom (l-Artikolu 30 tal-KPĊ).

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Ara l-paragrafu 2.2.2.1.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-ġuriżdizzjoni ratione loci alternattiva tippermetti lir-rikorrent li jagħżel il-qorti f’ċertu kawżi. Imbagħad, ir-rikorrent ikun jista’ jippreżenta azzjoni quddiem il-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali jew quddiem qorti oħra speċifikata fl-Artikoli 32 sa 371 tal-KPĊ.

Il-ġuriżdizzjoni ratione loci alternattiva hija prevista fil-kawżi li ġejjin:

  • għat-talbiet għal manteniment u sabiex tiġi stabbilita l-filjazzjoni ta’ minorenni u talbiet relatati – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-parti intitolata;
  • għal talba ta’ proprjetà kontra entità tan-negozju – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-kwartieri ġenerali jew il-fergħa ta’ dik l-entità, jekk it-talba tkun marbuta mal-attivitajiet tal-kwartieri ġenerali jew tal-fergħa;
  • l-azzjonijiet għall-konklużjoni ta’ ftehim, għall-istabbiliment tal-kontenut tiegħu, għall-emendar ta’ ftehim għalll-istabbiliment tal-eżistenza ta’ ftehim, għall-eżekuzzjoni, għat-terminazzjoni jew għall-annullament ta’ ftehim, kif ukoll għat-talba għad-danni minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni kif suppost ta’ ftehim jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim; il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim jitqies li jkun il-post tal-eżekuzzjoni tipiku ta’ tip partikolari ta’ ftehim, b’mod partikolari fil-każ ta’ dawn: (1) il-bejgħ ta’ beni mobbli – il-post fejn, skont il-ftehim, il-beni ġew ikkonsenjati jew misshom ġew ikkonsenjati; (2) il-forniment ta’ servizzi – il-post fejn, skont il-ftehim, is-servizzi ġew ipprovduti jew misshom ġew ipprovduti; jekk ikun hemm xi dubju, il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim għandu jkun ikkonfermat b’dokument;
  • għal talba għad-danni – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni ratione loci tagħha jkun seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu;
  • azzjoni għall-protezzjoni ta’ drittijiet personali miksurin mill-media tal-massa tista’ tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew tal-uffiċċju reġistrat tar-rikorrent;
  • għall-pagament ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ir-rappreżentant legali jkun ittratta l-kawża;
  • għal talba taħt lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli (najem jew dzierżawa) – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun tinstab il-proprjetà immobbli;
  • kontra parti obbligata b’ċedola jew b’ċekk – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-pagament. Jistgħu jittieħdu passi legali kontra diversi partijiet obbligati b’ċedola jew b’ċekk f’daqqa quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-pagament jew quddiem il-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali għall-aċċettant jew għall-emittent taċ-ċedola jew taċ-ċekk;
  • Azzjoni għal talba li tirriżulta minn tranżazzjoni bankarja kontra bank, entità organizzazzjonali oħra awtorizzata twettaq attivitajiet bankarji jew is-suċċessuri legali tagħhom tista’ tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju reġistrat tar-rikorrent. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal azzjonijiet kontra bank li jipprovdi ipoteka jew is-suċċessur legali tiegħu għal talba li tirriżulta mill-attivitajiet tal-bank relatati mal-forniment ta’ ipoteki;
  • fir-rigward tal-liġi tax-xogħol – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni ratione loci tagħha jkun qiegħed jitwettaq, twettaq jew kellu jitwettaq ix-xogħol, jew quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni ratione loci tagħha jkun jinsab l-istabbiliment tal-impjieg (l-Artikolu 461(1) tal-KPĊ).
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti tfisser li l-kawża tista’ tinstema’ biss mill-qorti speċifikata fil-Kodiċi. Il-ġuriżdizzjoni esklużiva hija prevista fil-każijiet li ġejjin:

  • f’kawżi li jikkonċernaw is-sjieda jew drittijiet oħrajn in rem fuq proprjetà immobbli, kif ukoll dawk li jikkonċernaw il-pussess ta’ proprjetà immobbli; u talbiet skont l-Artikoli 231, 224-228 u 230 tal-Kodiċi Ċivili, sa fejn ikunu relatati mal-proprjetà immobbli: l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà immobbli; jekk is-suġġett tat-tilwima jkun servitù tal-art, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata skont il-post fejn tinsab il-proprjetà gravata; din il-ġuriżdizzjoni tinkludi talbiet personali relatati ma’ drittijiet in rem u ma’ drittijiet mitlubin b’mod konġunt ma’ dawk it-talbiet kontra l-istess intimat; Jekk il-partijiet jitolbu dan b’mod unanimu, il-qorti kompetenti tista’ tirrinvija l-kawża lil qorti ekwivalenti oħra, meta dan ikun ġustifikat minħabba raġunijiet ta’ rapidità;
  • fir-rigward tas-suċċessjoni, sehem riżervat, kif ukoll legati, mandati jew dispożizzjonijiet testamentarji oħrajn – l-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post tar-residenza abitwali tat-testatur, u jekk id-domiċilju tat-testatur fil-Polonja ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-wirt jew parti minnu;
  • fir-rigward tal-appartenenza f’kooperattiva, fi sħubija, f’kumpanija jew f’assoċjazzjoni – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat;
  • fir-rigward ta’ relazzjoni taż-żwieġ – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li l-konjuġi kienu residenti l-aħħar fil-ġuriżdizzjoni ratione loci tagħha anki jekk wieħed minnhom ikun għadu domiċiljat jew residenti abitwali fi ħdan dik il-ġuriżdizzjoni. Fin-nuqqas ta’ bażi bħal din, il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-intimat u, fin-nuqqas ukoll ta’ dik il-bażi – il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-attur;
  • fir-rigward ta’ relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied u bejn l-adottant u l-adottat – l-azzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tar-rikorrent, bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm raġunijiet sabiex tiġi ppreżentata azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni ġenerali.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Ġuriżdizzjoni speċjali tfisser li l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tista’ tiġi ddefinita b’modi differenti f’kawżi speċifikati f’leġiżlazzjoni speċjali:

  • id-dritt tal-għażla tal-qorti ngħata lir-rikorrent;
  • jekk tkun ġustifikata l-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati jew jekk l-azzjoni tiġi ppreżentata kontra diversi partijiet li għalihom ikunu kompetenti diversi qrati skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ġenerali. L-istess japplika jekk il-proprjetà immobbli li l-post tagħha jkun il-bażi sabiex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tkun f’żoni ta’ ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati;
  • id-dritt tal-għażla tal-qorti ngħata liż-żewġ partijiet fuq il-bażi ta’ ftehim jew ta’ talba unanima;
  • il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub li jippreżentaw tilwima diġà eżistenti, jew kwalunkwe tilwima li tista’ tinqala’ fil-ġejjieni minn relazzjoni legali speċifikata, quddiem qorti tal-prim’istanza li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni ratione loci skont il-liġi. Imbagħad, dik il-qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor jew sakemm ir-rikorrent ma jkunx ippreżenta dikjarazzjoni ta’ talba fi proċedura elettronika permezz ta’ talba għall-ħlas (elektroniczne postępowanie upominawcze, EPU). Il-partijiet jistgħu jillimitaw ukoll, permezz ta’ ftehim bil-miktub, id-dritt tar-rikorrent li jagħżel minn fost diversi qrati kompetenti għal tilwimiet bħal dawn;
  • madankollu, il-partijiet ma jistgħux ibiddlu l-ġuriżdizzjoni esklużiva;
  • il-ftehimiet dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jridu jkunu bil-miktub, u jistgħu jagħmlu parti minn ftehim dwar il-liġi sostantiva (klawżola ta’ ġuriżdizzjoni) jew jikkostitwixxu ftehim separat;
  • f’kawżi dwar il-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-qorti kompetenti tista’, fuq talba unanima tal-partijiet, tirrinvija l-kawża għas-smigħ lil qorti oħra ekwivalenti li tittratta materji tal-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali, meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ ħeffa;
  • il-qorti kompetenti tiġi assenjata mill-qorti superjuri jew mill-Qorti Suprema;
  • jekk il-qorti kompetenti ma tkunx tista’ tisma’ l-kawża jew twettaq azzjoni oħra minħabba ostaklu, il-qorti superjuri tassenja qorti oħra. Ir-raġuni għal tali assenjazzjoni tista’ tkun biss ostaklu li jimpedixxi l-kawża milli tinstema’, eż. l-esklużjoni ta’ mħallef jew forza maġġuri;
  • il-Qorti Suprema tista’ tirrinvija l-kawża lil qorti oħra ekwivalenti għall-qorti rikjedenti jekk l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk, b’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-qorti titqies bħala korp imparzjali fil-perċezzjoni tal-pubbliku. Ir-rinviju tal-kawża jista’ jintalab mill-qorti kompetenti.
  • jekk it-Teżor tal-Istat ikun parti għall-proċedimenti, u l-unità organizzazzjonali tal-Istat li l-attivitajiet tagħha jwasslu għat-talba tkun il-qorti: (1) kompetenti sabiex tisma’ l-kawża, allura dik il-qorti trid, ex officio, tissottometti l-atti tal-kawża lill-qorti superjuri, li trid tirrinvija l-kawża lil qorti oħra ekwivalenti għal dik il-qorti tar-rinviju; (2) superjuri għall-qorti kompetenti sabiex tisma’ l-kawża, allura l-qorti kompetenti sabiex tisma’ l-kawża trid, ex officio, tissottometti l-atti tal-kawża lill-qorti superjuri, li trid tirrinvija l-kawża lil qorti oħra ekwivalenti għall-qorti tar-rinviju li tinsab barra mill-ġuriżdizzjoni tal-qorti tar-rinviju;
  • Il-Qorti Suprema hija obbligata taħtar il-qorti li quddiemha għandha titressaq l-azzjoni jekk il-ġuriżdizzjoni ratione loci ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata f’konformità mal-Kodiċi fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi tal-kawża (l-Artikolu 45 tal-KPĊ).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati amministrattivi (sądy administracyjne) u l-qrati militari (sądy wojskowe).

L-operat tal-qrati militari huwa rregolat mill-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Militari (Prawo o ustroju sądów wojskowych) tal-21 ta’ Awwissu 1997. Ġeneralment, dawn il-qrati jeżaminaw kawżi kriminali fil-Forzi Armati Pollakki. Kawżi oħrajn jistgħu jiġu rrinvjati għall-ġuriżdizzjoni tagħhom esklużivament permezz ta’ Att.

L-operat tal-qrati amministrattivi huwa rregolat mill-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Amministrattivi (Prawo o ustroju sądów administracyjnych) tal-25 ta’ Lulju 2002. Il-qrati amministrattivi jamministraw il-ġustizzja billi jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll billi jsolvu tilwim dwar il-kompetenza u tilwim dwar il-ġuriżdizzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gvern lokali u l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni tal-gvern. Ma jistax jiġi eskluż li, f’każijiet eċċezzjonali, qorti amministrattiva, bħala parti mid-dmirijiet superviżorji tagħha fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, tista’ tiddeċiedi f’kawża ċivili.

L-aħħar aġġornament: 27/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Portugall

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Ir-regola ġenerali skont il-liġi Portugiża hija li l-qrati distrettwali (tribunais de comarca) huma kompetenti sabiex iħejju u jisimgħu kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħrajn. Il-qrati distrettwali għandhom kompetenza kemm ġenerali kif ukoll speċjalizzata (l-Artikolu 80 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013

Il-ġuriżdizzjoni hija maqsuma bejn il-qrati skont is-suġġett, il-valur, il-grad u t-territorju. (L-Artikoli 37, 40, 41, 42 u 43 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Din il-kwistjoni hija rregolata bil-leġiżlazzjoni li ġejja:

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Kif imsemmi aktar ’il fuq, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali hija definita b’mod awtomatiku, jiġifieri, huma kompetenti sabiex iħejju u jisimgħu kawżi dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra. Il-qrati distrettwali huma maqsumin f’awli (juízos) ta’ kompetenza speċjalizzata u ġenerali, kif ukoll f’awli lokali (l-Artikolu 81 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex issir taf jekk għandekx tmur l-awla ċivili lokali ta’ kompetenza ġenerali, jew f’awla speċjalizzata ċentrali, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 3 aktar ’il quddiem.

Pereżempju, għandek tmur l-awla ċivili ċentrali għal azzjonijiet dikjaratorji skont il-proċedura komuni b’valur li jaqbeż il-EUR 50 000 (l-Artikolu 117 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Iva. Hemm distinzjoni bejn qrati superjuri u inferjuri għall-fini ta’ appelli kontra sentenzi tal-qrati. Bħala regola ġenerali, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça) tisma’ appelli b’valur li jaqbeż il-limitu tal-qrati tal-appell (tribunais da Relação) u l-qrati tal-appell jisimgħu kawżi b’valur li jaqbeż il-limitu tal-qrati tal-Prim’Istanza (tribunais judiciais de primeira instância) (l-Artikolu 42 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-limiti huma stabbiliti fl-Artikolu 44 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex jiġi ddeterminat liema qorti hija kompetenti, huwa neċessarju li jiġu applikati r-regoli dwar il-kompetenza bbażati fuq is-suġġett, fuq il-valur, fuq il-grad u fuq it-territorju stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali hija rregolata bl-Artikolu 43 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex issir taf jekk hijiex kompetenti l-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B, jeħtieġlek tikkonsulta l-Annessi I, II u III tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Persuni fiżiċi

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 80 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-persuni ġuridiċi u l-kumpaniji

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 81 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Diversi intimati u rikorsi kumulattivi

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 82 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Kawżi li fihom waħda mill-partijiet tkun imħallef, il-konjuġi ta’ mħallef jew qarib partikolari ta’ mħallef

Tapplika r-regola stabbilita fl-Artikolu 84 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili .

Is-smigħ tal-appelli

Ir-regola dwar il-kompetenza għas-smigħ tal-appelli hija stabbilita fl-Artikolu 83 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Din li ġejja hija tweġiba konġunta għal dawn it-tliet mistoqsijiet.

L-eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali msemmijin hawn fuq huma stabbiliti fl-Artikoli 70 sa 79 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-eżekuzzjoni huma stabbiliti fl-Artikoli 85 sa 90 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Liġi tax-xogħol

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 13 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol.

Insolvenza

Tapplika r-regola stabbilita fl-Artikolu 7 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Insolvenza u ta’ Rkupru Korporattiv.

Inventarju

Għall-kompetenza fi proċedimenti bl-inventarju, ara l-iskeda informattiva dwar is-suċċessjoni.

Il-manteniment għall-adulti u l-minorenni u r-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri

Għal aktar informazzjoni dwar kompetenza f’kawżi dikjaratorji marbuta ma’ pagamenti ta’ manteniment għall-adulti u l-minorenni, fl-eżekuzzjoni tagħhom u f’kawżi dwar ir-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, ara l-iskeda informattiva dwar il-manteniment.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Iva. Il-kompetenza miftiehma hija stabbilita fl-Artikolu 95 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-ġuriżdizzjoni ta’ kull qorti tiddependi fuq is-suġġett, kif stabbilit hawn taħt:

Awli ċivili ċentrali (Juízos centrais cíveis)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli ċivili ċentrali hija stabbilita fl-Artikolu 117 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tal-familja u tal-minorenni (Juízos centrais de família e menores)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tal-familja u tal-minorenni hija stabbilita fl-Artikoli 122 sa 124 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tax-xogħol (Juízos centrais do trabalho)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tax-xogħol hija stabbilita fl-Artikolu 126 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli kummerċjali ċentrali (Juízos centrais de comércio)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli kummerċjali hija stabbilita fl-Artikolu 128 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tal-eżekuzzjoni (Juízos centrais de execução)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tal-eżekuzzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 129 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

QRATI B’KOMPETENZA USA’

Il-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali (Tribunal da propriedade intellectual);

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali hija stabbilita fl-Artikolu 111 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-Qorti għall-Kompetizzjoni, għar-Regolamentazzjoni u għas-Superviżjoni (Tribunal da concorrência, regulação e supervisão)

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti għall-Kompetizzjoni, għar-Regolamentazzjoni u għas-Superviżjoni hija stabbilita fl-Artikolu 112 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

il-Qorti Marittima (Tribunal marítimo)

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Marittima hija stabbilita fl-Artikolu 113 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

QRATI SUPERJURI

Il-Qrati tal-Appell

Id-definizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Qrati tal-Appell huma stabbiliti fl-Artikolu 67 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

L-organizzazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja hija stabbilita fl-Artikolu 47 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-leġiżlazzjoni applikabbli:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013 (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Ġudizzjarja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Digriet Amministrattiv Nru 49/2014 tas-27 ta’ Marzu 2014 (Ir-Regoli applikabbli għall-Organizzazzjoni u għall-Funzjonament tal-Qrati)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta’ Insolvenza u Rkupru Korporattiv

Avviż

Il-Punt ta’ Kuntatt, il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħra ma humiex marbuta bl-informazzjoni f’din l-iskeda informattiva. Għalhekk iridu jiġu kkonsultati t-testi legali fis-seħħ u l-emendi sussegwenti tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Rumanija

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fir-Rumanija, minbarra l-qrati ordinarji, hemm sezzjonijiet jew bordijiet speċjalizzati għas-soluzzjoni ta’ tilwim fir-rigward ta’ ċerti materji.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja, il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție) għandha erba’ sezzjonijiet – is-Sezzjoni Ċivili I, is-Sezzjoni Ċivili II, is-Sezzjoni Kriminali, is-Sezzjoni Amministrattiva u għat-Tilwim dwar it-Taxxa – il-Bord ta’ Disa’ Mħallfin u s-Sezzjonijiet Konġunti, kull waħda minnhom għandha l-ġuriżdizzjoni proprja tagħha. Il-qrati tal-appell, it-tribunali jew, kif ikun xieraq, il-qrati distrettwali għandhom sezzjonijiet jew bordijiet speċjalizzati għal kawżi ċivili, kawżi kriminali, kawżi li jinvolvu minuri u kwistjonijiet tal-familja, kawżi li jinvolvu tilwim amministrattiv u dwar it-taxxa, kawżi relatati ma’ tilwim industrijali u s-sigurtà soċjali, il-kumpaniji, ir-Reġistru tal-Kummerċ, l-insolvenza, il-kompetizzjoni inġusta, kawżi marittimi u tax-xmajjar. Jistgħu jiġu stabbiliti tribunali speċjalizzati sabiex jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet ta’ hawn fuq, kif ikun xieraq.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċedura ordinarja għall-kawżi ċivili. Id-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw ukoll għal kwistjonijiet oħra, sakemm il-liġijiet li jirregolawhom ma jipprovdux mod ieħor.

L-Artikoli 94 sa 97 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jirregolaw il-ġuriżdizzjoni ratione materiae għall-qrati ċivili.

Bħala qrati tal-prim’istanza, il-qrati distrettwali jisimgħu l-kawżi li ġejjin li jinvolvu rikorsi li (ma jistgħux) jitkejlu f’termini ta’ flus:

  • rikorsi li, skont il-Kodiċi Ċivili, jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-kustodja u l-familja;
  • rikorsi relatati mar-reġistrazzjoni fir-rekords tal-istat ċivili;
  • rikorsi relatati mal-amministrazzjoni ta’ bini b’ħafna sulari/appartamenti/spazji bi sjieda esklużiva minn persuna differenti u r-relazzjonijiet legali stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;
  • rikorsi għall-evizzjoni;
  • rikorsi relatati ma’ ħitan u fosos kondiviżi, id-distanza bejn il-bini u l-pjantaġġuni, il-jeddijiet ta' mogħdija, is-servitujiet, limitazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw id-drittijiet tas-sjieda;
  • rikorsi relatati ma’ bidliet fil-konfini u mal-immarkar tal-konfini;
  • rikorsi għall-protezzjoni tal-pussessi;
  • rikorsi relatati ma’ obbligi biex jitwettqu jew ma jitwettqux azzjonijiet li ma jistgħux jitkejlu f’termini ta’ flus;
  • rikorsi għal diviżjoni ġudizzjarja, irrispettivament mill-valur involut;
  • rikorsi għal dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-mewt ta’ persuna;
  • rikorsi relatati ma’ wirt, irrispettivament mill-valur involut;
  • rikorsi relatati ma’ preskrizzjoni pożittiva, irrispettivament mill-valur involut;
  • rikorsi relatati ma’ art, ħlief għal dawk li skont liġi speċjali huma fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħrajn;
  • rikorsi oħrajn li jistgħu jitkejlu f’termini monetarji ta’ RON 200 000 jew inqas, irrispettivament mill-kapaċità tal-partijiet.

Il-qrati distrettwali jisimgħu l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi b’ġuriżdizzjoni u korpi oħra b’ġuriżdizzjoni. Il-qrati distrettwali jisimgħu wkoll kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

It-tribunali jisimgħu:

  • bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi l-oħra kollha li bil-liġi ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra;
  • bħala qrati tal-appell, l-appelli kontra sentenzi mogħtija minn imħallfin fil-prim’istanza;
  • bħala qrati ta’ rieżami, il-każijiet speċifikament previsti mil-liġi;
  • kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Il-qrati tal-appell jisimgħu:

  • bħala qrati tal-prim’istanza, rikorsi relatati ma’ tilwim amministrattiv u dwar taxxa;
  • bħala qrati tal-appell, l-appelli kontra sentenzi mogħtija minn tribunali fil-prim’istanza;
  • bħala qrati ta’ rieżami, il-każijiet speċifikament previsti mil-liġi;
  • kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tisma’:

  • appelli kontra sentenzi tal-qrati tal-appell u sentenzi oħra, fil-każijiet previsti mil-liġi;
  • rieżamijiet fl-interess tal-liġi;
  • rikorsi fir-rigward ta’ deċiżjoni minn qabel biex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet legali;
  • kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Is-sistema ġudizzjarja ċivili Rumena tiddistingwi bejn qrati inferjuri u qrati superjuri, bil-ġuriżdizzjoni relatata mas-suġġett tiġi stabbilita bejn il-qrati differenti skont kriterji funzjonali (it-tip ta’ dmir) u proċedurali (il-valur, is-suġġett jew in-natura tat-tilwima).

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ġab bidliet f’termini ta’ ġuriżdizzjoni, u t-tribunali saru qrati b’ġuriżdizzjoni sħiħa sabiex jisimgħu s-sustanza tal-każijiet fil-prim’istanza. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali tinkludi s-smigħ ta’ talbiet żgħar u/jew anqas kumplessi, li huma frekwenti ħafna fil-prattika.

Il-qrati tal-appell għandhom ġuriżdizzjoni sabiex jisimgħu prinċipalment appelli, filwaqt li l-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja hija l-qorti ta’ ġudikatura ordinarja li tassigura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-liġi fil-livell nazzjonali.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Fis-sistema ġudizzjarja ċivili Rumena, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fl-Artikolu 107 et seq. tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Skont ir-regola ġenerali, ir-rikors jiġi ppreżentat fil-qorti ta’ fejn ikun jinsab id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tal-intimat.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

Hemm regoli speċifiċi dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, bħal:

  • jekk id-domiċilju/l-uffiċċju reġistrat tal-intimat ma jkunx magħruf, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li fit-territorju tagħha hemm ir-residenza/l-uffiċċju rappreżentattiv tal-intimat, u, jekk lanqas dan ma jkun magħruf, fil-qorti li fit-territorju tagħha hemm id-domiċilju/l-uffiċċju rreġistrat/ir-residenza/l-uffiċċju rappreżentattiv tar-rikorrent;
  • rikors kontra persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti tal-post fejn tkun tinsab waħda mill-fergħat tagħha mingħajr personalità ġuridika;
  • rikors kontra assoċjazzjoni, kumpanija jew entità oħra mingħajr personalità ġuridika jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-persuna li, kif miftiehem mill-membri tagħha, ġiet fdata bil-ġestjoni jew l-amministrazzjoni tagħha; fin-nuqqas ta’ tali persuna, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe wieħed mill-membri tal-entità ikkonċernata;
  • rikorsi kontra l-Istat, l-awtoritajiet ċentrali jew lokali u l-istituzzjonijiet u persuni ġuridiċi oħrajn irregolati mid-dritt pubbliku jistgħu jiġu ppreżentati fil-qorti li fit-territorju tagħha jinsab id-domiċilju/l-uffiċċju rreġistrat tar-rikorrent jew quddiem il-qorti li fiż-żona tagħha jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-intimat.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Rumen jistipula għadd ta’ regoli ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva (l-Artikoli minn 113 sa 115). Għalhekk, il-qrati li ġejjin ukoll għandhom ġuriżdizzjoni territorjali:

  • il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent ikun domiċiljat (rikorsi għall-istabbiliment ta’ parentela);
  • il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent/kreditur ikun domiċiljat (obbligu ta’ manteniment);
  • il-qorti fil-post fejn irid jitwettaq l-obbligu kuntrattwali;
  • il-qorti fil-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli (lokazzjonijiet, reġistrazzjoni tal-art/ġustifikazzjoni/korrezzjoni);
  • il-qorti li t-tluq/l-wasla sseħħ fit-territorju tagħha (ftehimiet tat-trasport);
  • il-qorti li l-pagament isir fit-territorju tagħha (kambjali, ċekkijiet, noti promettenti jew titoli oħrajn);
  • il-qorti li l-konsumatur ikun domiċiljat fit-territorju tagħha (kumpens għad-danni lill-konsumaturi b’rabta ma’ ftehimiet konklużi ma’ professjonisti);
  • il-qorti tal-post fejn seħħ l-att illegali jew id-dannu kkawżat, għal rikorsi li jikkonċernaw obbligi li jirriżultaw minn tali att.

Meta l-intimat ikun iwettaq regolarment attivitajiet professjonali, jew attivitajiet agrikoli, kummerċjali, industrijali jew attivitajiet simili mhux fid-domiċilju tiegħu, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti li fit-territorju tagħha jsiru l-attivitajiet, sa fejn dan ikun jirrigwarda l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw jew li jkunu jridu jitwettqu f’dak it-territorju.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni, rikors għad-danni jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti li d-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tal-parti assigurata jinsab fit-territorju tagħha, li l-beni tal-parti assigurata jinsabu fit-territorju tagħha jew li r-riskju assigurat immaterjalizza ruħu fit-territorju tagħha.

L-għażla tal-ġuriżdizzjoni skont ftehim titqies nulla u bla effett jekk titwettaq qabel ma jinħoloq id-dritt għall-kumpens, filwaqt li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili, il-parti terza li sofriet id-dannu tista’ tiftaħ proċeduri diretti anki quddiem il-qorti tat-territorju fejn ikollha d-domiċilju/l-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Fil-każ ta’ rikorsi dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi, meta, skont il-Kodiċi Ċivili, tkun kompetenti l-qorti tal-kustodja u tal-familja, hija l-qorti li d-domiċilju/ir-residenza tal-persuna protetta tkun fit-territorju tagħha li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali. Fil-każ ta’ rikorsi għall-awtorizzazzjoni tal-konklużjoni ta’ ċerti atti legali (fir-rigward ta’ proprjetà immobbli) mill-qorti tal-kustodja u l-familja, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti li l-proprjetà tkun tinsab fit-territorju tagħha. F’dan il-każ, il-qorti tal-kustodja u l-familja li tkun tat is-sentenza tibgħat kopja tas-sentenza lill-qorti tal-kustodja u l-familja li l-persuna protetta jkollha d-domiċilju/ir-residenza tagħha fit-territorju tagħha.

Rikors għal divorzju jaqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali li l-aħħar dar matrimonjali tal-miżżewġin kienet tinsab fit-territorju tagħha. Jekk ma jkun hemm l-ebda dar matrimonjali jew jekk l-ebda wieħed mill-miżżewġin ma jkun għadu jgħix fit-territorju tal-qorti distrettwali li jkollha l-ġuriżdizzjoni tat-territorju fejn hemm id-dar matrimonjali, il-qorti distrettwali kompetenti tkun dik li jkollha l-ġuriżdizzjoni tat-territorju ta’ fejn hemm dar l-intimat. Jekk l-intimat ma jkunx jgħix ir-Rumanija u l-qrati Rumeni jkollhom ġuriżdizzjoni internazzjonali, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti li fit-territorju tagħha tkun tinsab dar ir-rikorrent. Jekk la r-rikorrent u lanqas l-intimat ma jkunu jgħixu r-Rumanija, il-partijiet jistgħu jaqblu li jippreżentaw ir-rikors għad-divorzju fi kwalunkwe qorti distrettwali fir-Rumanija. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dan, ir-rikors għad-divorzju għandu jiġi ppreżentat fil-Ħames Qorti Distrettwali ta’ Bukarest (l-Artikolu 915 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Ir-rikorsi għas-soluzzjoni ta’ tilwim industrijali individwali għandhom jiġu ppreżentati fit-tribunal li d-domiċilju/il-post tax-xogħol tar-rikorrent ikun jinsab fit-territorju tiegħu (l-Artikolu 269 tal-Liġi Nru 53/2003 – Kodiċi Industrijali).

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Ir-regoli li jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva huma stabbiliti fl-Artikoli 117 sa 121 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Għalhekk:

  • rikorsi li jikkonċernaw drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-qorti li fit-territorju tagħha tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk il-proprjetà immobbli tkun tinsab fit-territorji ta’ ġuriżdizzjoni ta’ bosta qrati, ir-rikors irid jiġi ppreżentat fil-qorti li l-intimat ikollu d-domiċilju/ir-residenza tiegħu fit-territorju tagħha, jekk tkun tinsab fi kwalunkwe waħda minn dawn it-territorji ta’ ġuriżdizzjoni, jew, jekk ma jkunux, fi kwalunkwe waħda mill-qrati li l-proprjetà tkun tinsab fit-territorju tagħha. Id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-azzjonijiet possessorji, ir-rikorsi għall-immarkar tal-konfini, ir-rikorsi li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet tad-dritt ta’ proprjetà immobbli u r-rikorsi għad-diviżjoni ġudizzjarja ta’ proprjetà immobbli, meta l-koproprjetà indiviża ma tkunx tirriżulta minn suċċessjoni;
  • f’materji ta’ wirt, sad-diviżjoni tal-koproprjetà indiviża, il-qorti li l-aħħar domiċilju tad-deċedut kien it-territorju tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva fuq rikorsi li jikkonċernaw:
    • il-validità jew l-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjonijiet testamentarji;
    • il-wirt, l-imposti assoċjati miegħu u dawk relatati mal-pretensjonijiet possibbli tal-werrieta kontra xulxin;
    • ir-rikorsi ta’ legatarji/kredituri tad-deċedut kontra kwalunkwe wieħed mill-werrieta/l-eżekutur testamentarju;
  • fir-rigward ta’ rikorsi relatati ma’ kumpaniji, sat-tlestija tal-proċeduri ta’ likwidazzjoni/dereġistrazzjoni, il-qorti li l-kumpanija jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva;
  • it-tribunal li l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur ikun jinsab fit-territorju tiegħu jkollu l-ġuriżdizzjoni esklużiva fuq rikorsi relatati ma’ arranġamenti ta’ insolvenza/kredituri;
  • ir-rikorsi ppreżentati minn professjonist kontra konsumatur jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-qorti li l-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu fit-territorju tagħha.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub jew, fir-rigward ta’ tilwim li jkun għaddej, permezz ta’ dikjarazzjoni verbali quddiem il-qorti, li l-kawżi relatati ma’ beni u drittijiet oħra li jista’ jkollhom, għandhom jinstemgħu minn qrati oħra għajr dawk li jkollhom il-ġuriżdizzjoni territorjali, sakemm ma jkollhomx ġuriżdizzjoni esklużiva. F’tilwim li jirrigwarda l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi u każijiet oħra previsti mil-liġi, il-partijiet jistgħu jaqblu dwar l-għażla tal-qorti kompetenti biss wara li jinħoloq id-dritt għall-kumpens, kwalunkwe ftehim kuntrarju huwa null u bla effett (l-Artikolu 126 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Rikorsi anċillari, addizzjonali u inċidentali jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun kompetenti mir-rikors prinċipali, anke jekk jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ratione materiae jew il-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti oħra, ħlief fil-każ ta’ rikorsi li jikkonċernaw l-insolvenza jew l-arranġamenti mal-kredituri. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll meta l-ġuriżdizzjoni fuq ir-rikors prinċipali tkun ġiet stabbilita bil-liġi favur sezzjoni jew bord speċjalizzat. Jekk il-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq waħda mill-partijiet, ikollha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq il-partijiet kollha (l-Artikolu 123 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar ir-rikors prinċipali għandha tiddeċiedi wkoll dwar id-difiżi u l-eċċezzjonijiet, ħlief għal dawk li jkunu materji preliminari u jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti oħra, filwaqt li l-inċidenti proċedurali jinstemgħu mill-qorti li jkunu tqajmu quddiemha.

Il-kwistjoni tan-nuqqas ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni tal-qrati tista’ titqajjem mill-partijiet jew mill-imħallef fi kwalunkwe stadju tal-kawża. Il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni ratione materiae u n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni territorjali tal-ordni pubbliku trid titqajjem fl-ewwel seduta li l-partijiet ikunu tħarrku għaliha quddiem il-qorti tal-prim’istanza, filwaqt li n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni tal-ordni privat jista’ jitqajjem biss mill-intimat permezz tad-difiża jew, jekk id-difiża ma tkunx obbligatorja, mhux aktar tard mill-ewwel seduta li l-partijiet ikunu tħarrku għaliha quddiem il-qorti tal-prim’istanza. Jekk in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni ma jkunx tal-ordni pubbliku, il-parti li tkun ippreżentat ir-rikors f’qorti li ma jkollhiex il-ġuriżdizzjoni ma tkunx tista’ titlob id-dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 130 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-Ġdid).

F’tilwim ċivili b’implikazzjonijiet transfruntiera, f’materji li jikkonċernaw drittijiet liberament disponibbli għall-partijiet skont il-liġi Rumena, jekk il-partijiet ikunu qablu b’mod validu li l-qrati Rumeni jkollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar it-tilwim attwali jew possibbli fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet, il-qrati Rumeni biss għandu jkunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar dawn il-materji. Sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor, il-qorti Rumena li quddiemha jitħarrek l-intimat tibqa’ kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors, jekk l-intimat jidher quddiem il-qorti u jippreżenta d-difiża tiegħu dwar is-sustanza tal-kawża mingħajr ma jqajjem ukoll eċċezzjoni relatata man-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni sa mhux aktar tard minn tmiem l-istadju ta’ inkjesta fil-kawża quddiem il-qorti tal-prim’istanza. Fiż-żewġ każijiet imsemmija hawn fuq, il-qorti Rumena interpellata tista’ tiċħad ir-rikors jekk jidher ċar, miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, li t-tilwima ma jkollhiex rabta sinifikanti mar-Rumanija (l-Artikolu 1067 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-Ġdid).

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1, 2, 2.1., 2.2., 2.2.2.1., 2.2.2.2.

L-aħħar aġġornament: 24/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Slovenja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fis-Slovenja, il-qrati lokali (okrajna sodišča) u l-qrati distrettwali (okrožna sodišča) għandhom il-ġuriżdizzjoni għall-kawżi ċivili fl-ewwel istanza. Huma għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kull kwistjoni u tilwima tipika tad-dritt ċivili u (l-għoti ta' kumpens, proprjetà, tilwim familjari, eċċ.). Id-demarkazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali hija ttrattata hawn taħt.

Il-qrati distrettwali biss għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu u jiddeċiedu kawżi relatati mad-dritt kummerċjali fl-ewwel istanza. It-tilwim kummerċjali huwa meta kull waħda mill-partijiet f'kawża ċivili tkun kumpanija, istituzzjoni (inklużi istituzzjonijiet pubbliċi), kooperattiva, l-istat jew komunità lokali awtogovernanti. It-tilwim kummerċjali huwa wkoll meta jkun dwar ir-relazzjonijiet ġuridiċi bejn kummerċjanti waħdiena li joriġinaw mill-attività ta' qligħ tagħhom, u kumpanija, istituzzjoni (inklużi istituzzjonijiet pubbliċi), kooperattiva, l-istat jew komunità lokali awtogovernanti.

Il-liġi tagħti l-ġuriżdizzjoni dwar tilwim industrijali lill-qrati industrijali (delovna sodišča) u lill-qrati soċjali (socialna sodišča), anke jekk il-kawża tkun tinvolvi tilwima ċivili. It-tilwim industrijali jinvolvi r-relazzjonijiet bejn impjegatur u impjegat li jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mir-relazzjonijiet industrijali. Il-qrati industrijali għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu tilwim industrijali individwali (tilwim li jkun ġej minn relazzjonijiet industrijali, tilwim relatat mad-drittijiet tal-proprjetà relatata ma' din ir-relazzjoni), tilwim industrijali kollettiv (tilwim fejn waħda mill-partijiet tkun normalment trejdjunjin jew xi forma istituzzjonali oħra ta' rappreżentanza tal-impjegati), tilwim relatat mal-legalità tal-istrajkijiet, u tilwim relatat mad-drittijiet tal-impjegati għall-parteċipazzjoni mill-impjegat fit-tmexxija tal-kumpanija), li hija stabbilita fil-liġi Slovena. Il-qrati soċjali jiddeċiedu dwar id-drittijiet li jiġu mill-assikurazzjoni tad-diżabbiltà u tal-pensjonijiet, l-assikurazzjoni tas-saħħa u l-assikurazzjoni kontra l-qgħad, u dwar id-dritt għall-familja u l-benefiċċji soċjali.

Peress li l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni tqum biss meta jitressaq rikors jew talba quddiem il-qorti (qabel ma l-qorti tisma' jew tiddeċiedi l-kawża, hija tiddetermina jekk il-kawża hix fil-ġuriżdizzjoni tagħha), huwa rakkomandat li qabel kollox wieħed jikkonsulta avukat biex jevita dewmien bla bżonn. F'kull proċedura li tisma', il-qorti trid dejjem tagħti kas il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni, u tiżgura li l-ebda korp ieħor ma għandu l-ġuriżdizzjoni tal-kawża (pereż. korp amministrattiv). Jekk issib li hekk ikun hemm bżonn, il-qorti jkollha tiċħad it-talba tar-rikorrent; dan iwassal għal telf ta' ħin bla bżonn u żieda fl-ispejjeż għall-parti.

Tagħrif dwar l-organizzazzjoni, il-lokalità u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati jinsab ukoll fis-sit uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Rikors jista' jitressaq quddiem kwalunkwe qorti tar-Repubblika tas-Slovenja, imma kull min iressaq rikors irid joqgħod attent għall-ġuriżdizzjoni ratione materiae (liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni skont il-kontenut tal-kawża) u l-ġuriżdizzjoni territorjali. Tagħrif bażiku, inklużi l-indirizzi tal-qrati lokali u distrettwali kollha fis-Slovenja, hija disponibbli fis-sit tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Fis-Slovenja, il-ġuriżdizzjoni ratione materiae fl-ewwel istanza jew il-possibilità li qorti tkun tista' tiddeċiedi dwar talba speċifika ta' parti, hija maqsuma bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali. Iż-żewġ kriterji li ġejjin huma deċiżivi meta jiġi deċiż liema qorti tkun se tiddeċiedi l-kawża: il-valur tat-talba (suġġett tat-tilwima) u l-bażi ġuridika għar-relazzjoni li hija l-bażi tat-tilwima (kontenut u s-suġġett tat-tilwima).

Ir-regola ġenerali hija li qorti distrettwali tiddeċiedi dwar tilwimiet iktar importanti, meta s-suġġett tat-tilwima jkun ta' valur għoli, meta t-tilwima jkollha rilevanza sinifikanti għall-ħajja ta' parti, jew meta tkun ġuridikament kumplessa, peress li l-qrati huma obbligati, fid-deċiżjoni tagħhom, biex japplikaw il-liġijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ġuridiċi kumplessi u sensittivi (pereż. id-divorzju, il-manteniment tat-tfal).

Il-qrati superjuri b’ġuriżdizzjoni ġenerali (višja sodišča), li hemm erbgħa minnhom fis-Slovenja, jiddeċiedu fit-tieni istanza. Mhuwiex possibbli li tiftaħ kawża direttament ma' dawn il-qrati. Il-qrati superjuri jiddeċiedu appelli kontra d-deċiżjonijiet ta' qrati lokali u distrettwali; huma jiddeċiedu wkoll fuq tilwim relatati mal-ġuriżdizzjoni bejn qrati lokali u distrettwali fil-qasam tal-pajjiż li jkopru.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja għandha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi l-appelli kontra s-sentenzi tal-qrati superjuri, speċjalment deċiżjonijiet relatati mar-reviżjonijiet u t-talb għall-protezzjoni tal-legalità. Meta jiġu ppreżentati rimedji legali straordinarji, parti interessata trid tkun assistita minn avukat — bil-liġi, avukati kkwalifikati biss jistgħu jwettqu atti proċedurali speċifiċi quddiem il-Qorti Suprema.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Kif intqal fil-punt preċedenti, il-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza hija maqsuma bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali; madankollu, dawn iż-żewġ qrati mhumiex f'relazzjoni ġerarkika stretta. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati hija ddeterminata mil-liġi, imma b'mod ġenerali huwa minnu li l-qrati distrettwali jisimgħu kawżi li jkunu iktar kumplessi fil-liġi u fil-fatti.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP) jistipula li l-qrati lokali, li b'kollox hemm 44 minnhom fis-Slovenja, għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu l-kawżi li ġejjin:

  • kawżi dwar proprjetà, jekk il-valur tas-suġġett tat-tilwima ma jkunx jaqbeż l-EUR 20 000;
  • tilwim relatat mad-dħul fi proprjetà bla jedd;
  • tilwim relatat ma' servitù u gravami;
  • tilwim relatat mar-relazzjonijiet ta' kera jew lokazzjoni.

Il-qrati lokali jisimgħu wkoll kawżi dwar l-għajnuna legali meta l-ebda qorti oħra ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont il-liġi, kif ukoll kawżi oħra determinati mil-liġi.

Il-Qrati distrettwali, li hemm 11 minnhom fis-Slovenja, għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu l-kawżi li ġejjin:

  • kawżi dwar proprjetà, jekk il-valur tas-suġġett tat-tilwima jkun jaqbeż l-EUR 20 000;
  • kawżi biex tiġi ddeterminata jew ikkontestata l-paternità jew il-maternità;
  • tilwim matrimonjali;
  • tilwim relatat mal-obbligi legali tal-manteniment;
  • tilwim dwar il-ħarsien u t-trobbija tat-tfal;
  • tilwim relatat mal-kuntatt tat-tfal mal-ġenituri u ma' persuni oħrajn, meta jkunu solvuti flimkien ma' tilwim relatat mal-ħarsien u t-trobbija tat-tfal;
  • tilwim relatat mad-drittijiet tal-awtur, u tilwim relatat mal-ħarsien u l-użu ta' invenzjonijiet u marki kummerċjali jew id-dritt għall-użu ta' isem kummerċjali, u f'tilwim relatat mar-regoli ta' protezzjoni tal-kompetizzjoni;
  • tilwim kummerċjali;
  • tilwim li jiġi minn proċedura ta' falliment.

Deċiżjonijiet dwar drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-ewwel istanza huma fil-ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tal-Qorti Distrettwali ta' Ljubljana. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni wkoll fuq talbiet għal għajnuna legali internazzjonali u għal għajnuna legali fi proċeduri biex sentenzi minn qrati barranin ikunu rikonoxxuti, u jisimgħu wkoll kważi oħrajn kif determinat mil-liġi.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Fil-prinċipju, jista' jitressaq rikors f'kull waħda mill-qrati tal-ewwel istanza fis-Slovenja msemmija fil-punti ta' hawn fuq. Il-qorti fejn parti tressaq rikors trid tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni tagħha biex tisma' l-kawża qabel ma tibda tiddeċiedi l-kawża. Jekk issib li ma għandhiex ġuriżdizzjoni territorjali f'kawża speċifika, tista' tiddikjara li ma għandhiex ġuriżdizzjoni u ċċedi l-kawża lil qorti oħra, għalkemm hija tkun meħtieġa tagħmel hekk biss jekk il-kontroparti tiġbed l-attenzjoni tagħha lejn in-nuqqas ta' ġuriżdizzjoni. Madankollu, hija obbligata li tagħmel hekk jekk qorti oħra jkollha ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva li tiddeċiedi hi. Minkejja dan, hemm regoli ġenerali li japplikaw biex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni territorjali ta' qrati li jitqiesu sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż jinżammu baxxi u l-proċedimenti jkunu solvuti malajr kemm jista' jkun.

Iz-ZPP fiha regola dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali u speċifika; din hija ddeterminata b'relazzjoni mas-suġġett tat-tilwima u partijiet tagħha. Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti ta' hawn taħt.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Din tistipula li kawża miftuħa kontra persuna fiżika jew entità ġuridika trid tinfetaħ fil-qorti li tkopri ż-żona fejn l-intimat ikollu r-residenza permanenti tiegħu jew fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Jekk il-kawża tkun kontra persuna fiżika jew entità ġuridika barranija, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn il-persuna fiżika jkollha r-residenza tagħha fis-Slovenja jew fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju tal-fergħa tagħha.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

F'ċerti każijiet, iz-ZPP jagħti lill-partijiet f'kawża l-possibilità li jressqu rikors quddiem qorti oħra minflok dik li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali skont ir-regola. F'kawżi definiti b'mod speċjali (fir-rigward tas-suġġett jew tal-kontenut tat-tilwima), parti tista' tressaq azzjoni biss mal-unika qorti li jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi l-kawża kkonċernata; f'dan il-każ, din tissejjaħ ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva.

Jekk rikorrent iressaq rikors quddiem qorti li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali, dan jiġi ddikjarat hekk u l-kawża tiġi ttrasferita lejn qorti oħra li jkollha ġuriżdizzjoni u l-kawża tkompli daqslikieku nbdiet hemm.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Kif intqal fuq, f'ċerti każijiet jista' jkun li żewġ qrati jkollhom ġuriżdizzjoni territorjali simultanjament. F'dan il-każ, parti fil-kawża tkun tista' tagħżel f'liema qorti tippreżenta r-rikors (ġuriżdizzjoni selettiva).

Ġuriżdizzjoni ta' dan it-tip hija definita fl-Artikoli minn 49 sa 65 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili; għalhekk, huma biss il-kawżi l-iktar importanti, u dawk l-iktar rilevanti għall-ħajja tal-partijiet fil-kawża, li huma spjegati hawn taħt.

F'tilwim relatat mal-manteniment tal-konjuġi, mhix biss il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali li jkollha l-ġuriżdizzjoni, imma anki l-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent (il-benefiċjarju tal-manteniment) ikollu r-residenza permanenti tiegħu. L-għażla tal-qrati teżisti wkoll għall-partijiet f'tilwim matrimonjali (kawżi tad-divorzju). F'dan il-każ, il-qorti li tkopri ż-żona fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza matrimonjali permanenti tagħhom ikollha l-ġuriżdizzjoni. F'tilwim biex tiġi ddeterminata jew ikkontestata l-paternità jew il-maternità, il-ġuriżdizzjoni tkun ukoll tal-qorti li tkopri ż-żona fejn it-tifel, li skont il-leġiżlazzjoni Slovena jista' jressaq rikors, ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu. Meta qorti fis-Slovenja jkollha l-ġuriżdizzjoni f'tilwim bħal dan, jiġifieri minħabba li r-rikorrent ikollu residenza permanenti fis-Slovenja, il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun tal-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti. F'tilwim mhux kuntrattwali għall-kumpens (dawn ikunu l-iktar kawżi relatati ma' inċidenti tat-traffiku), il-qorti li tkopri ż-żona fejn saret il-ħsara (pereż. il-lokalità tal-inċident tat-traffiku) jew il-qorti li tkopri ż-żona fejn inħassew il-konsegwenti tal-ħsara jkollha l-ġuriżdizzjoni, flimkien mal-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali. F'każ li tinqala' ħsara li twassal għal telf ta' ħajja jew korriment serju, il-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni wkoll. F'tilwim li jiġi minn relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-partijiet, il-qorti li tkopri ż-żona determinata bħala ż-żona fejn ir-relazzjonijiet kuntrattwali jkunu ssodisfati jkollha ġuriżdizzjoni; jeżisti arranġament simili fir-rigward ta' tilwim li jikkonċerna kambjali jew ċekkijiet (il-qorti li tkopri ż-żona fejn isir il-ħlas).

Barra minn hekk, il-ġuriżdizzjoni selettiva tapplika wkoll f’tilwim relatat ma’ relazzjonijiet kuntrattwali tal-konsumatur fejn ir-rikorrent ikun konsumatur (persuna fiżika). F'każijiet bħal dawn, mhix biss il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali li jkollha l-ġuriżdizzjoni, imma anki l-qorti li tkopri ż-żona fejn il-konsumatur ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu. Jekk ir-rikorrent f’tilwima relatata ma’ relazzjoni kuntrattwali mal-konsumatur tkun kumpanija, il-ġuriżdizzjoni tikkonċerna l-qorti li tkopri ż-żona li fiha l-konsumatur ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu. Ġuriżdizzjoni territorjali differenti tista’ tapplika biss jekk il-konsumatur u l-kumpanija jidħlu fi ftehim wara li jkun qam it-tilwim jew ftehim li jippermetti wkoll lill-konsumatur li jiftaħ il-proċedimenti quddiem qrati oħrajn. F’tilwim relatat ma’ relazzjonijiet ta’ assigurazzjoni fejn l-intimat ikun kumpanija tal-assigurazzjoni, mhumiex biss il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali u l-qorti li tkopri ż-żona fejn il-fergħa tal-kumpanija tal-assigurazzjoni jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha li jkollhom il-ġuriżdizzjoni, iżda wkoll il-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew temporanja jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. F’tilwim relatat ma’ relazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, kumpanija tal-assigurazzjoni tista’ tippreżenta talba biss quddiem qorti li tkopri ż-żona li fejn l-intimat, li jkun id-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni, il-persuna assigurata jew il-benefiċjarju tal-assigurazzjoni, ikollu r-residenza permanenti jew temporanja jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. Ġuriżdizzjoni territorjali differenti tista’ tapplika biss jekk il-partijiet fil-kawża jidħlu fi ftehim wara li jkun qam it-tilwim jew ftehim li jippermetti wkoll lid-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni, il-persuna assigurata jew il-benefiċjarju tal-assigurazzjoni jiftaħ il-proċedimenti quddiem qrati oħrajn.

Każijiet oħrajn ta' ġuriżdizzjoni selettiva, kif indikat, huma mniżżlin fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

F'każijiet speċifiċi, il-liġi tippreskrivi ġuriżdizzjoni territorjali speċjali u tiddefinixxi qorti bħala l-unika qorti b'ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi kawża speċifika. Din tissejjaħ ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva, u tapplika kif ġej:

  • għal tilwim relatat mad-drittijiet ta' proprjetà immobbli, mad-dħul fi proprjetà bla jedd u mal-kiri u l-lokazzjoni ta' proprjetà, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn tinsab il-proprjetà;
  • għal tilwim relatat mad-drittijiet reali għal bastimenti marittimi jew inġenji tal-ajru (u tilwim relatat mal-kiri tagħhom), il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn jinżamm ir-reġistru fejn hemm irreġistrat il-bastiment marittimu jew l-inġenju tal-ajru;
  • għal tilwim li jinqala' waqt jew minħabba proċedimenti ta' eżekuzzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva u tilwim li jinqala' waqt jew fir-rigward ta' proċeduri ta' falliment, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti fiż-żona fejn tinsab il-qorti li qed tmexxi l-eżekuzzjoni jew il-proċeduri ta' falliment.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-leġiżlazzjoni Slovena tippermetti lill-partijiet f'kawża speċifika biex jiftiehmu dwar il-ġuriżdizzjoni ta' qorti tal-ewwel istanza (ftehim dwar ġuriżdizzjoni territorjali). Ftehim bejniethom jista' jibdel il-ġuriżdizzjoni territorjali kif definita mil-liġi, għalkemm wieħed irid jenfasizza li l-partijiet ma jistgħux jagħmlu ftehim biex jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni ratione materiae; dik tista' tiġi ddeterminata biss mil-liġi (cf. l-ispjegazzjoni ta' hawn fuq).

Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li qorti tal-ewwel istanza illi kieku ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali tkun tista' tisma' l-kawża tagħhom. Il-kundizzjoni bażika li l-partijiet iridu jissodisfaw hija li l-qorti li jaqblu fuqha jkollha l-ġuriżdizzjoni li tiddeċiedi dwar kontenut tal-kawża jew li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione materiae (cf. is-separazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali). Ftehim ma jkunx permess lanqas meta l-liġi tipprovdi qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva (cf. il-punt ta' qabel dan).

Ftehim bejn il-partijiet irid isir bil-miktub u jrid ikun relatat ma' tilwima speċifika jew tilwima futura li tinqala' jew li tista' tinqala' mir-relazzjoni ġuridika speċifika tagħhom. Id-dokument tal-ftehim irid jinhemeż mir-rikorrent mar-rikors li jiftaħ il-proċedimenti quddiem il-qorti kkonċernata. Importanti li jkun innutat li ftehim dwar ġuriżdizzjoni territorjali ma jistax isir waqt il-proċedimenti – jiġifieri, meta jkun diġà tressaq rikors quddiem qorti, mingħajr ftehim ta' din ix-xorta mehmuż.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Is-sistema ġudizzjarja Slovena ma għandhiex qrati speċjalizzati fil-qasam tad-dritt ċivili jew kummerċjali (pereż. qrati speċjali tal-familja li jsolvu tilwim matrimonjali jew tilwim bejn il-ġenituri u wliedhom), peress li l-kawżi ċivili kollha jkunu solvuti fil-qrati lokali u distrettwali, jew id-dipartimenti ċivili u kummerċjali tagħhom. Il-qrati għandhom dipartimenti organizzati (ċivili, tal-familja, kummerċjali, tal-eżekuzzjoni, tal-kawżi li ma jinvolvux litiġju, taċ-ċertifikazzjoni). B'mod ġenerali, imħallfin speċjalizzati jiddeċiedu kawżi f'dawn id-dipartimenti u jaqtgħu sentenza tal-qorti.

Qrati speċjali jiġu organizzati biss għal tilwim industrijali u soċjali, li l-ġuriżdizzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom huma spjegati fil-kummenti tal-bidu.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 08/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Slovakkja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fil-prinċipju, fi proċeduri tal-prim’istanza f’materji ċivili, il-qrati ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, li jfisser, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-qorti distrettwali (okresný súd) (l-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili (Civilný sporový poriadok, CCAP)), u f’każijiet eċċezzjonali l-qorti reġjonali (krajský súd) (l-Artikolu 31 tas-CCAP). F’ċerti każijiet, trid tiġi avviċinata qorti speċjalizzata (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 3)

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Il-ġuriżdizzjoni sostantiva hija ġeneralment mifhuma bħala d-deżinjazzjoni tal-kompetenza sabiex jiġu deċiżi kawżi fil-prim’istanza bejn qrati ta’ tipi differenti. Dan ifisser li hija d-determinazzjoni ta’ jekk qorti distrettwali jew qorti reġjonali għandhiex tiddeċiedi materja bħala l-qorti tal-prim’istanza. Ġeneralment, il-qrati distrettwali għandhom il-ġuriżdizzjoni sabiex jisimgħu kawżi ċivili fil-prim’istanza (l-Artikolu 12 tas-CCAP). F’ċerti materji, speċifikati mil-liġi, huma l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu bħala l-qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 31 tas-CCAP). Il-kriterju bażiku sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni ta’ qorti huwa n-natura l-materja.

Il-bażi tal-proċedura tal-qorti huwa s-smigħ quddiem il-qrati tal-prim’istanza. Kull materja l-ewwel trid tinstema’ minn qorti tal-prim’istanza. Iċ-ċirkustanzi li jkunu jeżistu fiż-żmien meta tinbeda l-proċedura, jiġifieri dakinhar li t-talba/rikors tasal il-qorti, huma deċiżivi sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni sostantiva. Bidla fiċ-ċirkustanzi matul proċedura ma għandha l-ebda impatt fuq il-ġuriżdizzjoni sostantiva li diġà tkun ġiet stabbilita.

L-eżistenza ta’ ġuriżdizzjoni sostantiva hija waħda mill-kundizzjonijiet proċedurali fundamentali tal-qorti. Qorti tivvaluta jekk din tkunx ġiet issodisfata ex officio fl-istadji kollha tal-proċedimenti u f’kull każ, għalhekk, ma għandhiex għalfejn titqajjem oġġezzjoni dwar nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni sostantiva. Jekk qorti tiddeċiedi li ma għandhiex ġuriżdizzjoni sostantiva, hija obbligata tgħaddi l-kawża lil qorti oħra li jkollha ġuriżdizzjoni sostantiva. Il-qorti tinforma lill-attur/rikorrent. Jekk it-talba/rikors jkun diġà ġie nnotifikat lill-konvenut/intimat, il-qorti trid tinforma wkoll lil dik il-parti li hija tkun għaddiet il-kawża lil qorti li jkollha ġuriżdizzjoni sostantiva. Tilwima dwar il-ġuriżdizzjoni sostantiva tista’ tinqala’ biss bejn qorti distrettwali u qorti reġjonali, minħabba li l-Qorti Suprema (Najvyšší súd) ma jistax ikollha ġuriżdizzjoni sostantiva fi proċeduri tal-prim’istanza. Tilwima dwar il-ġuriżdizzjoni sostantiva bejn qorti distrettwali u qorti reġjonali tiġi solvuta mill-Qorti Suprema, li hija l-qorti superjuri għat-tnejn biex tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni.

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika Slovakka għandha sistema tal-qorti bi tliet livelli: il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, u l-Qorti Suprema. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi ċivili fil-prim’istanza (l-Artikolu 12 tas-CCAP). Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fit-tieni istanza, li jfisser li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali dejjem jinstemgħu mill-qrati reġjonali. Eċċezzjoni għal dan huma t-tilwimiet li jirriżultaw minn rieżami astratt ta’ materji tal-konsumatur, meta l-qrati reġjonali (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava, il-Qorti Reġjonali ta’ Banská Bystrica, u l-Qorti Reġjonali ta’ Košice) jiddeċiedu fid-distretti tagħhom bħala l-qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 31 tas-CCAP).

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija regolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili u l-Kodiċi tal-Proċedura Mhux Kontenzjuża Ċivili (Civilný mimosporový poriadok, CMP). Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali jiddeterminaw liema qorti tal-prim’istanza, jiġifieri liema qorti speċifika, mill-qrati kollha li jkollhom ġuriżdizzjoni sostantiva, għandhom jisimgħu u jiddeċiedu materja. Ir-regolamentazzjoni legali applikabbli tiddistingwi bejn ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali u ġuriżdizzjoni territorjali partikolari. Il-ġuriżdizzjoni territorjali partikolari tieħu prijorità fl-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti. Jekk il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita f’dan il-metodu, tiġi applikata l-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali. Il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tkun ukoll fakultattiva (alternattiva/fakultattiva) jew esklużiva. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun fakultattiva, ir-rikorrent jista’ jagħżel jekk jippreżentax ir-rikors għand il-qorti ordinarja tal-konvenut jew f’qorti oħra msemmija fis-CCAP. Fejn il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun esklużiva, il-kawżi jiġu enumerati meta qorti għajr il-qorti ordinarja tal-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Dan ifisser li ċerta qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni irrispettivament minn jekk qorti differenti tkunx il-qorti ordinarja tal-konvenut jew le, u irrispettivament mill-possibbiltà li tintgħażel qorti fid-diskrezzjoni ta’ dak li jkun fil-materja partikolari.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Kawżi kontenzjużi

Skont id-dispożizzjonijiet tas-CCAP, il-qorti ordinarja tal-konvenut dejjem ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor (l-Artikolu 13 tas-CCAP).

Il-qorti ordinarja ta’ individwu hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-individwu jkollu r-residenza permanenti tiegħu (l-Artikolu 14 tas-CCAP).

Il-qorti ordinarja ta’ entità ġuridika hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-entità ġuridika jkollha s-sede rreġistrata tagħha (l-Artikolu 15 (1) tas-CCAP). Il-qorti ordinarja ta’ entità ġuridika barranija hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-entità ġuridika barranija jkollha l-uffiċċju tal-fergħa tagħha fir-Repubblika Slovakka (l-Artikolu 15 (2) tas-CCAP).

Jekk ma tkunx tista’ tiġi determinata l-qorti ordinarja b’dan il-mod, il-qorti ordinarja tkun dik il-qorti li fid-distrett tagħha l-individwu jew l-entità ġuridika jkollhom l-aħħar residenza tagħhom jew is-sede rreġistrata tagħhom fir-Repubblika Slovakka; jekk ma jkun hemm l-ebda qorti bħal din, f’dak il-każ il-qorti li fid-distrett tagħha l-persuna jkollha l-assi tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 16 tas-CCAP).

Il-qorti ordinarja tal-Istat hija l-qorti li fid-distrett tagħha jkun seħħ fatt li jwassal għat-talba (l-Artikolu 17 tas-CCAP).

Materji mhux kontenzjużi

F’materji mhux kontenzjużi (l-Artikolu 3 tas-CMP), qorti maħtura bl-Att ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dak il-mod, il-qorti li tkun il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-ġuriżdizzjoni alternattiva (ġuriżdizzjoni magħżula b’mod fakultattiv) tirrifletti d-dritt tar-rikorrent li jagħżel, minflok il-qorti ordinarja tal-konvenut, qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 19 tas-CCAP. Minbarra l-qorti ġenerali tal-konvenut, il-ġuriżdizzjoni territorjali hija wkoll tal-qorti li fid-distrett tagħha:

a) il-konvenut ikollu l-post tax-xogħol tiegħu, skont il-ftehim ta’ impjieg tiegħu;

b) tkun seħħet ċirkustanza li twassal għat-talba għad-danni;

c) tkun ibbażata l-fergħa ta’ uffiċċju ta’ entità ġuridika konvenuta, jekk it-tilwima tkun relatata ma’ dak l-uffiċċju;

d) ir-rikorrent li jkun konsumatur ikollu r-residenza permanenti tiegħu, jekk it-tilwima tkun tilwima tal-konsumaturi jew il-proċeduri jirrigwardaw tilwim relatat ma’ arbitraġġ tal-konsumaturi;

e) ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew is-sede rreġistrata tiegħu jew, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, fejn ir-rikorrent ikollu l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ tilwima kontra d-diskriminazzjoni.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-ġuriżdizzjoni esklużiva f’materji kontenzjużi tfisser l-obbligu li r-rikorrent jagħżel, minflok il-qorti ordinarja tal-konvenut, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 20 tas-CCAP. Dan ifisser li, fil-każijiet li ġejjin, il-ġuriżdizzjoni territorjali għas-smigħ tal-proċeduri tkun tal-qorti:

a) li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-proprjetà immobbli, f’tilwima li tirrigwarda dritt in rem għall-proprjetà immobbli;

b) li fid-distrett tagħha jitmexxew il-proċeduri dwar wirt, f’tilwima relatata ma’ proċeduri dwar wirt;

c) li fiha jkunu qegħdin iseħħu l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, jekk it-tilwima tkun ikkawżata min-natura partikolari tal-proċeduri;

d) li fiha jkunu qegħdin iseħħu l-proċeduri ta’ falliment jew ristrutturar, jekk it-tilwima tkun ikkawżata min-natura partikolari tal-proċeduri, bl-eċċezzjoni tal-proċeduri rigward il-ftehim dwar proprjetà matrimonjali indiviżibbli;

e) li fid-distrett tagħha jkun jinsab il-post tal-arbitraġġ, jekk il-proċeduri jirrigwardaw tilwim dwar proċeduri tal-arbitraġġ, bl-eċċezzjoni tal-arbitraġġ tal-konsumaturi; jekk il-post tal-arbitraġġ ikun barra mir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fid-distrett tagħha l-konvenut ikollu r-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ; jekk il-konvenut ma jkollux ir-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, fir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fiha r-rikorrent ikollu r-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ.

Il-ġuriżdizzjoni esklużiva f’kawżi mhux kontenzjużi tfisser li, minflok il-qorti ordinarja, għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni l-qorti li ġejja:

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw id-divorzju ta’ koppja miżżewġa tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-koppja kellhom l-aħħar indirizz tar-residenza konġunt tagħhom, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed minnhom ikun għadu residenti f’dak id-distrett. Inkella, il-qorti ordinarja tal-konjuġi li ma ppreżentatx it-talba jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 92 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-invalidità jew l-annullament ta’ żwieġ tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-koppja kellhom l-aħħar indirizz tar-residenza konġunt tagħhom, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed minnhom ikun għadu residenti f’dak id-distrett. Inkella, il-qorti ordinarja tal-konjuġi li ma ppreżentatx it-talba jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti ordinarja ta’ wieħed mill-konjuġi jkollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 101 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni ġudizzjarja ta’ minorenni tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-minorenni jkollu r-residenza tiegħu, determinata bi qbil tal-ġenituri tiegħu jew inkella skont il-liġi fil-bidu tal-proċeduri (l-Artikolu 112 (1) tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw l-adozzjoni tkun f’idejn il-qorti li t-tfal ikollhom ir-residenza tagħhom fid-distrett tagħha, determinata bi qbil tal-ġenituri tagħhom jew inkella skont il-liġi fil-bidu tal-proċeduri. Jekk ma jkun hemm l-ebda qorti bħal din, il-qorti li t-tfal jgħixu fid-distrett tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ (l-Artikolu 136 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-kapaċità ta’ parteċipazzjoni f’rikorsi legali hija tal-qorti li l-persuna li l-kapaċità tagħha qed tiġi kkontestata jkollha r-residenza tagħha fid-distrett ta' dik il-qorti (l-Artikolu 232 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-permissibbiltà tad-dħul u ż-żamma ta’ persuna f’faċilità medika hija tal-qorti li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-faċilità medika (l-Artikolu 252 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-ħatra ta’ kustodju tkun tal-qorti li l-individwu kkonċernat ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha; jekk ma jkun hemm l-ebda qorti tali, il-qorti li l-individwu jkollu l-assi tiegħufid-distrett tagħha (l-Artikolu 273 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw dikjarazzjoni tal-mewt hija tal-qorti ordinarja tal-persuna li tkun trid tiġi ddikjarata mejta (l-Artikolu 220 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-wirt hija tal-qorti li fid-distrett tagħha:

a) it-testatur kellu r-residenza permanenti tiegħu fil-ħin ta' mewtu;

b) ikunu jinsabu l-assi tat-testatur, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita skont il-paragrafu a);

c) miet it-testatur, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita skont il-paragrafi a) jew b) (l-Artikolu 158 tas-CMP).

Fi proċeduri sussegwenti dwar wirt, il-qorti li tkun għalqet il-proċeduri tal-wirt ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali (l-Artikolu 159 tas-CMP).

Jekk azzjoni ta’ minorenni li jkun werriet tkun trid tiġi approvata minn qorti inkonnessjoni mal-proċeduri tal-wirt, il-qorti li quddiemha jkunu qegħdin isiru l-proċeduri tal-wirt ikollha l-ġuriżdizzjoni sabiex tapprova l-azzjoni legali (l-Artikolu 160 (1) tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw il-kustodja notarili hija tal-qorti li fid-distrett tagħha n-nutar li jkollu l-flus, oġġetti, jew titoli fil-kustodja tiegħu jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikolu 334 tas-CMP).

Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ġudizzjarja ta’ titolu mitluf maħruġ minn bank jew fergħa ta’ bank barrani hija tal-qorti li fid-distrett tagħha l-bank jew il-fergħa ta’ bank barrani jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. Inkella, il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni fi proċeduri li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ġudizzjarja ta’ dokument. Jekk ir-rikorrent ma jkollux il-qorti ordinarja tiegħu fir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fid-distrett tagħha jkun jinsab il-punt tal-ħlas ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 311 tas-CMP).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Le.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati speċjalizzati hija regolata fl-Artikoli 22 – 33 tas-CMP; b’mod speċifiku, hemm qrati speċjalizzati li għandhom il-ġuriżdizzjoni fi:

a) proċeduri dwar kambjali u ċekkijiet;

b) tilwim dwar l-impjiegi;

c) proċeduri ta’ falliment u ristrutturar;

d) tilwim relatat ma’ proprjetà industrijali;

e) tilwim relatat ma’ mġiba kompetittiva inġusta u tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur;

f) tilwim li jirriżulta mill-kompetizzjoni ekonomika;

g) tilwim relatat ma’ proċeduri tal-arbitraġġ;

h) tilwim li jirriżulta minn ftehimiet fil-Borża;

i) tilwim li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-invalidità ta’ ftehim, kuntratt ta’ konċessjoni għax-xogħol, jew ftehim qafas;

j) tilwim li jirriżulta minn rieżami astratt f’materji tal-konsumatur;

k) tilwim li jirrigwarda l-kumpens ta’ ħsara nukleari;

l) materji li jirrigwardaw miżuri protettivi fi kwistjonijiet ċivili ordnati fi Stat Membru ieħor tal-UE.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Finlandja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Fil-Finlandja, il-kawżi ċivili jiġu ttrattati mill-qrati ġenerali. Il-qrati speċjali ġeneralment jieħdu ħsieb l-appelli jew inkella jisimgħu kawżi oħra, minbarra dawk li jitressqu minn ċittadini individwali.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-Qorti Ġenerali tal-Prim'Istanza fil-kawżi ċivili fil-Finlandja hija l-Qorti Distrettwali (käräjäoikeus). Il-Qrati tal-Appell (hovioikeus) fil-prinċipju huma qrati li jieħdu ħsieb kawżi fil-livell tal-appell.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Ir-regola ewlenija hija li l-kawżi jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Prim'Istanza li tkun tinsab fil-post tar-residenza tal-intimat. Dan japplika wkoll meta l-intimat ikun persuna ġuridika. Għadd żgħir biss tal-kawżi jiġu ttrattati xi mkien ieħor.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-kawżi fejn dan ikun possibbli jinkludu dawn li ġejjin:

Il-kawżi li jirrigwardaw id-divorzju, it-terminazzjoni ta' koabitazzjoni jew tal-validità taż-żwieġ, jew il-qsim tal-beni f'komunjoni f'ċirkostanzi partikolari minbarra wara l-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn wieħed mill-konjuġi jkollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu.

Il-kawżi li jirrigwardaw l-operati ta' xi fergħa, dipartiment, rappreżentanza jew ta' post tan-negozju ieħor ta' dan it-tip ta' persuna ġuridika jew ta' negozjant indipendenti, fejn dawn tal-aħħar ikunu l-intimati, ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tan-negozju kkonċernat.

Il-pretensjoni mressqa minn konsumatur kontra negozjant abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ukoll tista' tinstema' minn qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn il-konsumatur ikkonċernat ikollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu.

It-tilwim, ir-rikorsi u l-ilmenti relatati mad-drittijiet industrijali u mad-drittijiet tal-awtur jiġu ttrattati fil-prim'istanza mill-Qorti tas-Suq (markkinaoikeus).

Il-kawżi relatati mal-kuntratti ta' impjieg ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn normalment jitwettaq ix-xogħol irregolat mill-kuntratt ikkonċernat. Fil-każijiet fejn ix-xogħol normalment ma jkunx isir fl-istess distrett ġudizzjarju, impjegat li jrid iressaq pretensjoni kontra l-impjegatur tiegħu jista' jagħmel dan ukoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn l-impjegatur ikollu l-post tan-negozju tiegħu.

Il-kawżi li jirrigwardaw il-kumpens għal raġunijiet għajr dawk kuntrattwali, ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju ta' fejn ikun seħħ l-att dannuż jew l-att ta' negliġenza li wassal għall-pretensjoni jew ta' fejn eventwalment iġġarrab it-telf. It-tipi ta' kawżi msemmija hawn fuq jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ir-rikorrent ikollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu, jekk il-pretensjoni tkun ibbażata fuq l-Att dwar l-Assigurazzjoni li tkopri Riskji Awtomobilistiċi (liikennevakuutuslaki), l-Att dwar il-Korrimenti tal-Morda fi Sptar (potilasvahinkolaki), l-Att dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti Difettużi (tuotevastuulaki), l-Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Ħsara Ambjentali (laki ympäristövahinkovakuutuksesta) jew l-Att dwar ir-Responsabbiltà fit-Traffiku Ferrovjarju (raideliikennevastuulaki).

Il-kawżi relatati mal-proprjetà immobbli jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli kkonċernata.

Il-kawżi relatati mal-manteniment jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tar-rikorrent jew ta' dak li jirċievi l-manteniment.

F'każijiet internazzjonali, jistgħu japplikaw ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni stipulati fir-regolamenti tal-UE jew fit-trattati internazzjonali.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-qorti kompetenti mhux dejjem tkun dik tal-post tar-residenza tal-intimat. Pereżempju,

Il-kawżi relatati mad-dikjarazzjoni ta' paternità jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-omm jew tal-wild. Il-kawżi relatati mar-revoka ta' paternità jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild.

Il-kawżi relatati mal-kustodja tat-tfal u mad-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild.

Il-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild jew tal-intimat, jew fejn ikun hemm ir-residenza temporanja ta' wieħed minnhom.

Il-kawżi relatati mal-ħatra tal-kustodju jew it-terminazzjoni tal-kustodja jew mal-limitazzjoni tal-kapaċità legali jew mat-tneħħija jew l-emenda ta' tali limitazzjoni, iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-individwu li l-kapaċità legali tiegħu tkun qed tiġi limitata.

Il-kawżi relatati mal-validazzjoni ta' adozzjoni jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-ġenitur adottiv.

Il-kawżi relatati mal-wirt u mal-patrimonju jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn kien jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-persuna deċeduta.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Fil-kawżi ċivili (iżda mhux fi proċedimenti b'ġuriżdizzjoni volontarja) il-partijiet interessati jistgħu, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jagħżlu qorti oħra li ma tkunx dik li normalment ikollha l-kompetenza (il-qorti tal-prim'istanza)

Id-dritt tal-konsumaturi, l-impjegati jew l-individwi li jitolbu li jirċievu jew li jirċievu l-manteniment biex iressqu kawża l-qorti kif indikat mill-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari) ma jistax ikun limitat mill-ftehimiet li jagħtu l-ġuriżdizzjoni, minbarra f'każijiet fejn tali ftehimiet ikunu saru wara li tkun inqalgħet xi tilwima.

Il-ftehimiet li jagħtu l-ġuriżdizzjoni jridu jsiru bil-miktub, u jistgħu jew ikunu limitati għal tilwima speċifika jew inkella jkopru kwalunkwe tilwima sussegwenti li tirriżulta minn rabta legali speċifika.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

It-tilwim, ir-rikorsi u l-ilmenti relatati mad-drittijiet industrijali u mad-drittijiet tal-awtur jiġu ttrattati fil-prim'istanza mill-Qorti tas-Suq. Mill-bqija, is-sistema speċjali tal-qrati fil-Finlandja tintuża biss għall-każijiet ta' litigazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati Finlandiżi

L-aħħar aġġornament: 19/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Svezja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

It-tilwim fil-liġi ċivili normalment jinstema' minn qorti ġenerali. Il-każ irid jitressaq quddiem qorti distrettwali ("tingsrätt") li għandha ġuriżdizzjoni.

Hemm żewġ qrati speċjali li jisimgħu ċerti tipi ta' kawżi ċivili, b'mod partikolari l-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") u l-Qorti Kummerċjali ("Marknadsdomstolen"). Hemm ukoll ċerti qrati distrettwali li jistgħu jisimgħu każijiet speċifiċi. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ta' dawn il-qrati taħt il-mistoqsija Nru 3 hawn taħt.

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-qrati ġenerali hawnhekk, u dwar il-qrati speċjali hawnhekk.

Ċertu tilwim skont il-liġi ċivili jinstema' minn korpi li mhumiex strettament qrati. Bi proċedura simplifikata fil-kuntest ta' proċedimenti sommarji, l-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni jistgħu jitolbu lil parti biex tħallas jew biex tieħu passi oħra. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet jistgħu jiġu kontestati quddiem qorti distrettwali. Ċerti tipi ta' tilwim li jinvolvu kera jew kirjiet jinstemgħu mit-Tribunal dwar il-Kera ("hyresnämnder") jew it-Tribunali dwar il-Kirjiet ("arrendenämnder").

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Fil-biċċa l-kbira l-kawżi ċivili kollha l-ewwel jitressqu quddiem il-qorti inferjuri, il-qorti distrettwali ("tingsrätt").

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Bħala regola ġenerali, każ irid jitressaq fejn huwa residenti l-konvenut. Persuna fiżika tiġi kkunsidrata residenti fil-post fejn hija reġistrata fir-reġistru tal-popolazzjoni. L-Aġenzija Svediża dwar it-Taxxa ("Skatteverket") tista' tipprovdi informazzjoni dwar fejn hi reġistrata persuna fir-reġistru tal-popolazzjoni (Tel: +46 (0)8 56 48 51 60). Il-persuni ġuridiċi normalment jitqiesu residenti fil-post fejn għandhom l-uffiċċju reġistrat.

Każ jista' jitressaq quddiem il-qorti Svediża wkoll anke jekk hija ma tgħix l-Isveżja. Jekk il-konvenut mhux residenti l-każ jista' jitressaq fil-post fejn qed joqgħod, jew, f'xi każijiet, fil-post fejn qagħad jew għex l-aħħar. F'ċerti kawżi ċivili każ jista' jitressaq fl-Isvezja anki jekk il-konvenut jgħix barra l-pajjiż. Jekk għandu proprjetà l-Isvezja jew daħal fi ftehim mal-Isvezja, dan ikun ta' importanza kruċjali għall-bażijiet ta' ġuriżdizzjoni.

F'każijiet internazzjonali huwa importanti li jiġi mfakkar li d-dispożizzjonijiet Svediżi dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jistgħu japplikaw biss fejn ikollha ġuriżdizzjoni l-Isvezja. F'bosta każijiet l-Isvezja jkollha ġuriżdizzjoni jekk qorti Svediża jkollha ġuriżdizzjoni skont id-dispożizzjonijet nazzjonali dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati. F'dan il-kuntest jridu jiġu kkunsidrati wkoll il-ftehimiet internazzjonali li jistgħu japplikaw. L-aktar ftehimiet importanti għall-Isvezja huma r-Regolament Brussell I, il-Konvezjonijiet ta' Brussel u ta' Lugano, li kollha kemm huma jirregolaw il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jekk il-konvenut huwa residenti fi Stat kopert mir-Regolament jew il-Konvenzjonijiet. B'mod partikolari, huma jindikaw li l-bażijiet għall-ġuriżdizzjoni fejn tista' tistressaq kawża għall-ħlas ta' responsabbiltà fejn għandu proprjetà l-konvenut ma jistgħux jiġu applikati lil persuna li hija residenti fi Stat Membru jew fi Stat firmatarju tal-Konvenzjoni.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Hemm numru ta' regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fejn każ jista' jitressaq quddiem qorti li ma tkunx il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut. Hemm ukoll regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti f'diversi ftehimiet internazzjonali, pereżempju r-Regolament Brussell I u l-Konvezjonijiet ta' Brussel u ta' Lugano.

Dawn huma l-aktar regoli Svediżi importanti dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti:

  • Kull min sofra ħsara jista' jiftaħ kawża fil-post fejn seħħ l-avveniment dannuż jew fejn saret il-ħsara. Fil-prinċipju, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta' ksur ta' kuntratt. Kawża għad-danni minħabba att kriminali tista' titressaq b'rabta mal-prosekuzzjoni tar-reat.
  • Il-konsumaturi jistgħu jiftħu kawża kontra negozjant quddiem il-qorti ta' residenza tagħhom f'kawżi tal-konsumatur li jinvolvu ammonti żgħar.
  • Il-każijiet li jinvolvu ħlas ta' responsabbiltà b'kuntratt f'xi każijiet jistgħu jitressqu fil-post fejn sar il-kuntratt. Min-naħa l-oħra, mhemmx dispożizzjonijiet fil-liġi Svediża li jagħtu ġuriżdizzjoni lill-qorti tal-post fejn irid jitwettaq il-kuntratt.
  • Kawża kontra negozjant li tinvolvi tilwima li seħħet b'rabta ma' attività ta' negozju tista' f'xi każijiet tinfetaħ fil-post ta' negozju.
  • Kawżi dwar il-kustodja tat-tfal, fejn se jgħixu u d-drittijiet ta' aċċess normalment jinstemgħu fil-post fejn huwa residenti l-minuri (ara wkoll it-Taqsima dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenitur - l-Isvezja).
  • Il-kawżi li jinvolvu l-manteniment tat-tfal normalment jitressqu quddiem il-qorti fejn huwa residenti l-konvenut, iżda l-kawżi dwar il-paternità, dwar iż-żwieġ u l-kawżi li jinvolvu r-responsabbiltà tal-ġenituri (il-kustodja tat-tfal u fejn se jgħixu) jistgħu jinstemgħu wkoll minn qorti oħra.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-liġi Svediża fiha numru ta' regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva fejn il-każ irid jitressaq bilfors quddiem qorti partikolari. Hemm ukoll regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva f'diversi ftehimiet internazzjonali, pereżempju r-Regolament Brussell I u l-Konvenzjonijiet ta' Brussell u ta' Lugano. Jekk il-każ li jkun kopert minn xi waħda minn dawn ir-regoli jitressaq quddiem qorti oħra għajr dik bil-ġuriżdizzjoni esklussiva, dik il-qorti ma titħallhiex tisma' l-kawża.

Dawn huma l-aktar regoli Svediżi importanti dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva:

  • Bosta mit-tilwim dwar il-proprjetà jrid jinstema' mill-qorti fil-post fejn tinsab il-proprjetà.
  • Ċertu tilwim li jinvolvi l-proprjetà jrid jinstema minn qorti speċjalizzata fil-proprjetà ("fastighetsdomstol") jew minn tribunal dwar il-kera jew kirjiet ("hyresnämnd’ jew "arrendenämnd"). Għal darb'oħra, dan jiddependi minn fejn qiegħda l-proprjetà.
  • Il-kawżi li jinvolvu l-liġi tas-suċċessjoni jridu jinstemgħu mill-qorti tal-post fejn kien jgħix id-decujus.
  • It-tilwim li jikkonċerna ż-żwieġ u d-diviżjoni tal-proprjetà bejn il-miżżewwġin irid jinstema' mill-qorti tal-post fejn tgħix waħda mill-partijiet.
  • Fejn it-tilwim irid jinstema' mill-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") jew mill-Qorti Kummerċjali Market Court ("Marknadsdomstolen"), il-każ ma jistax jitressaq quddiem il-qorti ġenerali fil-post ta' residenza tal-konvenut.
  • Għall-maġġoranza tat-tilwim dwar il-liġi ambjentali, il-liġi marittima u l-liġi dwar il-proprjetà intellettwali, hemm regoli speċjali li jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti waħda biss.
  • Il-Qorti tal-Appell ("Svea hovrätt") għandha ġuriżdizzjoni esklussiva biex tisma' ċerti talbiet dwar l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet minn qrati barranin.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-partijiet jistgħu jidħlu fi ftehim fejn it-tilwima tista' jew trid tinstema' minn qorti partikolari. Dan huwa magħruf bħala ftehim ta' estensjoni tal-ġuriżdizzjoni, u jrid isir bil-miktub. Il-ftehim ifisser li qorti waħda għandha ġuriżdizzjoni esklussiva. Il-partijiet jistgħu jiftehmu wkoll li jkollha ġuriżdizzjoni qorti oħra għajr dik prevista mir-regoli normali. Il-partijiet jistgħu jassenjaw il-ġuriżdizzjoni lil aktar minn qorti waħda.

Fil-prinċipju, il-qorti magħżula mill-partijiet biex ikollha ġuriżdizzjoni trid taċċetta l-każ miġjub quddiemha. Madankollu, dan ma japplikax jekk il-ftehim jikser xi regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva. Jekk waħda mill-partijiet tasserixxi li l-ftehim dwar l-estensjoni tal-ġuriżdizzjoni mhux validu, il-qorti trid teżamina wkoll dan il-punt, bir-riżultat li jista' ma jkollix ġuriżdizzjoni.

Qorti li kieku ma jkollix ġuriżdizzjoni jista' jkollha ġuriżdizzjoni jekk il-konvenut ma jsostnix li l-każ qed jinstema' mill-qorti l-ħażina (dan huwa magħruf bħala "l-estensjoni taċita"). Dan mhuwiex il-każ, madankollu, jekk japplikaw ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva; il-qorti trid tikkunsidra din il-kwistjoni ex officio. Madankollu, il-qorti ma' tistax teżamina awtomatikament il-kwistjoni dwar jekk il-każ qed jiġi miġjub bi ksur tar-regola prinċipali, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti jew ftehim ta' estensjoni tal-ġuriżdizzjoni. Kull dikjarazzjoni li l-qorti ma għandhiex ġuriżdizzjoni trid issir dakinhar li l-partijiet jagħmlu dikjarazzjonijiet waqt il-każ. Madankollu, jekk il-konvenut ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni u l-qorti trid tagħti sentenza f'kontumaċja, il-qorti trid teżamina l-kwistjoni dwar jekk għandhiex ġuriżdizzjoni.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Hemm żewġ qrati speċjali li jittrattaw tilwim ċivili; dawn huma l-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") u l-Qorti Kummerċjali ("Marknadsdomstolen"). Il-Qorti Industrijali tisma' tilwim dwar ir-relazzjonijiet industrijali, jiġifieri tilwim dwar ir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat. Il-Qorti Kummerċjali tisma' kawżi dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-bejgħ.

Ċerti qrati distrettwali ("tingsrätter") jisimgħu b'tipi partikolari ta' kawżi ċivili. Ħamsa mill-qrati distrettwali Svediżi huma wkoll qrati li jittrattaw kwistjonijiet dwar l-art u l-ambjent ("mark- och miljödomstolar"). Dawn il-qrati jisimgħu każijiet koperti mill-Kodiċi dwar l-Ambjent ("miljöbalken") u kawżi li jinvolvu l-esproprjazzjoni u d-diviżjoni tal-art f'porzjonijiet. Il-kawżi marittimi jinstemgħu minn seba' qrati distrettwali li huma qrati speċjalizzati fil-liġi marittima ("sjörättsdomstolar"). Hemm regoli speċjali għal tilwim taħt il-liġi dwar il-proprjetà intellettwali, speċjalment dawk dwar il-privattivi li jagħtu ġuriżdizzjoni esklussiva lill-qorti distrettwali ta' Stokkolma ("Stockholms tingsrätt").

L-aħħar aġġornament: 12/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - L-Ingilterra u Wales

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

In-natura tat-tilwima tiddetermina l-qorti jew it-tribunal xierqa b’ġurisdizzjoni għat-tilwima. Il-litigazzjoni ċivili ġeneralment tinbeda fil-Qorti tal-Kontea (County Court) jew fil-Qorti Għolja (High Court); il-fatturi determinanti huma l-valur tat-talba u l-kumplessità tat-tilwima. Il-kawżi bejn l-Istat u individwu, kif ukoll ċerti oqsma diskreti (bħal-liġi dwar l-impjieg) ġeneralment jinstemgħu fit-tribunali. L-informazzjoni dwar it-tribunali differenti tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Xi ċentri tas-seduti tal-qorti tal-kontea (county court) għandhom ġurisdizzjoni unika għax-xogħol ċivili, filwaqt li oħrajn għandhom “ġurisdizzjoni speċjalizzata”, li tippermettilhom jittrattaw kawżi li jinvolvu l-liġi tal-ekwità (chancery), merkantili jew tat-teknoloġija u tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Għolja (High Court), li normalment hija bbażata f’Londra żżomm Reġistri tad-Distrett f’ħafna miż-żoni prinċipali tal-pajjiż. Ir-Reġistri tad-Distrett jippermettu li jinħarġu u jinstemgħu kawżi tal-Qorti Għolja (High Court) barra minn Londra minn imħallef ikkwalifikat kif xieraq. L-Awla Amministrattiva (Administrative Court) żżomm preżenza tal-Qorti Għolja (High Court) full-time f’ċerti ċentri reġjonali.[1] Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-Qorti Għolja (High Court) ssegwi hawn taħt.

Peress li l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni spiss ma tkunx sempliċi - pereżempju ċerti kwistjonijiet tal-liġi dwar l-impjiegi jinstemgħu fil-Qorti tal-Kontea (County Court) aktar milli fit-Tribunal Industrijali (employment tribunal); huwa rrakkomandat li wieħed jitlob parir qabel jibda l-proċedimenti legali. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

[1] Cardiff, Bristol, Birmingham, Leeds u Manchester

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Ir-regoli proċedurali għall-kawżi ċivili, magħrufa bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules - CPR) li huma appoġġjati minn gwidi għall-prattika (practice directions) li jagħtu pariri prattiċi dwar kif għandhom jiġu interpretati r-regoli. Il-gwida għall-prattika (practice direction) għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparti 7 tas-CPR tistabbilixxi liema f’livell tal-qorti għandhom jinbdew il-kawżi. Id-distinzjonijiet ewlenin bejn il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Kontea (County Court) u dik tal-Qorti Għolja (High Court) huma l-valur tat-talba u l-kumplessità tagħha. Il-limitu bażiku huwa li talba għal inqas minn £100 000 tiġi ttrattata fil-Qorti tal-Kontea (County Court) filwaqt li kwalunkwe talba li taqbeż dan l-ammont tiġi ttrattata fil-Qorti Għolja (High Court). Barra minn hekk, hemm proċedura taħt il-parti 8 tas-CPR li hija talba għal kwalunkwe ħaġa oħra għajr il-flus; hawnhekk is-suġġett, u l-kumplessità tal-kawża jindikaw il-perkors rilevanti.

It-talbiet għall-flus huma allokati għal “perkorsi” b'tali mod li talba sa £10 000 tiġi allokata għal Perkors għal Talbiet Żgħar, filwaqt li talba minn £10 000 sa £25 000 tiġi allokata għall-Perkors Rapidu; dawk li mhuma koperti bl-ebda wieħed minnhom jiġu allokati għall-Perkors Multiplu. Għandu jiġi nnotat li l-allokazzjoni għal perkors hija funzjoni ġudizzjarja u mhemm xejn f’dak li ntqal hawn fuq li jipprekludi mħallef milli juża s-setgħat ta’ ġestjoni tal-kawżi tiegħu biex jalloka kawżi għal perkors speċifiku, sabiex jinstemgħu f’qorti speċifika. Spjegazzjoni iktar kompluta tista’ tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Fil-Qorti Għolja (High Court) hemm tliet Sezzjonijiet li jittrattaw tipi ta’ kawżi differenti:

Is-Sezzjoni tal-Queen's Bench (Queen’s Bench Division) - tittratta firxa wiesgħa ta’ materji ċivili inklużi rikorsi għad-danni li jirriżultaw minn ksur ta’ kuntratti u obbligi, libelli, tilwim kummerċjali u kawżi ta’ Ammiraljat (rikorsi ċivili relatati ma’ vapuri, pereżempju ħabtiet, ħsara lill-merkanzija u salvataġġ); barra minn hekk, issa tinkorpora l-Qorti Uffiċjali tal-Arbitri (Official Referees Court) taħt il-kappa tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwla tat-Teknoloġija u tal-Kostruzzjoni (Technology and Construction Court). Hija għandha wkoll funzjoni ta’ sorveljanza fuq firxa wiesgħa ta’ qrati, tribunali u korpi jew individwi li jwettqu funzjonijiet pubbliċi (inklużi l-Ministri tal-Gvern) permezz tal-Awla Amministrattiva (Administrative Court) permezz tal-proċess magħruf bħala Stħarriġ Ġudizzjarju (Judicial Review) li jiżgura li d-deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-korpi jew individwi jsiru kif suppost u legalment u ma jmorrux lil hinn mis-setgħat mogħtija lilhom mill-Parlament.

Is-Sezzjoni tal-Ekwità (Chancery Division) - tittratta b'mod partikolari kwistonijiet ta’ proprjetà, inklużi l-amministrazzjoni tal-patrimonju ta’ persuni li mietu, l-interpretazzjoni tat-testmenti, l-insolvenza, is-sħubiji tat-taxxa, il-privattivi u t-tilwim dwar kumpaniji u sħubiji. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Intrapriża tal-Proprjetà Intellettwali (Intellectual Property Enterprise Court) #_ftn1[1] li għadha kif ġiet iffurmata taqa’ wkoll taħt il-ġurisdizzjoni tal-ekwità (chancery jurisdiction).

Is-Sezzjoni tal-Familja (Family Division) – tittratta kwistjonijiet ta’ divorzju u matrimonjali, kawżi li jikkonċernaw lit-tfal, bħall-adozzjoni, testmenti mhux kontenzjużi u d-distribuzzjoni tal-patrimonju ta’ persuni li mietu mingħajr testment.

Id-dettalji tal-Qorti Għolja (High Court) jinsabu wkoll fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

Jekk għandek xi dubju dwar liema hija qorti t-tajba għandek tikseb parir legali jew tikkonsulta s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Kif imsemmi hawn fuq, it-talbiet tal-qorti tal-kontea (county court) issa ġeneralment jinħarġu ċentralment, u mbagħad jintbagħtu liċ-ċentri tas-seduti meta jkunu meħtieġa seduti. Il-Parti 26(2A)(2) tas-CPR tipprovdi li l-kawża għandha tintbagħat liċ-ċentru tas-seduti tal-Qorti tal-Kontea (County Court) li sservi l-indirizz fejn jgħix il-konvenut jew fejn iwettaq in-negozju, bil-maqlub, kull parti hija fil-libertà li tippreżenta rikors biex kawża tinstema’ f’ċentru ta’ seduti partikolari. B'kont meħud tal-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni speċjalizzata, jista’ jkun li ċ-ċentru tas-seduti allokat ma jkunx lokali għall-ebda waħda mill-partijiet minħabba l-ħtieġa ta’ mħallfin speċjalizzati.

Barra minn hekk, hemm tipi speċifiċi ta’ rikorsi li huma ristretti għal-lokalità; pereżempju talbiet li jinvolvu l-pussess ta’ art, u talbiet taħt l-Att dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (Consumer Credit Act) jew talba biex jiġu rkuprati oġġetti. Hawnhekk it-talba għandha tinbeda fejn tgħix il-persuna li għandha l-oġġetti jew twettaq in-negozju. Aktar informazzjoni dwar dawn l-eċċezzjonijiet tinsab fil-Partijiet 55 u 7 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) għall-Ingilterra u Wales.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

L-eċċezzjonijiet għar-regola bażika huma li l-kwistjoni tiġi ttrattata fil-qorti li hija l-aktar xierqa biex tittratta l-kwistjoni filwaqt li jitqiesu n-natura tal-kawża, il-ġudikatura disponibbli u r-rappreżentazzjonijiet tal-partijiet fir-rigward tal-post xieraq.

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Ir-regola bażika hija li l-kawża tiġi ttrasferita liċ-ċentru tas-seduti tal-Qorti tal-Kontea (County Court) li sservi l-indirizz fejn ikun jgħix l-intimat jew fejn iwettaq in-negozju jekk tkun meħtieġa seduta. Madankollu, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-qorti li jixtiequ li tisma’ l-kawża meta jippreżentaw il-kwestjonarju dwar il-gwida (directions questionnaire); u d-deċiżjoni finali teħodha l-qorti. Xi talbiet maħruġa fil-Qorti Għolja (High Court) f’Londra jistgħu jinstemgħu f’wieħed mid-diversi reġistri tad-distrett. Aktar informazzjoni dwar it-trasferiment tal-kawżi tinsab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParti 30 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Kif imsemmi hawn fuq, il-fattur determinanti ġenerali fir-rigward tal-livell tal-qorti se jkun il-valur jew il-kumplessità tat-talba. Filwaqt li l-partijiet jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet dwar il-post fil-kwestjonarju dwar il-gwida (directions questionnaire), id-deċiżjoni finali teħodha l-qorti. Ir-rikorrent ma jistax jagħżel quddiem liema qorti jibda l-proċedimenti. Barra minn hekk, skont il-parti 2.7 tas-CPR il-qorti għandha diskrezzjoni assoluta biex tittratta l-kawżi li hija tqis xierqa. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Le.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Ir-responsabbiltajiet tad-diversi Sezzjonijiet tal-Qorti Għolja (High Court) u d-dettalji tal-qrati li jittrattaw kwistjonijiet tal-familja huma deskritti hawn fuq.

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati tal-kontea (county courts) u dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Għolja (High Court) fis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice)

L-aħħar aġġornament: 16/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - L-Irlanda ta’ fuq

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ materji ċivili jew kummerċjali huma ttrattati fil-Qorti Għolja tal-Irlanda ta’ Fuq (High Court of Northern Ireland) jew fil-Qorti tal-Kontea (County Court). Il-qrati tal-maġistrati għandhom ġurisdizzjoni f’xi materji ċivili, bħall-irkupru ta’ dejn minuri u kawżi familjari u domestiċi.

Hemm għadd ta’ qrati statutorji li jittrattaw suġġetti varji bħall-immigrazzjoni, it-taxxa, is-saħħa mentali, il-benefiċċji soċjali u t-trasport. Xi qrati jeżerċitaw ġurisdizzjoni fir-Renju Unit kollu u informazzjoni dwar dawn tista’ tinstab fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service). Oħrajn, bħall-Qorti tal-Appell Industrijali (Fair Employment Tribunal) u l-Qorti Industrijali (Industrial Tribunal) li jittrattaw ċerti materji ta’ impjieg, jeżerċitaw ġurisdizzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq biss.

Spiss il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni ma tkunx sempliċi. Għalhekk, huwa dejjem rakkomandat li wieħed jikkonsulta avukat qabel ma jibda proċedimenti legali.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Għandek dejjem tieħu parir legali dwar liema qorti hija dik ġusta biex tibda l-proċedimenti quddiemha.

Jekk it-talba tiegħek hija għal somma ta’ inqas minn £30 000 u hija għal danni kkawżati minn negliġenza jew għal ksur ta’ kuntratt, il-proċedimenti għandhom isiru quddiem il-Qorti tal-Kontea (County Court) sakemm ma tingħatax parir mod ieħor. Kwalunkwe talba bħal din għal aktar minn £30 000 għandha ssir fil-Qorti Għolja (High Court).

Ċerti talbiet għal mhux aktar minn £3 000 jistgħu jiġu kkunsidrati fil-Qorti tal-Kontea (County Court) bl-użu tal-proċedura għal talbiet żgħar li tipprovdi mod sempliċi u informali għas-soluzzjoni tat-tilwim, ħafna drabi mingħajr il-ħtieġa ta’ avukat. Fuljett ta’ informazzjoni dwar il-proċedura għal talbiet żgħar huwa disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service).

Materji familjari u domestiċi jistgħu jiġu ttrattati jew fil-qorti tal-maġistrati (magistrates' court), fil-Qorti tal-Kontea (County Court) jew fil-Qorti Għolja (High Court), skont in-natura tal-kawża.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Il-qrati tal-maġistrati (magistrates' courts) u l-Qorti tal-Kontea (County Court) jeżerċitaw ġurisdizzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq kollha. Il-qasam li fih dawn il-qrati huma normalment attivi jiġi ddeterminat b’referenza għal tliet Sezzjonijiet tal-Qorti Amministrattiva. Il-Gwida tal-Qorti Amministrattiva tista’ titniżżel mis-sit web tal-NICTS fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courtsni.gov.uk/en-GB/Documents/Single%20Jurisdiction%20Internet%20Info%20Agreed.pdf

Il-Qorti Għolja (High Court) teżerċita ġurisdizzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq kollha.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Ġeneralment, il-proċedimenti għandhom jinbdew fil-qorti li tkopri ż-żona li fiha l-intimat jgħix jew iwettaq in-negozju tiegħu jew f’qorti li tkopri ż-żona li fiha tkun seħħet l-azzjoni li tagħti lok għall-proċedimenti (għalkemm teknikament, dawn jistgħu jinbdew fi kwalunkwe Sezzjoni).

Materji kuntrattwali - il-post tal-qorti jiddependi fuq in-natura tal-kuntratt. Pereżempju, tilwima relatata ma’ kuntratt ta’ impjieg tista’ tkun materja għall-Qorti tal-Kontea (County Court) jew tista’ tkun materja għall-Qorti Industrijali (Industrial Tribunal).

Materji familjari u domestiċi, bħal dawk relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri, jinstemgħu fil-qorti tal-maġistrati (magistrates' court), fil-Qorti tal-Kontea (County Court) jew fil-Qorti Għolja (High Court) skont in-natura tal-każ.

It-talbiet għall-obbligi huma ttrattati skont ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali, bħalma huma wkoll it-talbiet ċivili li jirriżultaw minn proċedimenti kriminali. Madankollu, hemm ukoll skema għall-kumpens tal-vittmi tal-kriminalità u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit web tas-Servizzi ta’ Kumpens (Compensation Services) (ara l-link hawn taħt).

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Ma hemm ebda rekwiżit bħal dan. Il-proċedimenti jistgħu jinbdew fi kwalunkwe Sezzjoni tal-Qorti Amministrattiva irrispettivament mis-suġġett (għalkemm ġeneralment, dawn jinbdew fis-Sezzjoni li tkopri ż-żona li fiha l-intimat jgħix jew iwettaq in-negozju tiegħu jew li tkopri ż-żona li fiha sseħħ l-azzjoni li tagħti lok għall-proċedimenti).

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-partijiet ma jistgħux jagħtu ġurisdizzjoni lil qorti.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

L-informazzjoni dwar il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni fir-Renju Unit kollu tista’ tinstab fuq is-siti web tas-Servizz tal-Qorti għall-Ingilterra u Wales (Court Service for England and Wales) u tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-fuljetti ta’ informazzjoni dwar il-qrati fl-Irlanda ta’ fuq jistgħu jinstabu fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service).

Informazzjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Industrijali (Industrial Tribunal) u tal-Qorti tal-Appell Industrijali (Fair Employment Tribunal) tinsab fuq is-sit web tal-Qorti Industrijali (Industrial Tribunal) u tal-Qorti tal-Appell Industrijali (Fair Employment Tribunal).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati (Is-Servizz tal-Qorti tal-Maestà tagħha - l-Ingilterra u Wales (Her Majesty's Court Service - England and Wales))

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati (Il-Ministeru tal-Ġustizzja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati Industrijali (Industrial Tribunals) u l-Qorti tal-Appell Industrijali (Fair Employment Tribunal)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi ta’ Kumpens

L-aħħar aġġornament: 14/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Skozja

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Iż-żewġ qrati ċivili ewlenin fl-Iskozja huma l-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) (inkluża l-Qorti tal-Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court)) u l-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session). Madankollu, hemm xi qrati speċjalizzati li għandhom ġurisdizzjoni f’tipi partikolari ta’ talbiet biss. Dawn jinkludu: il-Qorti tal-Araldika (Court of Lord Lyon), il-Qorti tat-Teżor (Court of Exchequer), il-Qorti tal-Petizzjoni Elettorali (Election Petition Court), il-Qorti għall-Kwistjonijiet dwar Dannu Fiżiku fuq il-Persuna (Sheriff Personal Injury Court) (li hija parti mill-Qorti tax-Xeriff) u l-Qorti għall-Kwistjonijiet ta' Azjendi Agrikoli fl-Iskożja (Scottish Land Court). Hemm ukoll numru ta’ tribunali statutorji.

Tribunali

L-Att tal-2007 dwar il-Qrati, it-Tribunali u l-Eżekuzzjoni (Tribunals Courts and Enforcement Act 2007) ħoloq struttura unifikata waħda għall-biċċa l-kbira tal-qrati tar-Renju Unit, maqsuma fil-Qorti tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) u fil-Qorti Superjuri (Upper Tribunal). Il-Qorti tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) u l-Qorti Superjuri (Upper Tribunal) għandhom awli separati li jkopru suġġetti differenti, li jiġbru flimkien ġurisdizzjonijiet simili. Id-dettalji tal-Qrati jistgħu jinstabu fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service).

Hemm ukoll numru ta’ qrati li huma devoluti lill-Iskozja. Il-biċċa l-kbira tal-ġurisdizzjonijiet tal-qrati huma mmexxija minn president separat u kull wieħed minnhom ikollu setgħat ta’ eżekuzzjoni differenti. Il-ġurisdizzjonijiet ivarjaw minn appelli kontra multi tal-ipparkjar sat-trattament obbligatorju u t-trażżin ta’ pazjenti b’mard mentali serju. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati Skoċċiżi jinstemgħu mill-qrati ċivili fl-Iskozja u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) u mill-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session).

L-Att tal-2014 dwar il-Qrati (tal-Iskozja) (Tribunals (Scotland) Act 2014) joħloq Qorti tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) għall-Iskozja u Qorti Superjuri (Upper Tribunal) għall-Iskozja għal qrati devoluti. L-aktar imħallef superjuri tal-Iskozja, il-Lord President, huwa l-kap tal-Qrati Skoċċiżi u ddelega diversi funzjonijiet lill-President tal-Qrati Skoċċiżi, li huwa simili għall-mudell tar-Renju Unit deskritt hawn fuq. Il-Qorti Superjuri (Upper Tribunal) għall-Iskozja tassumi r-responsabbiltà li tisma’ l-biċċa l-kbira tal-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Ewwel Istanza, u b’hekk dawn jitneħħew mill-ġurisdizzjoni tal-qrati. L-ewwel qrati huma mistennija li jiġu ttrasferiti fl-istruttura l-ġdida f’Diċembru 2016. L-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) għall-Iskozja u tal-Qorti Superjuri (Upper Tribunal) għall-Iskozja titwettaq mis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-siti web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGvern Skoċċiż.

Il-Qorti tal-Araldika (Court of Lord Lyon)

Il-Lord Lyon King of Arms huwa wieħed mill-Uffiċjali ta’ l-Istat tar-Renju tal-Iskozja u l-kunsillier tar-Reġina f’materji dwar l-araldika, il-ġenealoġija u ċ-ċerimonji. Huwa jeżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Kuruna fi kwistjonijiet ta’ araldika, jinforza l-liġi tal-armi u jiddeċiedi fi kwistjonijiet ta’ isem, rappreżentanza tal-familja u dawk relatati mar-rwoli ta' kapijiet (chiefship).

Il-Qorti tat-Teżor (Court of Exchequer)

Il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) tiltaqa’ bħala Qorti tat-Teżor (Court of Exchequer) fl-Iskozja meta tittratta kawżi dwar id-dħul. L-attività tikkonsisti fil-parti l-kbira minn appelli ta' dritt mid-determinazzjoni tal-Kummissarji Speċjali tat-Taxxa fuq id-Dħul dwar kwistjonijiet ta’ obbligazzjoni ta' taxxa.

Qorti tal-Petizzjoni Elettorali (Election Petition Court)

Din il-qorti tikkonsisti f’żewġ imħallfin mill-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) u tittratta petizzjonijiet ippreżentati kontra l-elezzjoni ta’ Membri tal-Parlament u Membri tal-Parlament Skoċċiż minħabba illegalità jew prattiċi mhux xierqa.

Il-Qorti għall-Kwistjonijiet ta' Azjendi Agrikoli fl-Iskozja (Scottish Land Court)

Din il-Qorti tittratta primarjament tilwim relatat ma’ kirjiet agrikoli u mas-sistema ta' agrikoltura f'għelieqi żgħar (forma ta’ azjenda agrikola żgħira).  Il-President u d-Deputat President tagħha huma kkwalifikati fil-liġi u ż-żewġ membri l-oħra tagħha huma bdiewa prattikanti.  Din tista’ tintalab tiffissa kirjiet għal azjendi agrikoli u għelieqi żgħar u tittratta appelli mill-korp li jirregola l-agrikoltura f'għelieqi żgħar.  Hija tittratta wkoll l-appelli minn deċiżjonijiet tal-Gvern Skoċċiż li jimponi penali fuq il-bdiewa li jirċievu pagamenti skont ir-reġim tal-politika agrikola komuni tal-UE, kif ukoll appelli relatati ma' kwistjonijiet ambjentali.

Il-Qorti għall-Kwistjonijiet Immobiljari tal-Iskozja (Lands Tribunal for Scotland)

Din il-qorti għandha President u tliet membri li għandhom għarfien espert rikonoxxut fl-oqsma tal-liġi u l-istħarriġ.  Il-President tal-Qorti huwa wkoll il-President tal-Qorti għall-Kwistjonijiet Immobiljari tal-Iskozja (Scottish Land Court).

L-oqsma ewlenin ta' ħidma huma:

  • ir-rilaxx jew il-varjazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titolu
  • id-drittijiet tal-kerrejja li jixtru d-djar tagħhom fis-settur pubbliku
  • kumpens ikkontestat għax-xiri obbligatorju ta’ art jew telf fil-valur tal-art ikkawżat minn xogħlijiet pubbliċi
  • valutazzjonijiet għall-klassifikazzjoni ta' bini mhux domestiku
  • appelli kontra l-Kustodju tar-Reġistri (Keeper of the Registers) tal-Iskozja
  • appelli dwar il-valutazzjoni tal-art fuq ix-xiri preventiv
  • referenzi volontarji jew konġunti li fihom il-Qorti taġixxi bħala arbitru

Il-Qorti għall-Kwistjonijiet dwar Dannu Fiżiku fuq il-Persuna (Sheriff Personal Injury Court)

Il-Qorti għall-Kwistjonijiet dwar Dannu Fiżiku fuq il-Persuna (Sheriff Personal Injury Court) hija ċ-ċentru nazzjonali ta’ għarfien espert dwar kawżi ta’ dannu fiżiku fuq il-persuna. Il-kawżi ta’ dannu fiżiku fuq il-persuna jistgħu jitressqu quddiem il-qorti speċjalizzata fid-dannu fiżiku f’Edinburgu jekk is-somma mitluba f’kawża tkun aktar minn £5 000. Il-partijiet għandhom ukoll l-għażla li jippreżentaw talbiet għal dannu fiżiku fuq il-persuna ta’ kwalunkwe valur fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) lokali. Hemm dispożizzjoni speċjali għall-kawżi ta’ dannu fiżiku fuq il-persuna fuq il-post tax-xogħol: dawk għal aktar minn £1 000 jistgħu jitressqu direttament quddiem il-Qorti għall-Kwistjonijiet dwar Dannu Fiżiku fuq il-Persuna (Sheriff Personal Injury Court), filwaqt li kawżi fuq il-post tax-xogħol taħt £1 000 jistgħu jintbagħtu lill-Qorti jekk ix-Xeriff lokali jikkunsidra li huma importanti jew diffiċli biżżejjed. Il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) m’għadhiex tikkunsidra azzjonijiet għal dannu fiżiku fuq il-persuna taħt £100 000.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Fl-Iskozja kemm il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) (qorti inferjuri) kif ukoll is-Sede tal-Ewwel Istanza tal-Qorti Suprema Ċivili, (Outer House of the Court of Session) (qorti superjuri) jaġixxu bħala qrati tal-ewwel istanza fi proċedimenti ċivili.

Il-ġurisdizzjoni ċivili tal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) hija wiesgħa u testendi għall-azzjonijiet kollha ta’ dejn jew ta’ danni mingħajr l-ebda limitu finanzjarju massimu.  L-azzjonijiet fejn il-valur, esklużi l-interessi u l-ispejjeż, ma jeċċedix £100 000, iridu jitressqu quddiem il-Qorti tax-Xeriff (Sherriff Court). Minn Settembru 2015, il-kompetenza esklużiva tal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) żdiedet minn £5 000 għal £100 000.

Is-suġġetti eżentati mill-ġurisdizzjoni tax-Xeriff u rriżervati għall-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) huma l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, azzjonijiet ta’ aġġudikazzjoni (li joħolqu dritt ta’ titolu fuq il-proprjetà), tnaqqis (iżda biss fir-rigward ta’ annullament tal-effett ta’ digriet), u petizzjonijiet għall-istralċ ta’ kumpaniji li l-kapital imħallas tagħhom jaqbeż £120 000. Il-kawżi taħt il-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri jinstemgħu fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session).

Il-kawżi jistgħu jiġu rrinvjati lill-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) mill-Qorti tax-Xeriff (Sherriff Court) fuq mozzjoni tal-parti fil-kawża, meta x-Xeriff iqis li l-importanza jew id-diffikultà tal-kawża tagħmilha xierqa li jsir dan. Il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) tista’ mbagħad tippermetti li l-proċedimenti jiġu rrinvjati lilha jekk ikun hemm “raġunijiet sodisfaċenti”.

Bl-istess mod, xi kawżi jistgħu jiġu rrinvjati lill-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) mill-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session).

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Fil-biċċa l-kbira tal-kategoriji ta' proċedimenti ċivili, il-kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni huma rregolati mill-Att tal-1982 dwar il-Ġurisdizzjoni u s-Sentenzi Ċivili (Civil Jurisdiction and Judgments Act 1982). Il-prinċipju ċentrali tar-regoli Skoċċiżi dwar il-ġurisdizzjoni huwa li l-persuni, kemm jekk ġuridiċi jew fiżiċi, għandhom jiġu mħarrka fil-qrati fil-post fejn ikunu domiċiljati.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Minbarra r-regola bażika ta’ hawn fuq, jista’ jkun possibbli wkoll li tiġi magħżula l-qorti li fiha jitressqu l-proċedimenti.

Pereżempju:

Kuntratt

Persuna tista’ wkoll tiġi mħarrka fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni.

Delitt u kważi delitt

Persuna tista’ wkoll tiġi mħarrka fil-qrati tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ l-avveniment dannuż.

Manutenzjoni

Qorti jkollha ġurisdizzjoni f'materji relatati mal-manteniment jekk tkun il-qorti tal-post fejn il-kreditur tal-manteniment huwa domiċiljat jew residenti abitwali jew jekk it-talba għall-manteniment hija anċillari għal proċedimenti quddiemha li jikkonċernaw l-istatus ta’ persuna u jkollha l-ġurisdizzjoni li tmexxi dawk il-proċedimenti.

Tilwim li jirriżulta mill-operat ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor

Hawnhekk hemm ġurisdizzjoni fil-qrati fejn tinsab il-fergħa/l-aġenzija.

Il-liġi tal-familja

Materji bħad-divorzju, il-kuntatt mal-minuri u r-residenza tal-minuri u r-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-ġenituri ġeneralment isegwu r-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali fl-Iskozja, jiġifieri l-kawża tinstema’ fil-post fejn il-minuri jkun domiċiljat, normalment fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court).  Madankollu, jista’ jkun hemm varjazzjonijiet f’dan, b’mod partikolari jekk waħda mill-partijiet jew it-tnejn li huma jkollhom konnessjonijiet ma’ ġurisdizzjoni oħra barra l-Iskozja. Dejjem għandek tikkunsidra li titlob parir legali dwar materji ġurisdizzjonali bħal dawn jekk taħseb li dan japplika għalik.

Dannu fiżiku fuq il-persuna

Minn Settembru 2015 bdew japplikaw arranġamenti ġurisdizzjonali ġodda fir-rigward tal-Qorti għall-Kwistjonijiet dwar Dannu Fiżiku fuq il-Persuna (Sheriff Personal Injury Court), il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) u l-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session). Għad-dettalji ara l-informazzjoni pprovduta f'partijiet oħrajn ta' din l-iskeda informattiva.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

F’ċerti kategoriji ta’ proċedimenti, qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva irrispettivament mid-domiċilju jew minn kwalunkwe regola ta' ġurisdizzjoni oħra. Dawn huma:

  • fi proċedimenti li jkollhom bħala suġġett id-drittijiet in rem, jew kirjiet, ta’ proprjetà immobbli, ikun hemm ġurisdizzjoni esklużiva fil-qrati tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà. Għalkemm fejn il-kera tkun għal użu privat temporanju għal perjodu massimu ta’ sitt xhur, il-qrati tad-domiċilju tad-difensur għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni, jekk is-sid u l-kerrej ikunu persuni fiżiċi domiċiljati fl-istess pajjiż.
  • fi proċedimenti dwar il-validità tal-kostituzzjoni, l-annullament jew ix-xoljiment ta’ kumpaniji jew persuni ġuridiċi oħra jew assoċjazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hemm ġurisdizzjoni esklużiva fil-qrati tal-post fejn il-kumpanija, il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni jkollha s-sede tagħha.
  • fi proċedimenti li għandhom bħala suġġett il-validità tal-entrati f’reġistri pubbliċi, hemm ġurisdizzjoni esklużiva fil-qrati tal-post fejn jinżamm ir-reġistru.
  • fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, hemm ġurisdizzjoni esklużiva fil-qrati tal-post fejn is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Il-ġurisdizzjoni tista’ tiġi estiża jekk persuna tippreżenta ruħha quddiem qorti jew bi ftehim espress jew billi tikkomparixxi bi tweġiba għal taħrika mingħajr ma tieħu l-eċċezzjoni ta’ ebda ġurisdizzjoni.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Fl-Iskozja, l-użu ta’ qrati speċjalizzati huwa limitat ħafna u t-tweġiba għall-mistoqsija 1 tipprovdi dettalji dwar liema tipi ta’ kawżi jittrattaw.  F’ħafna każijiet, kawża tad-dritt ċivili tinstema’ fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) jew fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session).  Fi kwalunkwe każ, huwa rakkomandat li wieħed ifittex parir legali dwar il-preżentazzjoni ta’ kawża quddiem il-qorti, inkluż jekk tistax tkun adattata għal qorti speċjalizzata.

Informazzjoni ġenerali dwar il-qrati fl-Iskozja tinsab fuq is-sit web tas-Servizz ta’ Qrati u Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta’ Qrati u Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service)

L-aħħar aġġornament: 13/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Ġibiltà

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Il-biċċa l-kbira tal-kawżi li jinvolvu materji ċivili jew kummerċjali għandhom jinbdew fil-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà (Supreme Court of Gibraltar). Il-Qorti Suprema hija maqsuma f’diversi ġurisdizzjonijiet iżda minħabba d-daqs ta’ Ġibiltà, hemm reġistru wieħed biss. [Il-Qorti tal-Maġistrati (Maġistrates Court) għandha ġurisdizzjoni limitata f’ċerti materji tal-familja.]

Għal ċerti materji relatati mal-liġi dwar l-impjiegi, il-kawża tiegħek tista’ titressaq quddiem il-Qorti Industrijali (Industrial Tribunal). Qrati speċjalizzati oħra huma stabbiliti f’oqsma bħas-saħħa mentali, l-appelli tat-taxxa fuq id-dħul u l-appelli tas-sigurtà soċjali.

Tista’ tinkiseb gwida ulterjuri mis-Supreme Court Registry, 277 Main Street, Gibraltar, numru tat-telefown (+350) 200 75608.

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Prinċipalment hija biss il-Qorti Suprema (Supreme Court) ta’ Ġibiltà li tittratta materji ċivili. [Il-Qorti tal-Maġistrati (Maġistrates Court) għandha ġurisdizzjoni limitata f’ċerti materji tal-familja.]

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Minħabba d-daqs ta’ Ġibiltà, il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni territorjali interna ma teżistix.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Hemm biss Qorti Suprema (Supreme Court) waħda f’Ġibiltà.

2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Hemm biss Qorti Suprema (Supreme Court) waħda f’Ġibiltà.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Hemm biss Qorti Suprema (Supreme Court) waħda f’Ġibiltà.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-qrati speċjalizzati huma mwaqqfa bi statut. Inti għandek tikseb parir mingħand avukat lokali jew mill-Uffiċċju tal-Pariri taċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau) jekk taħseb li tista’ tressaq talba quddiem qorti speċjalizzata.

L-aħħar aġġornament: 15/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

OSZAR »